Ċifri ewlenin
Il-karta tal-bilanċ tal-BĊE | Telf tal-BĊE għas-sena |
Il-karta tal-bilanċ tal-BĊE naqset b’EUR 32.6 biljun fl-2024, prinċipalment minħabba t-tnaqqis fit-titoli tal-politika monetarja, peress li l-investimenti mill-ġdid tal-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw taħt l-APP ma tkomplewx minn Lulju 2023 u l-fidi taħt il-PEPP ġie investit mill-ġdid parzjalment biss matul it-tieni nofs tal-2024. | Dan it-telf ġie xprunat għal darb’oħra mill-ispiża sinifikanti tal-imgħax li rriżultat mill-obbligazzjoni netta ta’ TARGET u huwa komparabbli għat-telf ta’ EUR 7,886 miljun qabel it-trasferiment mill-provvedimenti kontra r-riskji fl-2023. Minħabba li l-provvediment kontra r-riskji finanzjarji ġie diżimpennjat bis-sħiħ fl-2023, u b’hekk it-telf għal dik is-sena tnaqqas għal EUR 1,266 miljun, fl-2024, l-ebda telf ma seta’ jiġi kopert minn dan il-provvediment. |
Il-karta tal-bilanċ tal-BĊE | Profitt/(telf) nett tal-BĊE għas-sena |
(biljuni ta’ EUR) | (miljuni ta’ EUR) |
1 Rapport amministrattiv
1.1 Għan tar-rapport amministrattiv tal-BĊE
Ir-rapport amministrattiv huwa parti integrali mill-Kontijiet Annwali tal-BĊE u huwa mfassal biex jipprovdi lill-qarrejja b’informazzjoni kuntestwali relatata mar-rapporti finanzjarji.[1],,[2] Minħabba li l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-BĊE jitwettqu b’appoġġ għall-objettivi ta’ politika tiegħu, il-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultat tal-BĊE għandhom jitqiesu flimkien mal-azzjonijiet ta’ politika tiegħu.
Għal dan il-għan, ir-rapport amministrattiv jippreżenta l-attivitajiet u l-operazzjonijiet ewlenin tal-BĊE, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tiegħu. Barra dan, janalizza l-iżviluppi ewlenin fil-karta tal-bilanċ u l-kont tal-profitt u t-telf matul is-sena u jinkludi tagħrif dwar l-ekwità netta tal-BĊE. Finalment, jiddeskrivi l-ambjent ta’ riskju li fih jopera l-BĊE, waqt li jipprovdi tagħrif dwar ir-riskji speċifiċi li l-BĊE hu espost għalihom, u l-politika għall-ġestjoni tar-riskji użata biex ittaffihom.
1.2 Kompiti u attivitajiet ewlenin
Il-BĊE hu parti mill-Eurosistema, li tinkludi, minbarra l-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) li l-munita tagħhom hija l-euro.[3] Il-BĊE għandu l-għan ewlieni li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Il-BĊE jaqdi l-kompiti tiegħu kif deskritt fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[4] u fl-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (Statut tal-SEBĊ)[5] (Figura 1). Il-BĊE jwettaq l-attivitajiet tiegħu biex isegwi l-mandat tiegħu u mhux bl-intenzjoni li jiġġenera profitt.
Figura 1
Il-kompiti ewlenin tal-BĊE

L-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jiġu reġistrati fir-rapporti finanzjarji tal-BĊE u tal-BĊNi, fatt li jirrifletti l-prinċipju tal-implimentazzjoni deċentralizzata tal-politika monetarja fl-Eurosistema. It-Tabella 1 hawn taħt tagħti deskrizzjoni ġenerika tal-operazzjonijiet u tal-funzjonijiet ewlenin tal-BĊE mwettqa biex jissodisfa l-mandat tiegħu, u l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE.
Tabella 1
L-attivitajiet ewlenin tal-BĊE u l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tiegħu
Implimentazzjoni tal-politika monetarja
Self lil u obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja | Il-qafas operazzjonali tal-politika monetarja tal-Eurosistema jikkonsisti f’sett ta’ strumenti tal-politika monetarja. L-Eurosistema twettaq operazzjonijiet standard regolari, jiġifieri mhux strutturali, li jipprovdu likwidità, toffri faċilitajiet permanenti u tirrikjedi li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jżommu riżervi minimi.[6] |
Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | Ix-xiri ta’ dawn it-titoli sar mill-BĊE u l-BĊNi tal-Eurosistema u ġew reġistrati fil-partita tal-karta tal-bilanċ “Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja”. It-titoli ta’ dejn miżmuma bħalissa huma kontabilizzati b’kost amortizzat soġġett għal indeboliment. |
Self ta’ titoli | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja huma disponibbli għas-self mill-Eurosistema.[7] Għall-BĊE, dawn l-operazzjonijiet isiru permezz ta’ istituzzjonijiet speċjalizzati. Dawn l-operazzjonijiet huma reġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet oħrajn lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro” u “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” jekk il-kollateral jiġi pprovdut fil-forma ta’ flus kontanti u dawn il-flus kontanti jibqgħu mhux investiti. Altrimenti, l-operazzjonijiet relatati ta’ self ta’ titoli jiġu reġistrati f’kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ. |
Provvediment ta’ likwidità f’muniti barranin | Il-BĊE jaġixxi bħala intermedjarju bejn il-banek ċentrali li mhumiex fiż-żona tal-euro u l-BĊNi taż-żona tal-euro permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ swaps immirati biex joffru finanzjament f’munita barranija għal żmien qasir lill-kontropartijiet tal-Eurosistema.[8] |
Provvediment ta’ likwidità lil banek ċentrali mhux taż-żona tal-euro f’euro | L-Eurosistema tista’ tipprovdi likwidità f’euro lil banek ċentrali mhux fiż-żona tal-euro permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ swaps u repo bi skambju għal kollateral eliġibbli.[9] |
Ġestjoni ta’ operazzjonijiet tal-kambju barrani u amministrazzjoni tar-riżervi barranin
Operazzjonijiet tal-kambju barrani u amministrazzjoni tar-riżervi barranin | Ir-riżervi barranin tal-BĊE huma ppreżentati fil-karta tal-bilanċ l-aktar taħt “Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb”, “Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, “Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, filwaqt li kull obbligazzjoni relatata hija ppreżentata taħt “Obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin” u “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”. It-tranżazzjonijiet f’muniti barranin jidhru fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ sad-data tas-saldu. |
Promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament
Sistemi ta’ pagament (TARGET) | Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊNi taż-żona tal-euro vis-à-vis il-BĊE li jirriżultaw minn TARGET huma preżentati flimkien fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE bħala pożizzjoni waħda netta tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet u jidhru fi “Pretensjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)” jew “Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)”.[10] Il-bilanċi intra-SEBĊ ta’ BĊNi ta’ barra ż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE, li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f’TARGET, huma divulgati fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”. Bilanċi ta’ sistemi anċillari konnessi ma’ TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE huma rreġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro” jew “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”, skont jekk l-entità amministrattiva hijiex stabbilita fiż-żona tal-euro jew barra minnha.[11] Dovuti mill-imgħax huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Introjtu mill-imgħax” jew “Spiża tal-imgħax”. |
Kontribuzzjoni għas-sigurtà u r-robustezza tas-sistema bankarja u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja
Superviżjoni bankarja - il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku | L-ispejjeż annwali tal-BĊE relatati mal-kompiti superviżorji tiegħu jiġu rkuprati permezz ta’ tariffi superviżorji annwali imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni. It-tariffi superviżorji huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Introjtu/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet”. |
Oħrajn
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8 % mill-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni. Dan is-sehem huwa sostnut minn pretensjonijiet fuq il-BĊNi li huma rreġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” u ġew remunerati bir-rata użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament. L-imgħax huwa inkluż fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Introjtu mill-imgħax”. |
Portafoll tal-fondi proprji | Il-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE huwa ppreżentat fil-karta tal-bilanċ, prinċipalment taħt “Assi finanzjarji oħrajn”. |
1.3 Żviluppi finanzjarji
1.3.1 Karta tal-bilanċ
Il-karta tal-bilanċ tal-BĊE kibret bejn l-2020 u l-2022, prinċipalment minħabba x-xiri dirett ta’ titoli mill-BĊE fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Ċart 1). L-ixprunaturi ewlenin tal-espansjoni sostanzjali fl-2020 u fl-2021 kienu x-xiri nett ta’ titoli taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP) u t-tnedija tal-programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika (PEPP) f’Marzu 2020.[12] Ix-xiri nett ta’ titoli taħt il-PEPP u l-APP twaqqaf sa mill-aħħar ta’ Marzu 2022 u mill-1 ta’ Lulju 2022, rispettivament, u dan wassal għal żieda iżjed moderata fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE fl-2022. Fl-2023, il-karta tal-bilanċ tal-BĊE bdiet tonqos, prinċipalment minħabba t-tnaqqis gradwali fl-investimenti taħt l-APP bħala riżultat tal-investiment mill-ġdid parzjali biss tal-pagamenti prinċipali minn titoli li mmaturaw bejn Marzu u Ġunju 2023, u l-waqfien totali ta’ tali investimenti mill-ġdid minn Lulju 2023.
EUR 32.6 biljun
Tnaqqis fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE
Fl-2021 il-karta tal-bilanċ tal-BĊE naqset ulterjorment, bi EUR 32.6 biljun għal EUR 640.6 biljun, prinċipalment minħabba l-fidi ta’ titoli miżmuma taħt l-APP u l-PEPP. Dan il-fidi rriżulta fi tnaqqis fit-titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja, waqt li l-ħlas bi flus kontanti għal dawn it-tranżazzjonijiet permezz tal-kontijiet ta’ TARGET wassal għal tnaqqis korrispondenti fl-obbligazzjonijiet fi ħdan l-Eurosistema. Dan it-tnaqqis kien parzjalment ikkumpensat miż-żieda fil-valur ekwivalenti f’euro tal-assi ta’ riżerva barranija tal-BĊE.
Ċart 1
Komponenti ewlenin tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: Għall-fini tat-tħejjija tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE, l-ekwità netta tal-BĊE tikkonsisti fil-kapital imħallas tiegħu, kwalunkwe ammont miżmum fil-provvediment għal riskji finanzjarji u l-fond ta’ riżerva ġenerali, il-kontijiet ta’ rivalwazzjoni (eskluż il-kont ta’ rivalwazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg), kwalunkwe telf akkumulat minn snin preċedenti u kwalunkwe profitt/telf għas-sena.
Għal informazzjoni dwar l-aġġustamenti taċ-ċifri għall-2023, ara “Bidliet fil-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi” tar-rapporti finanzjarji tal-BĊE.
59%
Sehem ta’ titoli miżmuma għal finijiet tal-poltika monetarja f’assi totali
Titoli denominati f’euro miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja rrappreżentaw 59% tal-assi totali tal-BĊE fi tmiem l-2024. Taħt din il-partita tal-karta tal-bilanċ, il-BĊE għandu titoli akkwistati fil-kuntest tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP), it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds kopert (CBPP3), il-programm ta’ xiri ta’ titoli sostnut mill-assi (ABSPP), il-programm tax-xiri tas-settur pubbliku (PSPP) u l-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza fil-każ ta’ Pandemija (PEPP).
EUR 48.6 biljun
Tnaqqis fit-titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja
Abbażi tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill Governattiv, minn Lulju 2023, l-Eurosistema ma għadhiex tinvesti mill-ġdid pagamenti kapitali minn titoli li jimmaturaw taħt l-APP. L-Eurosistema kompliet tinvesti mill-ġdid pagamenti kapitali minn titoli li jimmaturaw taħt il-PEPP b’mod sħiħ matul l-ewwel nofs tal-2024 u parzjalment matul it-tieni nofs tas-sena, u naqset il-portafoll tal-PEPP fil-livell tal-Eurosistema b’medja ta’ EUR 7.5 biljun fix-xahar f’dak il-perjodu. Fi tmiem l-2024, l-investimenti mill-ġdid taħt il-PEPP twaqqfu. Bħala riżultat ta’ dawn id-deċiżjonijiet, il-portafoll ta’ titoli miżmuma mill-BĊE għal skopijiet ta’ politika monetarja naqas b’EUR 48.6 biljun għal EUR 376.8 biljun (Ċart 2). L-APP naqas b’EUR 41.6 biljun għal EUR 220.1 biljun bil-parteċipazzjonijiet tal-PSPP, ABSPP u CBPP3 taħt l-APP jonqsu b’EUR 32.2 biljun, EUR 6.3 biljun u EUR 3.1 biljun rispettivament. Il-portafoll tal-PEPP naqas b’EUR 6.8 biljun għal EUR 156.3 biljun.
Ċart 2
Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
It-titoli miżmuma mill-BĊE taħt l-APP u l-PEPP fi tmiem l-2024 kellhom profil ta’ maturità diversifikat (Ċart 3).[13]
Ċart 3
Profil tal-maturità tal-APP u l-PEPP

Sors: BĊE.
Nota: Għal titoli sostnuti minn assi, il-profil ta’ maturità huwa bbażat fuq it-tul ta’ żmien medju ppeżat tat-titoli aktar milli fuq id-data tal-maturità legali.
Fl-2024, il-valur totali ekwivalenti f’euro tal-assi tal-BĊE f’riżervi barranin, li jikkonsistu minn deheb, drittijiet speċjali ta’ ġbid, dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u renminbi Ċiniżi, żdied bi EUR 15.4-il biljun għal EUR 103.1 biljun.
EUR 10.5 biljun
Żieda fil-valur tal-investimenti tal-BĊE f’deheb minħabba ż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro
Il-valur ekwivalenti f’euro tal-investimenti tal-BĊE f’deheb żdied b’EUR 10.5 biljun għal EUR 40.9 biljun fl-2024 (Ċart 4), minħabba żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro. Din iż-żieda wasslet ukoll għal żieda ekwivalenti fil-kontijiet ta’ rivalwazzjoni tad-deheb tal-BĊE (ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”).
Ċart 4
Investimenti f’deheb u prezzijiet tad-deheb
(skala tax-xellug: EUR biljuni; skala tal-lemin: euro għal kull uqija fina ta’ deheb)

Sors: BĊE.
Nota: "Kontijiet ta’ rivalwazzjoni tad-deheb" ma tinkludix il-kontribuzzjonijiet tal-banek ċentrali tal-Istati Membri li ssieħbu fiż-żona tal-euro wara l-1 ta’ Jannar 1999 għall-kontijiet akkumulati ta’ rivalwazzjoni tad-deheb tal-BĊE fil-jum ta’ qabel id-dħul tagħhom fl-Eurosistema.
EUR 4.7 biljuni
Żieda fl-investimenti tal-BĊE f’munita barranija
L-investiment tal-BĊE f’munita barranija ta’ dollari Amerikani, yen Ġappuniż u renminbi Ċiniż żdiedu f’termini ta’ euro b’EUR 4.7 biljun għal EUR 60.0 biljun (Ċart 5), prinċipalment minħabba l-apprezzament tad-dollaru Amerikan meta mqabbel mal-euro u l-investiment mill-ġdid tal-introjtu miksub matul is-sena, primarjament fuq il-portafoll tad-dollaru Amerikan.[14] Dan l-apprezzament tad-dollaru Amerikan meta mqabbel mal-euro ġie rifless ukoll f’bilanċi ogħla fil-kontijiet ta’ rivalwazzjoni tal-BĊE (ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”).
Ċart 5
Investimenti f’muniti barranin
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Id-dollaru Amerikan baqa’ l-komponent ewlieni fl-investimenti tal-BĊE f’muniti barranin, u rrappreżenta madwar 83 % tat-total fi tmiem l-2024.
Il-BĊE jamministra l-investimenti tiegħu f’muniti barranin bl-użu ta’ approċċ bi tliet stadji. L-ewwel, portafoll referenzjali strateġiku jitfassal mill-maniġers tar-riskju tal-BĊE u jiġi approvat mill-Kunsill Governattiv. It-tieni, il-maniġers tal-portafolli tal-BĊE jfasslu l-portafoll referenzjali tattiku, li jiġi approvat mill-Bord Eżekuttiv. It-tielet, isiru operazzjonijiet ta’ investiment ta’ kuljum b’mod deċentralizzat mill-BĊNi fuq bażi ta’ kuljum.
L-investimenti tal-BĊE f’muniti barranin jiġu investiti l-aktar f’titoli u f’depożiti tas-suq monetarju jew jinżammu f’kontijiet kurrenti (Ċart 6). It-titoli f’dan il-portafoll jiġu valwati bil-prezzijiet tas-suq tal-aħħar tas-sena.
Ċart 6
Kompożizzjoni tal-investimenti f’muniti barranin
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
64 %
Titoli denominati f’muniti barranin b’maturità ta’ inqas minn sena
L-għan tal-investimenti f’muniti barranin tal-BĊE hu li jiffinanzjaw interventi potenzjali fis-suq tal-kambju barrani. Għal din ir-raġuni, l-investimenti tal-BĊE f’muniti barranin huma ġestiti skont tliet għanijiet (f’ordni ta’ prijorità): likwidità, sikurezza u redditu. Għalhekk, dan il-portafoll jinkludi l-aktar titoli b’maturitajiet qosra (Ċart 7).
Ċart 7
Profil tal-maturità tat-titoli denominati f’muniti barranin

Sors: BĊE.
Il-valur tal-portafoll tal-fondi proprji żdied b’EUR 0.6 biljun għal EUR 22.7 biljun (Ċart 8), primarjament minħabba l-investiment mill-ġdid tal-introjtu mill-imgħax iġġenerat fuq dan il-portafoll.
Il-portafoll jikkonsisti prinċipalment minn titoli denominati f’euro valwati bil-prezzijiet tas-suq ta’ tmiem is-sena. Fl-2024 it-titoli tad-dejn tal-gvern ammontaw għal 78% tal-portafoll totali.
28%
Sehem ta’ investimenti sostenibbli u responsabbli fil-portafolli ta’ fondi proprji tal-BĊE
Is-sehem tal-investimenti ekoloġiċi fil-portafoll tal-fondi proprji baqa’ jiżdied u minn 20 % fi tmiem l-2023 żdied għal 28 % fi tmiem l-2024. Il-BĊE qed jippjana li jkompli jżid dan is-sehem fis-snin li ġejjin.[15] Fl-2021 u fl-2022, ix-xiri ta’ bonds ekoloġiċi fi swieq sekondarji kien ikkumplimentat minn investimenti fil-fond ta’ investiment f’bonds ekoloġiċi denominati f’euro għall-banek ċentrali mniedi mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali f’Jannar 2021. F’Ottubru 2024, il-BĊE beda jinvesti sehem żgħir mill-fondi proprji tiegħu f’fondi nnegozjati fil-borża (ETFs) li jsegwu parametri referenzjarji allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi.[16] Din id-diversifikazzjoni ssaħħaħ il-potenzjal ta’ redditu tal-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE u tkompli tallinja l-investimenti tiegħu ma’ perkors ta’ dekarbonizzazzjoni konsistenti mal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima.[17]
Ċart 8
Il-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Il-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE fil-biċċa l-kbira jikkonsisti f’investimenti tal-kapital imħallas tiegħu u ammonti mwarrba fil-fond ġenerali tar-riżervi u fil-provvediment kontra riskji finanzjarji. L-għan ta’ dan il-portafoll hu li jipprovdi introjtu biex jgħin fil-finanzjament tal-ispejjeż operattivi tal-BĊE li mhumiex relatati mat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu.[18] Huwa investit f’assi denominati f’euro, soġġett għal-limiti imposti mill-qafas tal-kontroll tar-riskju tiegħu. Dan jirriżulta fi struttura ta’ maturità iżjed diversifikata (Ċart 9), meta mqabbla mal-portafoll tar-riżervi narranin.
Ċart 9
Profil tal-maturità tat-titoli tal-fondi proprji tal-BĊE

Sors: BĊE.
Fl-aħħar tal-2024, il-valur totali tal-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni maħruġin mill-Eurosistema kien ta’ EUR 1,588.3 biljun, żieda ta’ 1.3% meta mqabbel mal-aħħar tal-2023. Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8% mit-total tal-valur tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, li ammonta għal EUR 127.1 biljun fl-aħħar tas-sena. Legalment, kemm il-BĊE kif ukoll il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-pajjiżi taż-żona tal-euro għandhom id-dritt joħorġu l-karti tal-flus tal-euro. Fil-prattika, madankollu, il-BĊNi biss joħorġu fiżikament karti tal-flus tal-euro jew jirtirawhom miċ-ċirkolazzjoni. Għalhekk, il-BĊE jżomm pretensjonijiet intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊNi taż-żona tal-euro ekwivalenti għall-valur tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni allokati lilu.
L-obbligazzjonijiet fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊE, li prinċipalment jikkonsistu fil-bilanċ nett ta’ TARGET tal-BĊNi taż-żona tal-euro meta mqabbel ma’ tal-BĊE u l-obbligazzjonijiet tal-BĊE fir-rigward tal-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lilu mill-BĊNi taż-żona tal-euro meta ngħaqdu mal-Eurosistema, naqsu b’EUR 56.4 biljun għal EUR 388.7 biljun fl-2024.
EUR 56.3 biljun
Tnaqqis fl-obbligazzjoni netta ta’ TARGET tal-BĊE
L-iżvilupp tal-obbligazzjonijiet intra-Eurosistema huwa ddeterminat mill-evoluzzjoni tal-obbligazzjoni netta ta’ TARGET. Il-fatturi ewlenin li kkontribwew għall-bidliet fl-obbligazzjoni netta ta’ TARGET tul il-perjodu 2020–24 kienu x-xiri u l-fidi ta’ titoli tal-politika monetarja, li jiġu saldati permezz ta’ kontijiet ta’ TARGET, u bidliet fl-obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro u persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro (Ċart 10). Fl-2024, l-obbligazzjoni netta ta’ TARGET tal-BĊE naqset b’EUR 56.3 biljun, prinċipalment minħabba l-influssi ta’ flus kontanti minn fidi ta’ titoli tal-politika monetarja u ż-żieda fl-obbligazzjonijiet lejn residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro.
Ċart 10
Bilanċ nett intra-Eurosistema ta’ TARGET, obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro u persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro u titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: Għall-iskop ta’ din iċ-ċart “obbligazzjonijiet lejn ir-residenti fiż-żona tal-euro u persuni residenti mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” tikkonsisti f’‘Obbligazzjonijiet oħrajn lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro”, “Obbligazzjonijiet lejn residenti oħrajn fiż-żona tal-euro ddenominati f’euro” u “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”.
Fl-2024, l-obbligazzjonijiet l-oħrajn tal-BĊE żdiedu b’EUR 16.6-il biljun għal EUR 74.9 biljun, prinċipalment minħabba żieda fl-obbligazzjonijiet lejn residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro bħala riżultat ta’ depożiti ogħla aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali.[19]
1.3.2 Ekwità netta
EUR 50.0 biljun
L-ekwità netta tal-BĊE
L-ekwità netta tal-BĊE tikkonsisti fil-kapital imħallas tiegħu, kull ammont miżmum fil-provvediment għar-riskji finanzjarji u l-fond ta’ riżerva ġenerali, il-kontijiet ta’ rivalwazzjoni, kwalunkwe telf akkumulat mis-snin ta’ qabel u kwalunkwe gwadann/telf għas-sena.[20],,[21]
Fi tmiem l-2024, l-ekwità netta tal-BĊE ammontat għal EUR 50.0 biljun (Ċart 11 u Ċart 2). Dan kien EUR 5.4 biljun ogħla milli fi tmiem l-2023 minħabba ż-żieda fil-kontijiet ta’ rivalwazzjoni, prinċipalment bħala riżultat taż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro fl-2024 u l-apprezzament tad-dollaru Amerikan meta mqabbel mal-euro. Iż-żieda li rriżultat fl-ekwità netta tal-BĊE ġiet parzjalment ikkumpensata minn (i) it-telf imġarrab fl-2024; u (ii) it-tnaqqis fil-kapital imħallas wara l-aġġustament ta’ kull ħames snin tal-iskema tal-kapital tal-BĊE li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024 u rriżulta fi tnaqqis fil-ponderazzjoni tal-BĊNi taż-żona tal-euro (li ħallsu s-sottoskrizzjonijiet kompletament).
Ċart 11
L-ekwità netta tal-BĊE
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: “Kontijiet ta’ rivalwazzjoni” tinkludi l-gwadanni totali mir-rivalwazzjoni tal-investiment f’deheb, muniti barranin u titoli u strumenti oħra, iżda teskludi l-kont tar-rivalwazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg.
Tabella 2
Bidliet fl-ekwità netta tal-BĊE
(miljuni ta’ EUR)
Kapital | Kontijiet ta’ rivalwazzjoni | Telf akkumulat riportat | Telf għas-sena | Ekwità netta totali | |
---|---|---|---|---|---|
Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2023 | 8,948 | 36,861 | - | (1,266) | 44,543 |
Telf riportat | (1,266) | 1,266 | - | ||
Aġġustament ta’ kull ħames snin tal-iskema tal-kapital tal-BĊE | (23) | (23) | |||
Kontijiet ta’ rivalwazzjoni | 13,375 | ||||
- Deheb | 10,476 | ||||
- Munita barranija | 2,976 | ||||
- Titoli u strumenti oħra | (77) | ||||
Telf għas-sena | (7,944) | (7,944) | |||
Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2024 | 8,925 | 50,236 | (1,266) | (7,944) | 49,951 |
34%
Żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro
Gwadanni mhux realizzati fuq deheb, muniti barranin u titoli u strumenti oħra li huma soġġetti għar-rivalwazzjoni tal-prezzijiet mhumiex rikonoxxuti bħala introjtu fil-kont tal-profitt u t-telf iżda huma rreġistrati direttament fil-kontijiet ta’ rivalwazzjoni li jidhru fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-bilanċi f’dawn il-kontijiet jistgħu jintużaw biex jassorbu l-impatt ta’ ċaqliq sfavorevoli fil-prezzijiet u/jew fir-rati tal-kambju rispettivi fil-ġejjieni, u b’hekk isaħħu r-reżiljenza tal-BĊE kontra r-riskji sottostanti. Fl-2024, il-kontijiet ta’ rivalwazzjoni għad-deheb, muniti barranin u għal titoli u strumenti oħra żdiedu b’EUR 13.4-il biljun għal EUR 50.2 biljun, prinċipalment minħabba bilanċi ta’ rivalwazzjoni ogħla għad-deheb bħala riżultat taż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro. Barra minn hekk, il-bilanċi ta’ rivalwazzjoni għall-muniti barranin żdiedu, prinċipalment minħabba l-apprezzament tad-dollaru Amerikan meta mqabbel mal-euro, li aktar milli jpaċi t-tnaqqis tal-bilanċi ta’ rivalwazzjoni għall-yen Ġappuniż li jirriżulta mid-deprezzament tiegħu meta mqabbel mal-euro (Ċart 12).
Ċart 12
Ir-rati ewlenin tal-kambju barrani u l-prezz tad-deheb matul il-perjodu 2020-24
(bidliet perċentwali meta mqabbla mal-2020; data ta’ tmiem is-sena)

Sors: BĊE.
Minħabba l-espożizzjoni tiegħu għar-riskji finanzjarji (ara t-Taqsima 1.4.1 “Riskji finanzjarji”), il-BĊE jista’ jwarrab provvediment għar-riskji finanzjarji, li għandu jintuża sal-punt meqjus meħtieġ mill-Kunsill Governattiv biex ipaċi t-telf li jirriżulta bħala riżultat ta’ din l-iskopertura. Fil-31 ta’ Diċembru 2024, dan il-provvediment kien żero minħabba li ntuża kompletament fl-2023 biex ikopri parti mit-telf ta’ dik is-sena. Fil-kuntest tar-rieżami annwali tad-daqs ta’ dan il-provvediment, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jirrifornih ladarba l-BĊE jkun irritorna biex jagħmel profitt u jpaċi t-telf akkumulat riportat mis-snin preċedenti.
It-telf tal-BĊE għas-sena kien ta’ EUR 7.9 biljun (ara t-Taqsima 1.3.3 “Kont tal-profitt u t-telf”). Bħal fis-sena ta’ qabel, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jirriporta ’l quddiem dan it-telf fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE biex jiġi paċut kontra profitti futuri.
1.3.3 Kont tal-profitt u telf
Ir-riżultat tal-BĊE naqas sena wara sena sa mill-2020 (Ċart 13). Fl-2021, it-tnaqqis kien xprunat l-aktar minn intorjtu aktar baxx iġġenerat fuq riżervi barranin u fuq titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja. Fl-2022 u fl-2023, it-tnaqqis fir-riżultat tal-BĊE kien primarjament il-konsegwenza tal-materjalizzazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax peress li ż-żieda fir-rati tal-imgħax fiż-żona tal-euro wasslet għal żieda immedjata fl-ispiża tal-imgħax imħallsa mill-BĊE fuq l-obbligazzjoni netta tiegħu ta’ TARGET, li ġiet remunerata bir-rata tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (rata MRO).[22] Fl-istess ħin, l-introjtu miksub mill-assi tal-BĊE ma żdiedx bl-istess mod jew bl-istess pass (ara t-Taqsima 1.4.1 “Riskji finanzjarji”). Din is-sitwazzjoni kompliet fl-2024 peress li, minkejja t-tnaqqis fir-rata tal-politika li beda f’Ġunju ta’ dik is-sena, l-ispiża tal-imgħax imħallsa fuq l-obbligazzjoni netta ta’ TARGET kienet bħala medja xorta ogħla mill-introjtu mill-imgħax miksub fuq l-assi.
Il-profitti jew it-telf huma effetti sekondarji tal-għan ewlieni tal-BĊE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet
It-telf tal-BĊE għall-2023 u għall-2024, li ġie wara perjodu twil ta’ profitti sostanzjali, jirrifletti r-rwol u l-azzjonijiet ta’ politika meħtieġa tal-Eurosistema fit-twettiq tal-mandat primarju tagħha li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet u ma għandu l-ebda impatt fuq il-kapaċità tagħha li tmexxi politika monetarja effettiva. Sal-2022, il-karta tal-bilanċ tal-BĊE kibret b’mod sinifikanti xprunata prinċipalment mix-xiri ta’ titoli taħt il-programmi ta’ xiri dirett. Fuq in-naħa tal-assi, il-maġġoranza tat-titoli tal-politika monetarja miżmuma bħalissa għandhom maturitajiet twal u kupuni fissi u nxtraw matul perjodu meta r-rati tal-imgħax kienu baxxi ħafna jew żero. Dawn l-assi se jkomplu jiġġeneraw introjtu relattivament baxx mill-imgħax, u mhumiex affettwati immedjatament mill-bidliet fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE. Fl-istess ħin, is-saldu fi flus kontanti ta’ dan ix-xiri permezz ta’ TARGET wassal għal żieda fl-obbligazzjoni netta tal-BĊE fir-rigward ta’ TARGET, li hija sensittiva ħafna għal bidliet fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE.
Il-materjalizzazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax xorta tista’ twassal għal telf matul il-ftit snin li ġejjin
Qabel ma jerġa’ jagħmel profitti, il-BĊE xorta jista’ jġarrab telf fis-snin li ġejjin bħala riżultat tal-materjalizzazzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax. Għalkemm l-okkorrenza u d-daqs ta’ dan it-telf huma inċerti u jiddependu ħafna mill-evoluzzjoni futura tar-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE u fuq id-daqs u l-kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE, jekk jimmaterjalizzawx, huma mistennija li jkunu inqas minn dawk imġarrba fl-2023 u fl-2024. Barra minn hekk, il-kapital tal-BĊE u l-kontijiet ta’ rivalwazzjoni sostanzjali tiegħu, li flimkien ammontaw għal EUR 59.2 biljun fi tmiem l-2024 (ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”), jirfdu s-saħħa finanzjarja tiegħu, u, fi kwalunkwe każ, il-BĊE jista’ jopera b’mod effettiv u jissodisfa l-mandat primarju tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet irrispettivament minn kwalunkwe telf.
Ċart 13
Komponenti ewlenin tal-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: “Introjtu u spejjeż oħrajn” tikkonsisti f’“Introjtu/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet”, “Introjtu minn ishma azzjonarji u l-interessi azzjonarji”, “Introjtu ieħor” u “Spejjeż oħra”.
EUR 7,944 miljun
Telf tal-BĊE għall-2024
Fl-2024, it-telf tal-BĊE għas-sena ammonta għal EUR 7,944 miljun, li huwa komparabbli mat-telf ta’ EUR 7,886 miljun qabel it-trasferiment mill-provvedimenti kontra r-riskji fl-2023. F’dik is-sena, il-provvediment kontra r-riskji finanzjarji ġie diżimpennjat kompletament biex ikopri parzjalment it-telf imġarrab, u b’hekk it-telf għall-2023 tela’ għal EUR 1,266 miljun, filwaqt li fl-2024 il-provvediment kien żero. L-ixprunatur ewlieni tat-telf kompliet tkun l-ispiża tal-imgħax nett sinifikanti (Ċart 14).
Ċart 14
Xprunaturi tal-profitt (telf) tal-BĊE għall-2023 u l-2024
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
L-ispiża netta tal-imgħax irriżultat prinċipalment mill-obbligazzjoni netta tal-BĊE fir-rigward ta’ TARGET
L-ispiża netta tal-imgħax tal-BĊE ammontat għal EUR 6,983 miljun fl-2024, meta mqabbla ma’ EUR 7,193 miljun fl-2023 (Ċart 15). Il-komponent ewlieni kien l-ispiża tal-imgħax sinifikanti li tirriżulta mill-obbligazzjoni netta ta’ TARGET tal-BĊE, li aktar milli tpaċi l-introjtu mill-imgħax li jirriżulta minn (i) il-pretensjonijiet tal-BĊE relatati mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema, (ii) titoli tal-politika monetarja u (iii) riżervi barranin.
Ċart 15
Introjtu nett mill-imgħax/(spiża)
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Introjtu ogħla mill-imgħax, prinċipalment fuq titoli tas-settur pubbliku miżmuma taħt il-PEPP
L-introjtu nett mill-imgħax iġġenerat fuq titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja żdied bi EUR 383 miljun għal EUR 3,850 miljun fl-2024 (Ċart 16), l-aktar minħabba l-introjtu nett ogħla mill-investimenti taħt il-PEPP, li ogħla b’EUR 606 miljun għal EUR 1,206 miljun. Din iż-żieda kienet prinċipalment attribwibbli għall-amortizzament tal-primjum aktar baxx tat-titoli tas-settur pubbliku. L-introjtu mill-imgħax nett minn titoli miżmuma taħt l-APP (CBPP3, ABSPP u PSPP) naqas b’EUR 199 miljun għal EUR 2,619-il miljun. Dan it-tnaqqis kien prinċipalment dovut għat-tnaqqis fl-introjtu mill-imgħax mill-parteċipazzjonijiet taħt l-ABSPP, li naqas b’EUR 223 miljun għal EUR 419-il miljun bħala riżultat tal-parteċipazzjonijiet ferm aktar baxxi minħabba r-ripagamenti tat-titoli. L-introjtu mill-imgħax fuq titoli miżmuma taħt il-PSPP ammonta għal EUR 2,022 miljun fl-2024, li kien kważi l-istess bħal fl-2023 peress li t-titoli miżmuma taħt dan il-portafoll kienu fil-biċċa l-kbira akkwistati b’redditi baxxi u għalhekk il-maturazzjoni tagħhom kellha biss impatt żgħir fuq l-introjtu mill-imgħax. L-introjtu nett mill-imgħax fuq l-SMP naqas b’EUR 49 miljun għal EUR 24 miljun, minħabba t-tnaqqis fid-daqs tal-portafoll bħala riżultat tat-titoli li mmaturaw.
Ċart 16
Introjtu nett mill-imgħax/(spiża) fuq titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Żieda fl-introjtu mill-imgħax fuq il-portafoll tad-dollaru Amerikan
L-introjtu mill-imgħax nett fuq riżervi barranin żdied b’EUR 155 miljun għal EUR 2,537 miljun, l-aktar minħabba introjtu ogħla mill-imgħax fuq titoli denominati f’dollari Amerikani.
4.1%
Rata medja tal-MRO fl-2024
L-introjtu mill-imgħax li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro lill-BĊE u l- ispiża tal-imgħax li tirriżulta mir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet tal-BĊNi fir-rigward ta’ riżervi barranin ittrasferiti ammontaw għal EUR 415 miljun u EUR 5,232 miljun, u b’EUR 114 miljun sa EUR 1,448 miljun rispettivament fl-2024. Dawn iż-żidiet kienu dovuti għar-rata medja ogħla tal-MRO ta’ 4.1 % fl-2024 (2023: 3.8 %), peress li r-rata tal-MRO ntużat għar-remunerazzjoni ta’ dawn il-bilanċi. Il-Kunsill Governattiv beda jnaqqas ir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE f’Ġunju 2024, u naqqas ir-rata tal-MRO għal 3.15 % sa tmiem l-2024, meta mqabbel ma’ 4.5 % fil-bidu tas-sena.
EUR 15,674 miljun
Spiża tal- imgħax li tirriżulta mill-obbligazzjoni netta ta’ TARGET tal-BĊE
L-ispiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi ta’ TARGET dovuti minn/lill-BĊNi żdiedet b’EUR 1,439 miljun għal EUR 15,674 miljun fl-2024. Din iż-żieda kienet xprunata prinċipalment mir-rata medja ogħla tal-MRO fl-2024, minħabba li din ir-rata ntużat ukoll għar-remunerazzjoni tal-bilanċi ta’ TARGET intra-Eurosistema tal-BĊE.
L-ispiża netta l-oħra tal-imgħax naqset b’EUR 809 miljun għal EUR 1,479 miljun fl-2024. Dan kien prinċipalment dovut għall-ispiża tal-imgħax aktar baxxa fuq depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali u fuq flus kontanti riċevuti bħala kollateral fi tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli, minħabba l-bilanċ medju aktar baxx ta’ dawn iż-żewġ entrati fl-2024, u l-introjtu mill-imgħax ogħla fuq il-portafoll tal-fondi proprji bħala riżultat tar-redditi li ilhom jiżdiedu fiż-żona tal-euro mill-2022 (Ċart 17). Dawn il-bidliet ġew parzjalment ikkumpensati mill-ispiża tal-imgħax ogħla fuq il-bilanċi tas-sistemi anċillari taż-żona tal-euro bħala riżultat ta’ żieda ulterjuri fil-bilanċ medju u rata ta’ remunerazzjoni medja ogħla fl-2024.
Ċart 17
Rendimenti tal-bonds tal-gvern ta’ seba’ snin fiż-żona tal-euro
(perċentwali fis-sena; data fl-aħħar tax-xahar)

Sors: BĊE.
It-telf nett realizzat fil-prezzijiet kien prinċipalment xprunat minn primjums pendenti fuq titoli tal-ABSPP imħallsa lura qabel il-maturità
It-telf nett realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji żdied b’EUR 89 miljun għal EUR 17 miljun fl-2024 (Ċart 18). Dan it-telf irriżulta prinċipalment minn primjums pendenti fuq titoli miżmuma fl-ABSPP li tħallsu lura qabel il-maturità. It-telf realizzat fil-prezz kien parzjalment ikkumpensat minn gwadanni realizzati fir-rata tal-kambju, li fil-biċċa l-kbira rriżultaw bħala konsegwenza tat-tnaqqis fil-prezz tal-aħħar tas-sena ta’ għadd ta’ titoli denominati f’dollaru Amerikan.
Il-gwadanni u t-telf tal-prezzijiet realizzati fuq tranżazzjonijiet finanzjarji f’munita barranija, b’mod partikolari fuq il-bejgħ ta’ titoli ddenominati f’dollaru Amerikan u fuq futuri tar-rati tal-imgħax, kienu xprunati minn varjazzjonijiet fir-redditi tal-bonds f’dollaru Amerikan u fil-biċċa l-kbira paċew lil xulxin matul l-2024 (Ċarts 19 u 20).
Ċart 18
Gwadanni/(telf) realizzat(i) li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Ċart 19
Gwadanni/(telf) realizzat kull trimestru minn operazzjonijiet finanzjarji fl-2023 u fl-2024
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Ċart 20
Redditi tal-bonds tal-gvern fl-Istati Uniti, fil-Ġappun u fiċ-Ċina
(perċentwali fis-sena; data fl-aħħar tax-xahar)

Sors: LSEG.
EUR 187 miljun
Tnaqqis fil-prezz, prinċipalment fuq titoli denominati f’dollaru Amerikan
It-telf mir-rivalwazzjoni mhux realizzat jitniżżel bħala spiża fil-forma ta’ tnaqqis fil-valur fi tmiem is-sena fil-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE. Fl-2024, dan it-tnaqqis ammonta għal EUR 269 miljun (Ċart 21). Telf mhux realizzat fil-prezz li jammonta għal EUR 187 miljun irriżulta prinċipalment minn tnaqqis fil-valur tas-suq ta’ għadd ta’ titoli miżmuma fil-portafoll tad-dollaru Amerikan. Kien hemm ukoll telf mhux realizzat fir-rata tal-kambju ta’ EUR 81 miljun fuq il-parteċipazzjoni tal-BĊE ta’ yen Ġappuniż fl-2024 bħala riżultat tad-deprezzament ta’ din il-munita meta mqabbla mal-euro għal rata tal-kambju taħt il-kost tal-akkwist tal-parteċipazzjoni.
Ċart 21
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
L-ispejjeż operazzjonali totali tal-BĊE, inkluż id-deprezzament u s-servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus, żdiedu b’EUR 198 miljun għal EUR 1,470 miljun (Ċart 22). Dan kien dovut l-aktar għal kostijiet ogħla tal-persunal, li jirriflettu kostijiet ogħla għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg li rriżultaw minn emenda għar-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjoni tal-BĊE fl-2024. L-ispejjeż amministrattivi żdiedu wkoll, prinċipalment minħabba nfiq ogħla fuq l-IT fir-rigward tat-trasformazzjoni diġitali, filwaqt li jirriflettu wkoll l-impatt tal-inflazzjoni.
EUR 681 miljun
Introjtu mit-tariffi superviżorji
L-ispejjeż relatati mas-superviżjoni bankarja huma koperti għalkollox permezz ta’ tariffi imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni. Abbażi tal-ispejjeż attwali mġarrba mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti ta’ superviżjoni bankarji tiegħu, l-introjtu mit-tariffi superviżorji għall-2024 kien ta’ EUR 681 miljun.[23]
Ċart 22
Spejjeż operattivi u introjtu mit-tariffi superviżorji
(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
1.4 Ġestjoni tar-riskji
Il-ġestjoni tar-riskju hi parti kritika tal-attivitajiet tal-BĊE u titwettaq permezz ta’ proċess kontinwu ta’ (i) identifikazzjoni u valutazzjoni tar-riskji, (ii) analiżi tal-istrateġija u l-politika tar-riskju, (iii) l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li jtaffu r-riskji, u (iv) sorveljanza u rappurtar tar-riskji - li lkoll huma sostnuti b’metodoloġiji, proċessi u sistemi effettivi.
Figura 2
Ċiklu tal-ġestjoni tar-riskju

It-taqsimiet li ġejjin jiffokaw fuq ir-riskji, is-sorsi tagħhom u l-oqfsa applikabbli tal-kontroll tar-riskju.
1.4.1 Riskji finanzjarji
Il-Bord Eżekuttiv jipproponi politika u proċeduri li jiżguraw livell xieraq ta’ protezzjoni kontra r-riskji finanzjarji li l-BĊE hu espost għalihom. Il-Kumitat għall-Ġestjoni tar-Riskju (RMC), li jinkludi esperti mill-banek ċentrali tal-Eurosistema, jikkontribwixxi għas-sorveljanza, il-kejl u r-rappurtar tar-riskji finanzjarji relatati mal-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema u jiddefinixxi u jeżamina mill-ġdid il-metodoloġiji u l-oqfsa assoċjati. B’dan il-mod, l-RMC jgħin lill-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex jiżguraw livell xieraq ta’ protezzjoni għall-Eurosistema.
Ir-riskji finanzjarji jirriżultaw mill-attivitajiet ewlenin tal-BĊE u mill-iskoperturi assoċjati. L-oqfsa u l-limiti tal-kontroll tar-riskju li juża l-BĊE biex jamministra l-profil tar-riskju tiegħu f’kull tip ta’ operazzjoni, jirriflettu l-għanijiet tal-politika jew tal-investiment tad-diversi portafolli kif ukoll il-karatteristiċi tar-riskju tal-assi sottostanti.
Biex jissorvelja u jivvaluta r-riskji, il-BĊE juża għadd ta’ metodi tekniċi ta’ stima tar-riskju żviluppati mill-esperti tiegħu. Dawn il-metodi tekniċi huma bbażati fuq qafas konġunt ta’ simulazzjoni tar-riskji tas-suq u tal-kreditu. Il-kunċetti, it-teknika u l-konġetturi tal-mudelli ewlenin li jiffurmaw il-bażi tal-miżuri tar-riskju jużaw l-istandards tal-industrija u d-data tas-suq disponibbli. Ir-riskji huma tipikament kwantifikati bħala n-nuqqas mistenni (ES, expected shortfall), stmat fil-livell ta’ fiduċja ta’ 99% fuq perjodu ta’ sena.[24] Jintużaw żewġ metodi għall-kalkolu tar-riskji: (i) il-metodu tal-kontabilità, fejn il-kontijiet ta’ rivalwazzjoni tal-BĊE jitqiesu bħala riżerva fil-kalkolu tal-istimi tar-riskju skont ir-regoli applikabbli kollha tal-kontabilità; u (ii) il-metodu finanzjarju, fejn il-kontijiet ta’ rivalwazzjoni ma jitqisux bħala riżerva fil-kalkolu tar-riskju. Il-BĊE jikkalkula wkoll miżuri oħra tar-riskju f’livelli differenti ta’ fiduċja, jagħmel analiżijiet tas-sensittività u tax-xenarji ta’ stress u jivvaluta tbassir aktar fit-tul tal-iskoperturi u l-introjtu biex tinżamm stampa komprensiva tar-riskji.[25]
EUR 15.3-il biljun
Riskju totali (ES 99 %, metodu tal-kontabilità)
Ir-riskji totali tal-BĊE naqsu matul is-sena. Fl-aħħar tal-2024, ir-riskji finanzjarji totali tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE, kif imkejlin bl-ES f’livell ta’ fiduċja ta’ 99% fuq perjodu ta’ sena taħt il-metodu tal-kontabilità, kienu ta’ EUR 15.3-il biljun, dan ifisser EUR 1.5 biljun aktar baxx mir-riskji stmati fi tmiem l-2023 (Ċart 23). It-tnaqqis fir-riskju huwa prinċipalment attribwit għat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet tal-BĊE ta’ titoli tas-settur pubbliku skont l-APP u l-PEPP, peress li l-BĊE ma baqax jinvesti mill-ġdid il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw mixtrija skont l-APP u, minn Lulju 2024, investa mill-ġdid parzjalment biss dawk minn titoli li jimmaturaw mixtrija taħt il-PEPP. It-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet f’titoli skont l-APP u l-PEPP kien akkumpanjat minn tnaqqis korrispondenti fl-obbligazzjonijiet tal-BĊE, li kompla jikkontribwixxi għat-tnaqqis fir-riskji hekk kif id-diskrepanza fis-sensittività tar-rata tal-imgħax tal-karta bilanċjali bdiet tonqos.
Ċart 23
Riskji finanzarji totali (ES 99% approċċ tal-kontabilità)
(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Riskju tal-kreditu
Ir-riskju għall-kreditu jiġi mill-portafolli tal-politika monetarja tal-BĊE, mill-portafoll tal-fondi proprji tiegħu u mill-investimenti tar-riżervi barranin tiegħu. Waqt li t-titoli ta’ dejn miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja huma valwati b’kost amortizzat soġġett għal indeboliment u għalhekk, fin-nuqqas ta’ bejgħ, mhumiex soġġetti għal bidliet fil-prezzijiet assoċjati ma’ migrazzjonijiet tal-kreditu, xorta waħda huma soġġetti għal riskju ta’ inadempjenza tal-kreditu. Il-fondi proprji denominati f’euro u r-riżervi barranin jiġu valwati bil-prezz tas-suq u, bħala tali, huma soġġetti għar-riskju tal-migrazzjoni tal-kreditu u r-riskju tal-inadempjenza tal-kreditu. Ir-riskju ta’ kreditu naqas meta mqabbel mal-2023 bħala riżultat tat-tnaqqis fit-titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja.
Ir-riskju tal-kreditu jittaffa l-iżjed permezz tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta u l-limiti li jvarjaw fil-portafolli kollha.
Riskji tal-munita u tal-materja prima
Ir-riskji tal-kambju u tal-materja prima jiġu mill-investimenti tal-BĊE f’muniti barranin u f’deheb. Ir-riskji tal-munita u tal-komoditajiet żdiedu meta mqabbla mal-2023.
Minħabba r-rwol ta’ dawn l-assi fil-politika, il-BĊE ma jagħmilx hedging tar-riskji relatati mal-valuta u l-komoditajiet. Minflok, dawn ir-riskji jittaffew permezz tal-kontijiet ta’ rivalwazzjoni eżistenti u d-diversifikazzjoni tal-investimenti fil-muniti differenti u d-deheb.
Riskju tar-rata tal-imgħax
Ir-riżervi barranin tal-BĊE u l-fondi proprji denominati f’euro jiġu investiti l-iżjed f’titoli b’introjtu fiss u huma soġġetti għar-riskju tar-rata tal-imgħax valutat skont is-suq, billi jiġu valwati bil-prezzijiet tas-suq. L-investimenti tar-riżervi barranin tal-BĊE huma investiti l-iżjed f’assi b’maturità relattivament qasira (ara ċ-Ċart 7 fis-Taqsima 1.3.1 “Karta tal-bilanċ”), filwaqt li l-assi fil-portafoll tal-fondi proprji ġeneralment ikollhom maturitajiet itwal (ara ċ-Ċart 9 fit-Taqsima 1.3.1 “Karta tal-bilanċ”). Ir-riskju tar-rata tal-imgħax ta’ dawn il-portafolli, kif imkejjel skont l-approċċ tal-kontabilità, żdied meta mqabbel mal-2023, u dan jirrifletti żviluppi fil-kundizzjonijiet tas-suq.
Ir-riskju tar-rata tal-imgħax valutat skont is-suq jittaffa permezz tal-politika tal-allokazzjoni tal-assi u l-kontijiet ta’ rivalwazzjoni.
Il-BĊE hu soġġett ukoll għar-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta mid-diskrepanza bejn ir-rata tal-imgħax li jdaħħal fuq l-assi tiegħu u r-rata tal-imgħax li jħallas fuq l-obbligazzjonijiet tiegħu, u dan għandu impatt fuq l-introjtu nett tiegħu mill-imgħax. Dan ir-riskju mhuwiex marbut direttament ma’ xi portafoll partikolari, iżda pjuttost mal-istruttura tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE kollha kemm hi, u b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ diskrepanzi fil-maturità u r-redditu bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet. Ir-riskju tar-rata tal-imgħax naqas fl-2024, u dan jirrifletti t-tnaqqis fl-obbligazzjonijiet tal-BĊE wara t-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet f’titoli skont l-APP u l-PEPP. Minbarra li jitkejjel fi ħdan l-ES bil-livell ta’ fiduċja ta’ 99% fuq orizzont ta’ sena, dan ir-riskju huwa mmonitorjat permezz ta’ projezzjonijiet tal-profittabbiltà tal-BĊE fuq orizzont medju sa twil.
Dan it-tip ta’ riskju jiġi amministrat permezz tal-politika tal-allokazzjoni ta’ assi u jittaffa ulterjorment bl-eżistenza ta’ obbligazzjonijiet mhux remunerati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE.
Minkejja dan, il-materjalizzazzjoni kontinwa tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax wasslet għal aktar telf fl-2024. Dan it-telf kien xprunat l-aktar mill-kost tal-obbligazzjonijiet tal-BĊE li jaqbżu l-imgħax miksub fuq l-assi tiegħu. Sehem kbir tal-assi tal-BĊE fuq terminu medju sa twil b’kupuni b’rata fissa nkiseb meta r-rati tal-imgħax kienu baxxi ħafna jew saħansitra żero. Dawn komplew jiġu ffinanzjati prinċipalment minn obbligazzjonijiet fuq terminu qasir li, sa tmiem l-2024, kienu remunerati bir-rata tal-MRO. Filwaqt li l-BĊE jistenna li se jirritorna jagħmel profitt, il-possibbiltà ta’ aktar telf fis-snin li ġejjin ma tistax tiġi eskluża. Jekk dan ikun il-każ, kwalunkwe telf bħal dan huwa mistenni li jkun iżgħar minn dak imġarrab fl-2023 u fl-2024.
Riskju tat-tibdil fil-klima
Ir-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima qed jiġu inkorporati gradwalment fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-BĊE. Fl-2022, l-Eurosistema wettqet l-ewwel test tal-istress relatat mal-klima fuq il-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema, u dan ippermetta stima preliminari tal-impatt ta’ dan ir-riskju fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE.[26] Test tal-istress klimatiku ieħor twettaq fl-2024, u l-ittestjar tal-istress klimatiku se jkompli jitwettaq fuq bażi regolari fis-snin li ġejjin.[27]
1.4.2 Riskju operazzjonali
Il-Bord Eżekuttiv huwa responsabbli għal, u japprova l-politika u l-qafas tal-ġestjoni tar-risku operazzjonali (ORM) tal-BĊE.[28] Il-Kumitat tar-Riskji Operazzjonali (ORC) jappoġġa lill-Bord Eżekuttiv fil-qadi tar-rwol tiegħu fis-sorveljanza tal-ġestjoni tar-riskji operazzjonali. L-ORM hu parti integrali tal-istruttura tal-governanza u l-proċessi ta’ ġestjoni tal-BĊE.[29]
L-għan ewlieni tal-qafas ORM tal-BĊE hu li jagħti kontribut biex jiżgura li l-BĊE jilħaq il-missjoni u l-għanijiet tiegħu, filwaqt li jħares ir-reputazzjoni u l-assi tiegħu kontra t-telf, l-użu ħażin u d-danni. Fil-qafas tal-ORM, kull qasam ta’ ħidma huwa responsabbli biex jidentifika, jivvaluta, jirreaġixxi għal, jirrapporta dwar u jissorvelja r-riskji, l-inċidenti u l-kontrolli operazzjonali tiegħu. F’dan il-kuntest, il-politika tal-BĊE relatata mat-tolleranza tar-riskju tipprovdi gwida dwar l-istrateġiji ta’ reazzjoni għar-riskju u l-proċeduri ta’ aċċettazzjoni tar-riskju. Hija marbuta ma’ matriċi ta’ riskju ta’ ħamsa b’ħamsa abbażi ta’ skali ta’ gradazzjoni tal-impatt u l-probabbiltà bl-applikazzjoni ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi.
L-ambjent li fih jopera l-BĊE huwa espost għal theddid dejjem aktar kumpless u interkonness u hemm firxa wiesgħa ta’ riskji operazzjonali assoċjati mal-attivitajiet ta’ kuljum tal-BĊE. L-oqsma ewlenin ta’ tħassib għall-BĊE jinkludu firxa wiesgħa ta’ riskji mhux finanzjarji li jirriżultaw minn nies, sistemi, proċessi u avvenimenti esterni. Konsegwentement, il-BĊE stabbilixxa proċessi biex jiffaċilita ġestjoni kontinwa u effettiva tar-riskji operazzjonali tiegħu u biex jintegra l-informazzjoni dwar ir-riskju fil-proċess deċiżjonali. Barra minn hekk, il-BĊE qed ikompli jiffoka fuq it-tisħiħ tar-reżiljenza tiegħu u jqis ir-riskji b’mod wiesa’ u l-opportunitajiet minn perspettiva minn tarf sa tarf, inklużi l-aspetti tas-sostenibbiltà. Ġew stabbiliti strutturi ta’ reazzjoni u pjani ta’ kontinġenza biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tan-negożju f’każ ta’ xi tfixkil jew kriżi.
1.4.3 Riskju tal-kondotta
Il-BĊE għandu Uffiċċju ta’ Konformità u Governanza bħala funzjoni ewlenija tal-ġestjoni tar-riskju biex isaħħaħ il-qafas tal-governanza tal-BĊE sabiex jindirizza r-riskju tal-kondotta.[30] L-għan tiegħu huwa li jappoġġja lill-Bord Eżekuttiv fil-protezzjoni tal-integrità u r-reputazzjoni tal-BĊE, li jippromwovi standards etiċi ta’ mġiba u li jsaħħaħ ir-responsabbiltà u t-trasparenza tal-BĊE. Kumitat għall-Etika indipendenti jipprovdi pariri u gwida lil uffiċjali għolja tal-BĊE dwar kwistjonijiet ta’ integrità u kondotta u jappoġġa lill-Kunsill Governattiv fil-ġestjoni tar-riskji fil-livell eżekuttiv b’mod xieraq u koerenti. Fil-livell tal-Eurosistema u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (SSM) il-Kumitat għall-Etika u l-Konformità jaħdem biex tinkiseb implimentazzjoni koerenti tal-oqfsa tal-kondotta għall-BĊNi u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs).
Fl-2024, il-BĊE u seba’ istituzzjonijiet oħra tal-UE qablu li jistabbilixxu “Korp tal-Etika tal-UE” biex isaħħaħ l-etika, l-integrità u l-istandards relatati tat-trasparenza u tal-akkontabbiltà fit-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropej.[31] Il-ftehim ġie ffirmat fil-15 ta’ Mejju 2024 u daħal fis-seħħ fis-6 ta’ Ġunju 2024.[32] Il-kompitu ewlieni tal-Korp tal-Etika l-ġdid tal-UE huwa li jiżviluppa standards minimi komuni għall-imġiba ta’ uffiċjali ta’ livell għoli. Fil-BĊE, l-ambitu jkopri membri tal-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv u l-Bord Superviżorju. Huwa mistenni li l-implimentazzjoni ta’ standards komuni futuri se jkollha effett ta’ benefiċċju fuq l-imġiba etika, inklużi r-riskji assoċjati.
2 Rapporti finanzjarji tal-BĊE
2.1 Karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2024
ASSI | Numru | 2024 | 2023 |
---|---|---|---|
Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 1 | 40,895 | 30,419 |
Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 2 | 58,117 | 55,876 |
Ammonti riċevibbli mill-FMI | 2.1 | 2,227 | 2,083 |
Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn | 2.2 | 55,890 | 53,793 |
Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 2.2 | 4,094 | 1,450 |
Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 3 | 2 | 17 |
Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 4 | 376,781 | 425,349 |
Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 4.1 | 376,781 | 425,349 |
Pretensjonijiet intra-Eurosistema | 5 | 127,067 | 125,378 |
Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 5.1 | 127,067 | 125,378 |
Assi oħrajn | 6 | 33,644 | 34,739 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli | 6.1 | 971 | 1,023 |
Assi finanzjarji oħra | 6.2 | 22,781 | 22,172 |
Differenzi fir-rivalwazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 6.3 | 681 | 552 |
Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem | 6.4 | 9,158 | 10,905 |
Varji | 6.5 | 53 | 88 |
Assi totali | 640,600 | 673,229 |
Nota: It-totali fir-rapporti finanzjarji u fit-tabelli inklużi fin-noti jistgħu ma jaqblux minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb euro. Iċ-ċifri 0 u (0) jindikaw ammonti pożittivi jew negattivi mqarrba għal żero, waqt li s-sing (-) jindika żero.
OBBLIGAZZJONIJIET | Numru | 2024 | 2023 |
---|---|---|---|
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 7 | 127,067 | 125,378 |
Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 8 | 2,388 | 4,699 |
Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 9 | 24,554 | 20,622 |
Gvern ġenerali | 9.1 | 73 | 143 |
Obbligazzjonijiet oħra | 9.2 | 24,482 | 20,479 |
Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 10 | 39,859 | 23,111 |
Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 11 | - | 24 |
Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħrajn | 11.1 | - | 24 |
Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema | 12 | 388,676 | 445,048 |
Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin | 12.1 | 40,562 | 40,671 |
Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (nett) | 12.2 | 348,074 | 404,336 |
Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti) | 12.3 | 40 | 40 |
Obbligazzjonijiet oħra | 13 | 7,615 | 9,498 |
Differenzi fir-rivalwazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 13.1 | - | 68 |
Dovuti u introjtu miġbura bil-quddiem | 13.2 | 6,288 | 8,030 |
Varji | 13.3 | 1,327 | 1,401 |
Provvedimenti | 14 | 72 | 67 |
Provvedimenti oħra | 14.1 | 72 | 67 |
Kontijiet ta’ rivalwazzjoni | 15 | 50,653 | 37,099 |
Kapital u riżervi | 16 | 8,925 | 8,948 |
Kapital | 16.1 | 8,925 | 8,948 |
Telf akkumulat riportat | 17 | (1,266) | - |
Profitt/(telf) għas-sena | (7,944) | (1,266) | |
Obbligazzjonijiet totali | 640,600 | 673,229 |
2.2 Kont tal-profitt u t-telf għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2024
Numru | 2024 | 2023 | |
---|---|---|---|
Introjtu/(spiża) netti mill-imgħax | 24 | (6,983) | (7,193) |
Introjtu mill-imgħax | 66,898 | 63,723 | |
Spejjeż tal-imgħax | (73,881) | (70,916) | |
Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji u tnaqqis tal-valur | (286) | (144) | |
Gwadanni/(telf) realizzati minn operazzjonijiet finanzjarji | 25 | (17) | (106) |
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji | 26 | (269) | (38) |
Introjtu/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet | 27 | 674 | 650 |
Introjtu minn ishma azzjonarji u interessi parteċipanti | 28 | 1 | 1 |
Introjtu ieħor | 29 | 119 | 72 |
Kostijiet fuq il-persunal | 30 | (844) | (676) |
Spejjeż amministrattivi | 31 | (513) | (481) |
Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u intanġibbli | (104) | (106) | |
Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus | 32 | (9) | (9) |
Profitt/(telf) qabel it-trasferiment (lejn)/mill-provvedimenti kontra r-riskji | (7,944) | (7,886) | |
Trasferiment (lil)/minn provvedimenti kontra r-riskju | 33 | - | 6,620 |
Profitt/(telf) għas-sena | (7,944) | (1,266) |
Frankfurt am Main, 11 ta’ Frar 2025
Bank Ċentrali Ewropew
Christine Lagarde
President
2.3 Politika tal-kontabilità
Forma u preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji
Ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE tfasslu skont il-politika ta’ kontabilità li ġejja,[33] li, fil-fehma tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jagħtu preżentazzjoni ġusta tar-rapporti finanzjarji u fl-istess ħin jirriflettu n-natura tal-attivitajiet ta’ bank ċentrali.
Prinċipji tal-kontabilità
Ġew applikati l-prinċipji tal-kontabilità li ġejjin: realtà u trasparenza ekonomika, prudenza, għarfien ta’ avvenimenti ta’ wara l-karta tal-bilanċ, materjalità, negozju avvjat, prinċipju tad-dovuti, konsistenza u komparabbiltà.
Rikonoxximent tal-assi u l-obbligazzjonijiet
Assi jew obbligazzjoni jidhru fil-karta tal-bilanċ biss meta jkun probabbli li kull benefiċċju ekonomiku futur marbut magħhom jgħaddi lil jew mingħand il-BĊE, meta sostanzjalment ir-riskji u l-gwadanji kollha assoċjati magħhom ikunu ġew trasferiti lill-BĊE, u meta l-kost jew il-valur tal-assi jew l-ammont tal-obbligazzjoni jkunu jistgħu jiġu kalkulati b’mod affidabbli.
Bażi tal-kontabilità
Il-kontijiet tħejjew abbażi tal-kost storiku, modifikat biex jinkludi l-valutazzjoni tas-suq tat-titoli negozjabbli (barra titoli ta’ dejn attwalment miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja), tad-deheb u tal-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħra kollha inklużi fil-karta tal-bilanċ u esklużi minnha denominati f’munita barranija.
It-tranżazzjonijiet f’assi u obbligazzjonijiet finanzjarji jidhru fil-kontijiet bid-data meta jkunu ġew konklużi.
Bl-eċċezzjoni tat-tranżazzjonijiet spot f’titoli, it-tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin jidħlu fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ bid-data ta’ meta jkunu saru. Fid-data tal-ħlas, l-entrati esklużi mill-karta tal-bilanċ jiġu riversjati, u t-tranżazzjonijiet jiddaħħlu fil-karta tal-bilanċ. Ix-xiri u l-bejgħ ta’ munita barranija jaffettwa l-pożizzjoni netta f’munita barranija fid-data ta’ meta jkun sar, u r-riżultati realizzati mill-bejgħ jiġu kalkulati wkoll f’din id-data. L-imgħax, il-primjums u l-iskontijiet dovuti relatati mal-istrumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin jiġu kalkulati u rreġistrati kuljum, u l-pożizzjoni f’munita barranija tiġi affettwata wkoll kuljum minn dawn id-dovuti.
Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija
L-assi u l-obbligazzjonijiet denominati f’munita barranija jinqalbu f’euro bir-rata tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ. L-introjtu u l-ispejjeż jinqalbu bir-rata tal-kambju tad-data meta jiġu rreġistrati. Ir-rivalwazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet tal-kambju barrani, fosthom l-istrumenti inklużi fil-karta tal-bilanċ u esklużi minnha, issir għal kull munita individwali.
Ir-rivalwazzjoni bil-prezz tas-suq ta’ assi u obbligazzjonijiet denominati f’muniti barranin tinħadem b’mod separat mir-rivalwazzjoni tar-rata tal-kambju.
Id-deheb jiġi valwat bil-prezz tas-suq prevalenti fid-data tal-karta tal-bilanċ. Ma ssir ebda distinzjoni bejn id-differenzi fir-rivalwazzjoni tal-prezz u tal-munita fil-każ tad-deheb. Minflok, valwazzjoni waħda tad-deheb hija kontabilizzata abbażi tal-prezz f’euro għal kull uqija fina ta’ deheb, li, għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2024, kienet derivata mir-rata tal-kambju tal-euro kontra d-dollaru Amerikan fil-31 ta’ Diċembru 2024.
Id-dritt speċjali ta’ kreditu (SDR) jiġi definit f’termini ta’ basket ta’ muniti u l-valur tiegħu jiġi determinat mis-somma ppeżata tar-rati tal-kambju ta’ ħames valuti kbar (id-dollaru Amerikan, l-euro, ir-renminbi Ċiniż, il-yen Ġappuniż u l-lira sterlina). L-investimenti tal-BĊE f’SDRs inqelbu f’euro bir-rata tal-kambju tal-euro kontra l-SDR tal-31 ta’ Diċembru 2024.
Titoli
Titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja
It-titoli tad-dejn miżmumin attwalment għall-għanijiet tal-politika monetarja jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat soġġett għal indeboliment.
Titoli oħra
It-titoli negozjabbli (barra dawk miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja) u assi simili jiġu valwati jew bil-prezzijiet medji tas-suq jew abbażi tal-kurvi tar-redditi rilevanti fid-data tal-karta tal-bilanċ, għal kull titolu individwali. L-opzjonijiet inkorporati fit-titoli ma jiġux separati għall-għanijiet tal-valutazzjoni. Għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2024, intużaw il-prezzijiet medji tas-suq tat-30 ta’ Diċembru 2024.
Fondi ta’ investiment negozjabbli jiġu rivalwati fuq bażi netta fuq livell ta’ fond, bl-użu tal-valur nett tal-assi tagħhom. Ma jiġi applikat ebda nnettjar bejn gwadanni u telf mhux realizzati f’fondi ta’ investiment differenti.
Ishma azzjonarji illikwidi u strumenti azzjonarji oħra miżmumin bħala investimenti permanenti jiġu valwati bil-prezz tal-akkwist soġġett għal indeboliment.
Rikonoxximent tal-introjtu
L-introjtu u l-ispejjeż jiġu rikonoxxuti fil-perjodu meta jidħlu jew meta jiġġarrbu.[34] Il-profitt u telf realizzati li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ muniti barranin, deheb u titoli jiġu rreġistrati fil-kont tal-profitt u t-telf. Dawn il-gwadanni u t-telf realizzati jiġu kkalkulati b’referenza għall-kost medju tal-assi rispettivi.
Il-gwadanni mhux realizzati mhumiex rikonoxxuti bħala introjtu u jiġu trasferiti direttament f’kont ta’ rivalwazzjoni.
It-telf mhux realizzat jiġi rreġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf jekk, fl-aħħar tas-sena, ikun ikbar mill-gwadanni tar-rivalwazzjoni preċedenti akkumulati fil-kont ta’ rivalwazzjoni rispettiv. Dan it-telf mhux realizzat fuq kwalunkwe titolu jew munita jew fuq id-deheb ma jiġix innettjat kontra l-gwadanni mhux realizzati fuq titoli jew muniti oħra jew deheb. Fil-każ li dan it-telf mhux realizzat minn xi partita jiġi reġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf, il-kost medju ta’ din il-partita jitnaqqas bir-rata tal-kambju jew bil-prezz tas-suq tal-aħħar tas-sena.
It-telf mill-indeboliment jiġi rreġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf u ma jiġix riversjat fis-snin ta’ wara ħlief jekk l-indeboliment jonqos u t-tnaqqis jista’ jiġi attribwit ma’ avveniment osservabbli li jseħħ wara li l-indeboliment ikun ġie rreġistrat għall-ewwel darba.
Primjums jew skontijiet fuq titoli jiġu amortizzati fuq il-bqija tal-ħajja kuntrattwali tat-titoli.
Tranżazzjonijiet riversjati
It-tranżazzjonijiet riversjati huma operazzjonijiet fejn il-BĊE jixtri jew ibigħ assi bi ftehim ta’ riakkwist jew jagħmel operazzjonijiet ta’ kreditu bil-kollateral.
Fi ftehim ta’ riakkwist, it-titoli jinbiegħu bi flus kontanti bi ftehim li jsir fl-istess ħin biex jerġgħu jinxtraw mingħand il-kontroparti bi prezz miftiehem f’data stabbilita fil-ġejjieni. Ftehimiet ta’ riakkwist jidħlu fil-kontijiet bħala depożiti kollateralizzati fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta tal-bilanċ. Titoli mibjugħin b’tali ftehim jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE.
Fi ftehim ta’ riakkwist riversjat, it-titoli jinxtraw bi flus kontanti bi ftehim li jsir fl-istess ħin biex jerġgħu jinbiegħu lill-kontroparti bi prezz miftiehem f’data stabbilita fil-ġejjieni. Ftehimiet ta’ riakkwist riversjat jiġu reġistrati fil-kontijiet bħala self kollateralizzat fuq in-naħa tal-assi tal-karta tal-bilanċ iżda ma jiġux inklużi fl-investimenti f’titoli tal-BĊE.
It-tranżazzjonijiet riversjati (fosthom tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli) li jsiru fi programm offrut minn istituzzjoni speċjalizzata jiġu rreġistrati biss fil-karta tal-bilanċ meta jiġi pprovdut kollateral fi flus kontanti u dawn il-flus kontanti jibqgħu ma jiġux investiti.
Strumenti barra l-karta tal-bilanċ
L-istrumenti tal-munita, jiġifieri t-tranżazzjonijiet forward tal-kambju barrani, il-forward legs tal-iswaps tal-kambju barrani u strumenti oħra tal-munita li jinvolvu l-kambju minn munita għall-oħra f’data fil-ġejjieni, jiġu inklużi fil-pożizzjoni netta tal-munita barranija biex jiġi kalkulat il-gwadann u t-telf mill-kambju barrani.
L-istrumenti tar-rati tal-imgħax jiġu rivalwati individwalment. Bidliet ta’ kuljum fil-marġni ta’ varjazzjoni tar-rata tal-imgħax ta’ kuntratti futures miftuħin jidħlu fil-kont tal-profitt u t-telf.
Il-valwazzjoni tat-tranżazzjonijiet forward f’titoli ssir mill-BĊE u tinħadem b’metodi ta’ valwazzjoni aċċettati b’mod ġenerali bi prezzijiet u b’rati osservabbli tas-suq, kif ukoll bħala fatturi ta’ skont mid-dati tal-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet sad-data tal-valutazzjoni.
Assi fissi
Assi fissi, fosthom assi intanġibbli iżda bl-esklużjoni tal-artijiet u x-xogħlijiet tal-arti, jiġu valwati bil-prezz tal-akkwist li minnu jitnaqqas id-deprezzament. L-artijiet u x-xogħlijiet tal-arti jiġu valwati bil-prezz tal-akkwist. Il-bini ewlieni tal-BĊE jiġi valwat bil-prezz tal-akkwist bid-deprezzament imnaqqas u soġġett għall-indeboliment. Għad-deprezzament tal-bini ewlieni tal-BĊE, il-kostijiet jiġu assenjati lill-komponenti xierqa tal-assi li jiġu deprezzati skont il-kalkolu tal-ħajja utli tagħhom. Id-deprezzament jiġi kalkolat bil-metodu straight-line matul il-ħajja utli mistennija tal-assi, mit-trimestru wara li l-assi jsir disponibbli għall-użu. Il-ħajja utli mistennija għall-kategoriji ewlenin ta’ assi tidher hawn taħt:
Bini | 20, 25 jew 50 sena |
Impjanti fil-bini | 10 jew 15-il sena |
Tagħmir tekniku | 4, 10 jew 15-il sena |
Kompjuters, hardware u software relatati, u vetturi bil-mutur | 4 snin |
Għamara | 10 snin |
Il-perjodu ta’ deprezzament għall-ispiża kapitalizzata fuq it-tiġdid tal-bini relatata mal-bini mikri bħalissa mill-BĊE ġie aġġustat biex jitqiesu l-avvenimenti li jkollhom impatt fuq il-ħajja utli mistennija tal-assi kkonċernat.
Il-BĊE jwettaq test annwali ta’ indeboliment tal-bini ewlieni tiegħu u assi bid-dritt tal-użu relatati mal-bini tal-uffiċċji (ara "Lokazzjonijiet" hawn taħt). Jekk jiġi identifikat indikatur tal-indeboliment u jiġi stmat li l-assi jista’ jkun fi stat ta’ indeboliment, issir stima tal-ammont rekuperabbli. Telf minħabba indeboliment jiġi reġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf jekk l-ammont rekuperabbli jkun inqas mill-valur nominali nett.
Assi fissi li jiswew inqas minn EUR 10,000 jiġu mħassra fis-sena tal-akkwist.
Assi fissi li jikkonformaw mal-kriterji ta’ kapitalizzazzjoni iżda li jkunu għadhom qegħdin jinbnew jew jiġu żviluppati jiġu rreġistrati taħt “Assi li qegħdin jinbnew”. Il-kostijiet relatati huma trasferiti għall-klassijiet rilevanti tal-assi fissi ladarba l-assi jkunu disponibbli għall-użu.
Lokazzjonijiet
Il-BĊE jaġixxi kemm bħala lokatarju kif ukoll bħala sublokatur.
Il-BĊE bħala lokatarju
Għal-lokazzjonijiet kollha li għalihom il-BĊE huwa lokatarju u li jinvolvu assi tanġibbli, l-assi tad-dritt tal-użu u l-obbligazzjoni tal-lokazzjoni relatati huma rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ fid-data tal-bidu tal-lokazzjoni, jiġifieri ladarba l-assi jkun disponibbli għall-użu, u jiġu inklużi taħt il-klassijiet rilevanti tal-assi fissi ta’ “Assi fissi tanġibbli u intanġibbli” u taħt “Varji” (obbligazzjonijiet) rispettivament. Fejn il-lokazzjonijiet jikkonformaw mal-kriterji tal-kapitalizzazzjoni, iżda l-assi involut ikun għadu qed jinbena jew jiġi adattat, il-kostijiet imġarrba qabel id-data tal-bidu tal-kirja jiġu rreġistrati taħt “Assi taħt kostruzzjoni”.
Assi marbuta mad-dritt tal-użu jiġu valwati bil-prezz tal-akkwist bid-deprezzament imnaqqas. Barra minn hekk, assi bid-dritt tal-użu relatati ma’ binjiet ta’ uffiċċji huma soġġetti għal indeboliment (għal aktar informazzjoni dwar it-test annwali tal-indeboliment, ara “Assi fissi” hawn fuq). Id-deprezzament jiġi kkalkolat fuq bażi straight-line mid-data tal-bidu tal-lokazzjoni sa, jew it-tmiem tal-ħajja utli tal-assi bid-dritt ta’ użu jew it-tmiem tal-perjodu tal-lokazzjoni, skont liema jiġi l-ewwel.
L-obbligazzjoni tal-lokazzjoni titkejjel inizjalment bil-valur preżenti tal-pagamenti futuri tal-lokazzjoni (li jinkludu biss komponenti tal-kirja), skontati bl-użu tar-rata inkrementali tas-self tal-BĊE. Sussegwentement, ir-responsabbiltà tal-lokazzjoni titkejjel b’kost amortizzat bl-użu tal-metodu ta’ imgħax effettiv. L-ispiża tal-imgħax relatata tiġi rreġistrata fil-kont tal-profitt u t-telf taħt "Spejjeż oħra tal-imgħax". Meta jkun hemm bidla fil-pagamenti ta’ lokazzjoni futura li tirriżulta minn bidla f’indiċi jew minn rivalwazzjoni oħra tal-kuntratt eżistenti, ir-responsabbiltà tal-lokazzjoni titkejjel mill-ġdid. Kull kejl mill-ġdid bħal dan jirriżulta f’aġġustament korrispondenti għall-ammont miżmum fil-kotba tal-assi bid-dritt tal-użu.
Kirjiet għal żmien qasir b’tul ta’ 12-il xahar jew inqas u kirjiet ta’ assi ta’ valur baxx taħt EUR 10,000 (konsistenti mal-limitu użat għar-rikonoxximent ta’ assi fissi) jiġu rreġistrati bħala spiża fil-kont tal-profitt u t-telf.
Il-BĊE bħala sublokatur
Għal-lokazzjonijiet kollha li għalihom il-BĊE huwa sublokatur, il-BĊE jagħti lil partijiet terzi d-dritt li jużaw l-assi sottostanti (jew parti minn dak l-assi), filwaqt li l-lokazzjoni bejn is-sid oriġinali u l-BĊE (il-kirja prinċipali) tibqa’ fis-seħħ. Is-sublokazzjoni hija kklassifikata bħala lokazzjoni finanzjarja jew operatorja b’[35]referenza għall-assi tad-dritt tal-użu li tirriżulta mil-lokazzjoni prinċipali, aktar milli b’referenza għall-assi sottostanti.
Is-sublokazzjonijiet li għalihom il-BĊE huwa sublokatur huma kklassifikati bħala lokazzjoni finanzjarja u l-BĊE jirtira r-rikonoxximent mill-“Assi fissi tanġibbli u intanġibbli” l-assi tad-dritt tal-użu li għandhom x’jaqsmu mal-lokazzjoni prinċipali (jew parti minn tali assi) li jiġi ttrasferit lis-sublokatarju, u jirrikonoxxi taħt “Varji” (assi) sublokazzjoni riċevibbli. L-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni relatata mal-lokazzjoni prinċipali tibqa’ mhux affettwata mis-sublokazzjoni.
Fid-data tal-bidu tal-kirja, ir-riċevibbli tas-sublokazzjoni inizjalment jitkejjel bil-valur preżenti tal-ħlasijiet tal-kiri futuri li jakkumulaw għall-BĊE, skontati bl-użu tar-rata ta’ skont użata għall-lokazzjoni prinċipali. Sussegwentement, ir-riċevibbli tal-kirja jitkejjel b’kost amortizzat bl-użu tal-metodu ta’ imgħax effettiv. L-introjtu tal-imgħax relatat jiġi rreġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf taħt "Spejjeż oħra tal-imgħax".
Il-benefiċċji tal-BĊE ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul
Il-BĊE jħaddem skemi ta’ benefiċċji definiti għall-persunal tiegħu u għall-membri tal-Bord Eżekuttiv, kif ukoll għall-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE.
L-iskema tal-pensjoni tal-persunal hija finanzjata b’assi miżmumin f’fond ta’ benefiċċji fit-tul għall-impjegati. Il-kontribuzzjonijiet obbligatorji li jsiru mill-BĊE u mill-persunal huma riflessi fl-istruttura ta’ benefiċċji definiti tal-iskema. Il-persunal jista’ jagħmel kontribuzzjonijiet supplimentari fuq bażi volontarja fi skema ta’ kontribuzzjonijiet definiti li tista’ tintuża biex tipprovdi benefiċċji addizzjonali.[36] Dawn il-benefiċċji addizzjonali jiġu kkalkolati bl-ammont tal-kontribuzzjonijiet volontarji flimkien mar-redditi mill-investiment li jiġu minn dawk il-kontribuzzjonijiet.
Hemm provvedimenti mhux finanzjati għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul tal-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE. Għall-membri tal-persunal hemm arranġamenti mhux iffinanzjati għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, barra l-pensjonijiet, u għal benefiċċji oħra fit-tul.
Obbligazzjoni tal-benefiċċji definiti netti
L-obbligazzjoni rikonoxxuta fil-karta tal-bilanċ fil-partita “Varji” (obbligazzjonijiet) fir-rigward tal-iskemi tal-benefiċċji definiti, inklużi benefiċċji oħra fit-tul, hi l-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċji definiti fid-data tal-karta tal-bilanċ, li minnu jitnaqqas il-valur ġust tal-assi tal-iskema użati biex jiffinanzjaw l-obbligu.
L-obbligu tal-benefiċċji definiti jiġi kalkulat kull sena minn attwarji indipendenti bl-użu tal-metodu tal-unità ta’ kreditu prevista. Il-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċji definiti jiġi kalkolat billi l-flussi tal-flus futuri stmati jiġu skontati b’rata li tiġi determinata b’referenza għar-redditi tas-suq fid-data tal-karta tal-bilanċ ta’ bonds korporattivi ta’ kwalità għolja denominati f’euro li jkollhom l-istess termini ta’ maturità bħal dawk tal-obbligu relatat.
Il-gwadanni u t-telf attwarji jistgħu jirriżultaw minn aġġustamenti għall-esperjenza (fejn ir-riżultati attwali jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet attwarji li jkunu saru qabel) u minn bidliet fis-suppożizzjonijiet attwarji.
Kost nett tal-benefiċċji definiti
Il-kost nett tal-benefiċċji definiti jinqasam f’komponenti li jidħlu fil-kont tal-profitt u t-telf u kalkoli ġodda fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg li jidħlu fil-“Kontijiet ta’ rivalwazzjoni” tal-karta tal-bilanċ.
L-ammont nett li jidħol fil-kont tal-profitt u t-telf jiġbor fih:
- il-kost kurrenti tas-servizz tal-benefiċċji definiti dovuti għas-sena;
- il-kost tas-servizz tal-passat, jekk preżenti, tal-benefiċċji definiti li tirriżulta minn emenda fl-iskema;
- l-imgħax nett bir-rata ta’ skont fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti;
- il-kalkoli ġodda fir-rigward ta’ benefiċċji oħra fit-tul, fit-totalità tagħhom.
L-ammont nett li jidher fil-“Kontijiet ta’ rivalwazzjoni” jinkludi l-partiti li ġejjin:
- gwadanni u telf attwarji fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg;
- ir-redditu attwali fuq l-assi tal-iskema, minbarra l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti.
Dawn l-ammonti jiġu valwati kull sena minn attwarji indipendenti biex tiġi stabbilita l-obbligazzjoni xierqa li trid tiġi rikonoxxuta fir-rapporti finanzjarji.
Bilanċi fi ħdan is-SEBĊ/bilanċi fi ħdan l-Eurosistema
Il-bilanċi fi ħdan is-SEBĊ jiġu primarjament mill-ħlasijiet transkonfinali fl-Unjoni Ewropea (UE) li jiġu konklużi f’euro bi flus tal-banek ċentrali. Dawn it-tranżazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom isiru minn entitajiet privati (eż. istituzzjonijiet ta’ kreditu, korporazzjonijiet u individwi). Jiġu konklużi f’TARGET – Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system – u joħolqu bilanċi bilaterali fil-kontijiet ta’ TARGET tal-banek ċentrali tal-UE. Il-ħlasijiet li jsiru mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jaffettwaw ukoll dawn il-kontijiet. Kull saldu jiġi awtomatikament aggregat u aġġustat biex jifforma parti minn pożizzjoni waħda għal kull BĊN fil-konfront tal-BĊE. Dawn il-pożizzjonijiet fil-kotba tal-BĊE jirrappreżentaw il-pretensjoni netta jew l-obbligazzjoni netta ta’ kull BĊN kontra l-bqija tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-movimenti fil-kontijiet ta’ TARGET huma riflessi fir-rekords tal-kontabilità tal-BĊE u tal-BĊNi fuq bażi ta’ kuljum.
Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊNi taż-żona tal-euro vis-à-vis il-BĊE li jirriżultaw minn TARGET huma ppreżentati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE bħala pożizzjoni waħda netta tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet u jidhru taħt “Pretensjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)” jew “Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)”. Il-bilanċi f’intra-SEBĊ ta’ BĊNi barra ż-żona tal-euro meta mqabbla mal-BĊE, li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f’TARGET,[37] huma divulgati taħt “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”.
Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema jidħlu bħala assi wieħed nett fi “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” hawn taħt).
Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema mit-trasferiment ta’ assi f’riżervi barranin lill-BĊE mill-BĊNi li jissieħbu fl-Eurosistema huma denominati f’euro u jidħlu f’“Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”.
Bilanċi oħra intra-Eurosistema denominati f’euro (eż. it-tqassim tal-profitt interim tal-BĊE lill-BĊNi, jekk ikun hemm), huma ppreżentati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE bħala pożizzjoni waħda netta tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet taħt “Pretensjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)” jew “Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)”.
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni
Il-BĊE u l-BĊNi taż-żona tal-euro, li flimkien jikkostitwixxu l-Eurosistema, joħorġu l-karti tal-flus tal-euro.[38] Il-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jiġi allokat lill-banek ċentrali tal-Eurosistema fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull xahar skont l-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus.[39]
Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8% tal-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, li huwa divulgat fil-karta tal-bilanċ fil-partita tal-obbligazzjonijiet “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni”. Is-sehem tal-BĊE fil-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni huwa kopert bi pretensjonijiet fil-konfront tal-BĊNi. Dawn il-pretensjonijiet, li jrendu l-imgħax,[40] jidhru fi “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” (ara “Bilanċi fi ħdan is-SEBĊ/bilanċi fi ħdan l-Eurosistema” hawn fuq). L-introjtu mill-imgħax fuq dawn il-pretensjonijiet huwa inkluż fil-kont tal-profitt u t-telf taħt "Introjtu mill-imgħax".
Provvediment kontra riskji finanzjarji
Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jittrasferixxi dan l-introjtu tal-BĊE kollu jew parti minnu għal provvediment kontra riskji finanzjarji. Dan il-provvediment jista’ jintuża sal-grad meqjus bħala meħtieġ mill-Kunsill Governattiv sabiex jiġi paċut telf li jseħħ bħala riżultat ta’ skoperturi għal riskji finanzjarji. Id-daqs u l-ħtieġa kontinwa għal dan il-provvediment kontra riskji finanzjarji jiġu rieżaminati kull sena, skont il-valwazzjoni tal-BĊE tal-iskopertura tiegħu għal dawn ir-riskji filwaqt li titqies firxa ta’ fatturi, sakemm (i) id-daqs tiegħu ma jkunx żero, u (ii) hemm introjtu tal-BĊE li jiġi trasferit lilu.[41]
Tqassim tal-profitti interim
Ammont li jkun daqs l-introjtu tal-BĊE mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u l-introjtu mit-titoli tad-dejn miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja mixtrija (i) fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli; (ii) fit-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti; (iii) fil-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi; (iv) fil-programm ta’ xiri ta’ assi mis-settur pubbliku; u (v) fil-programm ta’ xiri tal-emerġenza pandemika jitqassam f’Jannar tas-sena ta’ wara permezz ta’ tqassim tal-profitti interim, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jiddeċidix mod ieħor.[42] Kull deċiżjoni ta’ dan it-tip tittieħed meta, fuq il-bażi ta’ stima motivata mħejjija mill-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv jistenna li l-BĊE jkollu telf ġenerali annwali jew jagħmel profitt annwali li jkun inqas minn dan l-introjtu. Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi wkoll li jittrasferixxi dan l-introjtu kollu jew parti minnu għal provvediment għal riskji finanzjarji (ara “Provvediment għal riskji finanzjarji” fuq).
Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jnaqqas l-ammont tal-introjtu fuq il-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni li għandu jitqassam f’Jannar bl-ammont tal-kostijiet imġarrbin mill-BĊE fir-rigward tal-ħruġ u l-ipproċessar tal-karti tal-flus tal-euro.
Avvenimenti post-karta tal-bilanċ
Il-valuri tal-assi u l-obbligazzjonijiet jiġu aġġustati għal avvenimenti li jseħħu bejn id-data tal-karta tal-bilanċ annwali u d-data meta l-Bord Eżekuttiv jawtorizza l-preżentazzjoni tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv, jekk dawn l-avvenimenti jaffettwaw materjalment il-kundizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet fid-data tal-karta tal-bilanċ.
Avvenimenti importanti post karta tal-bilanċ li ma jaffettwawx il-kundizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet fid-data tal-karta tal-bilanċ jidhru fin-noti.
Bidliet fil-politika tal-kontabilità
Fl-2024 ma kien hemm ebda bidla fil-politika tal-kontabilità applikata mill-BĊE.
Bidliet fl-estimi tal-kontabbiltà
Fl-2024, il-BĊE biddel il-metodu użat biex jakkumula l-introjtu mill-imgħax fuq titoli b’introjtu fiss. L-imgħax fuq il-kupuni, il-primjums u l-iskontijiet fuq dawn it-titoli issa huma rikonoxxuti skont il-metodu tar-rata ta’ redditu interna (IRR). Qabel, il-metodu IRR kien applikat għall-primjums u l-iskontijiet, filwaqt li l-metodu straight-line ġie applikat għall-imgħax fuq il-kupuni. Il-bidla għandha impatt fuq it-twaqqit tar-rikonoxximent tal-introjtu, filwaqt li l-gwadann jew it-telf totali matul it-terminu sħiħ tat-titoli ta’ introjtu fiss jibqgħu mhux affettwati.
Bidliet għall-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji
Id-Deċiżjoni (UE) 2024/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/32) introduċiet bidliet fil-preżentazzjoni tal-partiti “Telf għas-sena” u “Telf akkumulat riportat” fil-karta tal-bilanċ. Fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE tal-2023, il-partita “Telf għas-sena” ġiet ippreżentata bħala partita awtonoma fuq in-naħa tal-assi, skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 applikabbli tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35) applikabbli, kif emendata, filwaqt li ma kien hemm l-ebda telf akkumulat pendenti riportat.[43] Fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE tal-2024, kemm il-“Profitt/(telf) għas-sena” kif ukoll it-“Telf akkumulat riportat” huma ppreżentati bħala partiti negattivi awtonomi fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ.
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (UE) 2024/2938 introduċiet bidliet addizzjonali għat-tqassim tal-karta tal-bilanċ u l-kont tal-profitt u telf tal-BĊE. Dawn jinkludu (i) id-diviżjoni tal-partita “Provvedimenti” fi “Provvedimenti għar-riskju”[44] u “Provvedimenti oħrajn” fil-karta tal-bilanċ; u (ii) it-tneħħija tad-diżaggregazzjoni taħt “Introjtu mill-imgħax” u “Spiża tal-imgħax” fil-kont tal-profitt u t-telf, filwaqt li tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti fin-noti ddedikati għall-kontijiet.
Fost affarijiet oħra, dawn il-bidliet huma maħsuba biex irawmu t-trasparenza u jżidu l-valur tal-informazzjoni tar-rapporti finanzjarji tal-BĊE.
Iċ-ċifri komparattivi għall-2023 ġew aġġustati f’dan is-sens. Il-preżentazzjoni tat-telf ta’ EUR 1,266 miljun divulgat għall-2023 bħala partita negattiva fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta tal-bilanċ tirriżulta fit-tnaqqis tal-assi u l-obbligazzjonijiet totali għal dik is-sena ta’ EUR 673,229 miljun meta mqabbla mal-EUR 674,496 miljun li ġew iddikjarati fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE tal-2023.
Fl-aħħar nett, fl-2024 il-BĊE emenda l-preżentazzjoni tal-introjtu mill-imgħax (eż. imgħax mill-kupuni) u l-ispiża tal-imgħax (eż. amortizzament tal-primjums) għal partiti mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja. Sa issa, ġew applikati modi differenti ta’ nnettjar tal-introjtu mill-imgħax u l-ispiża tal-imgħax taħt “Introjtu mill-imgħax nett” ippreżentati fil-kont tal-profitt u t-telf, skont it-tip ta’ tranżazzjoni. Il-BĊE ddeċieda li, mill-2024, l-imgħax li jakkumula fuq tipi ta’ strumenti individwali f’partita waħda tal-karta bilanċjali jew portafoll wieħed għandu jiġi ppreżentat fuq bażi netta jew taħt “Introjtu mill-imgħax” jew “Spiża tal-imgħax”, skont jekk l-ammont nett fuq it-tip ta’ strument jew portafoll huwiex pożittiv jew negattiv. Din il-preżentazzjoni titqies li tirrifletti aħjar is-sustanza tat-tranżazzjoni u fl-istess ħin tallinja mal-prinċipju tan-nettjar applikat għall-introjtu mill-imgħax u l-ispejjeż li jirriżultaw minn assi u obbligazzjonijiet relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja.[45] L-ammonti komparabbli għall-2023 ġew aġġustati kif jidher hawn taħt:
Bilanċ sal- | Aġġustament | Bilanċ dikjarat mill-ġdid sal- | |
---|---|---|---|
Introjtu mill-imgħax | 63,751 | (28) | 63,723 |
Spejjeż tal-imgħax | (70,944) | 28 | (70,916) |
Introjtu/(spiża) netti mill-imgħax | (7,193) | - | (7,193) |
Kwistjonijiet oħra
Skont l-Artikolu 27 tal-Istatut tas-SEBĊ, u abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv, il-Kunsill tal-UE inizjalment approva l-ħatra ta’ Baker Tilly GmbH & Co. KG, Wirtschaftsprüfungsgesellschaft, Düsseldorf (Repubblika Federali tal-Ġermanja) bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għal perjodu ta’ ħames snin sa tmiem is-sena finanzjarja 2022. Fl-2023, il-Kunsill tal-UE, abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kunsill Governattiv, approva estensjoni ta’ dan il-perjodu b’sentejn oħra sa tmiem is-sena finanzjarja 2024.
2.4 Noti għall-karta tal-bilanċ
Nota 1 - Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb
Din il-partita tinkludi l-investimenti tal-BĊE f’deheb:
2024 | 2023 | |
---|---|---|
Kwantità | ||
Uqiji ta’ deheb fin1 | 16,285,778 | 16,285,778 |
Prezz | ||
Dollari Amerikani għal kull uqija fina ta’ deheb | 2,608.750 | 2,063.950 |
Dollari Amerikani għal kull euro | 1.0389 | 1.1050 |
Valur tas-suq (miljuni ta’ EUR) | 40,895 | 30,419 |
1) Dan jikkorrispondi għal 506.5 tunnellati kemm għall-2024 kif ukoll għall-2023.
Iż-żieda fil-valur ekwivalenti f’euro ta’ dawn l-investimenti kien dovut għaż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro (ara “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità” u n-nota 15 “Kontijiet ta’ rivalwazzjoni”).
Nota 2 - Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro u residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin
Nota 2.1 - Ammonti riċevibbli mill-FMI
Din il-partita tirrappreżenta l-parteċipazzjonijiet tal-BĊE ta’ SDRs; fil-31 ta’ Diċembru 2024 kienu jammontaw għal EUR 2,227 miljun (2023: EUR 2,083 miljun). Il-parteċipazzjonijiet jirriżultaw bħala riżultat ta’ arranġament kummerċjali reċiproku volontarju mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ta’ xiri u bejgħ ta’ SDRs fejn l-FMI huwa awtorizzat jorganizza bejgħ jew xiri ta’ SDRs bl-euro, f’isem il-BĊE, fi ħdan livelli minimi u massimi ta’ investiment. Għall-għanijiet tal-kontabilità, l-SDRs jitqiesu bħala munita barranija (ara “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”). Il-parteċipazzjonijiet tal-BĊE ta’ SDRs żdiedu fl-2024 bħala riżultat tal-introjtu mill-imgħax miksub matul is-sena. Barra minn hekk, l-apprezzament tal-SDR meta mqabbel mal-euro matul l-2024 ikkontribwixxa għaż-żieda fil-valur ekwivalenti għall-euro ta’ dawn l-investimenti.
Nota 2.2 – Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra; u pretensjonijiet fil-konfront ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin
Dawn iż-żewġ partiti jikkonsistu f’bilanċi ma’ banek u self denominat f’munita barranija, u f’investimenti f’titoli denominati f’dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u renminbi Ċiniżi.
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Pretensjonijiet fil-konfront ta’ persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro | |||
Kontijiet kurrenti | 6,778 | 7,161 | (384) |
Depożiti fis-suq monetarju | 737 | 474 | 264 |
Ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid inversi | 241 | - | 241 |
Investimenti f’titoli | 48,135 | 46,158 | 1,977 |
Pretensjonijiet totali fil-konfront ta’ persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro | 55,890 | 53,793 | 2,098 |
Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro | |||
Kontijiet kurrenti | 17 | 25 | (8) |
Depożiti fis-suq monetarju | 1,464 | 1,426 | 39 |
Ftehimiet repo riversjati | 2,613 | - | 2,613 |
Pretensjonijiet totali kontra residenti taż-żona tal-euro | 4,094 | 1,450 | 2,644 |
Total | 59,985 | 55,243 | 4,741 |
Il-valur totali ta’ dawn il-partiti żdied fl-2024, prinċipalment minħabba l-apprezzament tad-dollaru Amerikan meta mqabbel mal-euro u l-investiment mill-ġdid tal-introjtu miksub matul is-sena, primarjament fuq il-portafoll tad-dollaru Amerikan.
L-investimenti netti tal-BĊE f’muniti barranin[46] kienu kif ġej:
2024 | 2023 | |
---|---|---|
Dollari Amerikani | 55,047 | 52,590 |
Yen Ġappuniżi | 1,087,826 | 1,089,844 |
Renminbi Ċiniżi | 4,694 | 4,545 |
Ma sar ebda intervent tal-kambju barrani matul l-2024.
Nota 3 – Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, din il-partita kienet tikkonsisti mill-bilanċi tal-kont kurrenti ma’ residenti taż-żona tal-euro li kienu jammontaw għal EUR 2 miljun (2023: EUR 17-il miljun).
Nota 4 – Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro
Nota 4.1 - Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, din il-partita kienet tikkonsisti f’titoli ta’ dejn akkwistati mill-BĊE taħt il-Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP), it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPPs), il-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi (ABSPP), il-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku (PSPP) u l-programm ta’ xiri tal-emerġenza pandemika (PEPP).
Data tal-bidu | Data tat-tmiem1 | Deċiżjoni | Univers ta’ titoli eliġibbli2 | |
---|---|---|---|---|
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | ||||
SMP | Mejju 2010 | Settembru 2012 | BĊE/2010/5 | Titoli ta’ dejn pubbliku u privat maħruġin fiż-żona tal-euro3 |
Programm ta’ xiri ta’ assi (APP) | ||||
CBPP3 | Ottubru 2014 | Ġunju 2023 | BĊE/2020/8, kif emendat | Bonds garantiti ta’ residenti taż-żona tal-euro |
ABSPP | Novembru 2014 | Ġunju 2023 | BĊE/2014/45, kif emendat | Porzjonijiet intermedji superjuri u garantiti ta’ titoli garantiti b’assi ta’ residenti taż-żona tal-euro |
PSPP | Marzu 2015 | Ġunju 2023 | BĊE/2020/9 | Bonds maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali taż-żona tal-euro jew aġenziji rikonoxxuti kif ukoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek ta’ żvilupp multilaterali li jinsabu fiż-żona tal-euro |
CSPP4 | Ġunju 2016 | Ġunju 2023 | BĊE/2016/16, kif emendat | Bonds u karti kummerċjali maħruġa minn korporazzjonijiet mhux bankarji stabbiliti fiż-żona tal-euro |
Programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika (PEPP) | ||||
PEPP | Marzu 2020 | Diċembru 2024 | BĊE/2020/17, kif emendat | Il-kategoriji kollha ta’ assi eliġibbli taħt l-APP |
1) għall-SMP, “Data tat-tmiem” tirreferi għad-data tat-terminazzjoni tal-programm, filwaqt li għall-APP u għall-PEPP hija tirrappreżenta d-data finali tax-xiri.
2) Aktar kriterji ta’ eliġibbiltà għall-programmi individwali jistgħu jinstabu fid-deċiżjonijiet relevanti tal-Kunsill Governattiv.
3) Titoli ta’ dejn pubbliku maħruġa minn ħames teżoreriji taż-żona tal-euro biss inxtraw taħt l-SMP.
4) Il-BĊE ma akkwistax titoli taħt il-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP).
Il-portafoll tal-programm ta’ xiri ta’ assi (APP)[47] kompla jonqos fl-2024, hekk kif l-Eurosistema waqfet tinvesti mill-ġdid il-pagamenti kapitali minn titoli li jimmaturaw f’Lulju 2023.[48]
Fir-rigward tal-PEPP,[49] wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv f’Diċembru 2023,[50] matul l-ewwel nofs tal-2024, l-Eurosistema kompliet tinvesti mill-ġdid, b’mod sħiħ, il-pagamenti kapitali minn titoli li jimmaturaw. Matul it-tieni nofs tas-sena, il-portafoll tal-PEPP naqas b’medja ta’ EUR 7.5 biljun kull xahar, peress li l-Eurosistema ma investitx mill-ġdid il-pagamenti kapitali kollha minn titoli li jimmaturaw. L-investimenti mill-ġdid taħt il-PEPP twaqqfu fi tmiem l-2024.
It-titoli ta’ dejn akkwistati mill-BĊE f’dawn il-programmi jitqiesu fuq bażi tal-kost amortizzat, soġġett għal indeboliment (ara “Titoli” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”).
Il-kost amortizzat tat-titoli tad-dejn miżmumin mill-BĊE kif ukoll il-valur tas-suq tagħhom[51] (li ma jidħolx fil-karta tal-bilanċ jew fil-kont tal-profitt u t-telf, u qed jingħata għal finijiet ta’ tqabbil biss) kienu kif ġej:
2024 | 2023 | Bidla | ||||
---|---|---|---|---|---|---|
Kost | Valur | Kost | Valur | Kost | Valur | |
SMP | 286 | 298 | 496 | 522 | (210) | (224) |
APP | ||||||
CBPP3 | 20,437 | 18,844 | 23,530 | 21,490 | (3,092) | (2,646) |
ABSPP | 7,047 | 6,979 | 13,348 | 13,225 | (6,301) | (6,247) |
PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 192,664 | 175,885 | 224,867 | 205,847 | (32,203) | (29,962) |
Total APP | 220,149 | 201,708 | 261,744 | 240,562 | (41,596) | (38,854) |
PEPP | ||||||
PEPP – bonds koperti | 867 | 781 | 839 | 736 | 28 | 45 |
PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 155,480 | 138,927 | 162,270 | 143,669 | (6,790) | (4,741) |
Total PEPP | 156,347 | 139,709 | 163,109 | 144,405 | (6,762) | (4,696) |
Total | 376,781 | 341,714 | 425,349 | 385,489 | (48,568) | (43,775) |
Il-bidliet matul is-sena fil-kost amortizzat tat-titoli ta’ dejn miżmuma mill-BĊE kienu kif ġej:
2023 | Xiri1 | Fidi | Skont nett/ (primjum)2 | 2024 | |
---|---|---|---|---|---|
SMP | 496 | - | (217) | 7 | 286 |
APP | |||||
CBPP3 | 23,530 | - | (3,069) | (23) | 20,437 |
ABSPP | 13,348 | - | (6,251) | (50) | 7,047 |
PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 224,867 | (146) | (30,567) | (1,489) | 192,664 |
Total APP | 261,744 | (146) | (39,887) | (1,562) | 220,149 |
PEPP | |||||
PEPP – bonds koperti | 839 | 47 | (20) | 0 | 867 |
PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 162,270 | 14,185 | (19,474) | (1,501) | 155,480 |
Total PEPP | 163,109 | 14,232 | (19,493) | (1,501) | 156,347 |
Total | 425,349 | 14,086 | (59,598) | (3,056) | 376,781 |
1) Wara l-waqfien tal-investimenti mill-ġdid skont l-APP, din il-kolonna tista’ turi ammonti negattivi li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ titoli mwettaq primarjament biex tiġi żgurata l-konformità mal-qafas ta’ kontroll tar-riskju.
2) “Skont/(primjum) nett” jinkludi gwadann/(telf) nett realizzat, jekk ikun hemm.
Il-Kunsill Governattiv jivvaluta regolarment ir-riskji finanzjarji assoċjati mat-titoli miżmumin f’dawn il-programmi.
F’dan il-kuntest, it-testijiet tal-indeboliment isiru kull sena bl-użu ta’ data ta’ tmiem is-sena, u jiġu approvati mill-Kunsill Governattiv. F’dawn it-testijiet, l-indikaturi tal-indeboliment jiġu valwati separatament għal kull programm. Fil-każijiet fejn jiġu osservati indikaturi tal-indeboliment, issir analiżi oħra biex tikkonferma li l-flussi tal-likwidità tat-titoli bażi ma jkunux ġew affettwati minn avveniment ta’ indeboliment. Skont ir-riżultati tat-testijiet tal-indeboliment ta’ din is-sena, ma ġie reġistrat ebda telf mill-BĊE fuq it-titoli ta’ dejn miżmumin fil-portafolji tiegħu tal-politika monetarja fl-2024.
Il-kost amortizzat[52] tat-titoli miżmuma mill-Eurosistema kien kif ġej:
2024 | 2023 | |||||
---|---|---|---|---|---|---|
BĊE | BĊNi taż-żona tal-euro | Total Eurosistema | BĊE | BĊNi taż-żona tal-euro | Total Eurosistema | |
SMP | 286 | 1,050 | 1,336 | 496 | 1,901 | 2,397 |
APP | ||||||
CBPP3 | 20,437 | 232,571 | 253,009 | 23,530 | 262,090 | 285,620 |
ABSPP | 7,047 | - | 7,047 | 13,348 | - | 13,348 |
PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 192,664 | 1,704,258 | 1,896,922 | 224,867 | 1,922,907 | 2,147,774 |
PSPP – titoli sovranazzjonali | - | 227,808 | 227,808 | - | 255,261 | 255,261 |
CSPP | - | 288,377 | 288,377 | - | 323,921 | 323,921 |
Total APP | 220,149 | 2,453,015 | 2,673,164 | 261,744 | 2,764,180 | 3,025,924 |
PEPP | ||||||
PEPP – bonds koperti | 867 | 5,097 | 5,964 | 839 | 5,197 | 6,036 |
PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 155,480 | 1,243,391 | 1,398,871 | 162,270 | 1,297,397 | 1,459,667 |
PEPP – titoli sovranazzjonali | - | 158,931 | 158,931 | - | 154,332 | 154,332 |
PEPP – titoli tas-settur korporattiv | - | 45,105 | 45,105 | - | 45,989 | 45,989 |
Total PEPP | 156,347 | 1,452,524 | 1,608,871 | 163,109 | 1,502,915 | 1,666,024 |
Total | 376,781 | 3,906,589 | 4,283,370 | 425,349 | 4,268,996 | 4,694,345 |
Nota: Iċ-ċifri tal-“BĊNi taż-żona tal-euro” huma preliminari u jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni, li tirriżulta wkoll f’bidla ekwivalenti fiċ-ċifri tat-“Total Eurosistema”.
Nota 5 - Pretensjonijiet fi ħdan l-Eurosistema
Nota 5.1 - Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema
Din il-partita tikkonsisti fil-pretensjonijiet tal-BĊE vis-à-vis il-BĊNi taż-żona tal-euro relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità). Fil-31 ta’ Diċembru 2023, din il-partita ammontat għal EUR 127,067 miljun (2023: EUR 125,378 miljun). Ir-remunerazzjoni ta’ dawn il-pretensjonijiet fl-2024 ġiet ikkalkulata fuq bażi ta’ kuljum bl-aktar rata tal-imgħax reċenti disponibbli tintuża mill-Eurosistema fis-sejħiet tagħha għall-offerti għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (ara n-nota 24.2 “Introjtu mill-imgħax li jirriżulta mill-pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” u n-nota 34 “Bidla fir-rata tal-imgħax użata għar-remunerazzjonita’ bilanċi fi ħdan l-Eurosistema”).
Nota 6 - Assi oħra
Nota 6.1 - Assi fissi tanġibbli u intanġibbli
Din il-partita tinkludi dan li ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Kost | |||
Artijiet u bini | 1,015 | 1,014 | 0 |
Bini bid-dritt tal-użu | 352 | 315 | 37 |
Impjanti fil-bini | 222 | 222 | - |
Hardware u software tal-kompjuter | 142 | 142 | (0) |
Tagħmir, għamara u vetturi bil-mutur | 114 | 111 | 3 |
Tagħmir bid-dritt tal-użu | 1 | 2 | (1) |
Assi li qegħdin jinbnew | 10 | 0 | 10 |
Assi fissi oħra | 11 | 11 | 0 |
Kost totali | 1,866 | 1,818 | 48 |
Deprezzament akkumulat | |||
Artijiet u bini | (251) | (227) | (24) |
Bini bid-dritt tal-użu | (243) | (197) | (46) |
Impjanti fil-bini | (160) | (144) | (16) |
Hardware u software tal-kompjuter | (135) | (129) | (6) |
Tagħmir, għamara u vetturi bil-mutur | (102) | (92) | (10) |
Tagħmir bid-dritt tal-użu | (1) | (2) | 1 |
Assi fissi oħra | (4) | (3) | (0) |
Total tad-deprezzament akkumulat | (895) | (795) | (100) |
Valur kontabilistiku totali nett | 971 | 1,023 | (52) |
Fi tmiem is-sena, sar test tal-indeboliment fuq il-bini ewlieni tal-BĊE u fuq il-bini tal-uffiċċji bid-dritt tal-użu u ma ġie reġistrat ebda telf minħabba indeboliment.
Nota 6.2 - Assi finanzjarji oħra
Din il-partita tikkonsisti prinċipalment mill-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE, li fil-biċċa l-kbira jikkonsisti minn investimenti tal-kapital imħallas tal-BĊE kif ukoll minn ammonti mwarrba fil-fond tar-riżervi ġenerali u fil-provvediment kontra r-riskji finanzjarji. Din tinkludi wkoll 3,211-il sehem fil-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS, Bank for International Settlements) bil-kost tal-akkwist ta’ EUR 42 miljun u kontijiet kurrenti oħrajn denominati f’euro.
Il-komponenti ta’ din il-partita kienu kif ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Kontijiet kurrenti f’euro | 45 | 46 | (1) |
Titoli denominati f’euro | 21,269 | 20,355 | 914 |
Ftehimiet riversjati ta’ riakkwist f’euro | 1,425 | 1,730 | (305) |
Assi finanzjarji oħra | 42 | 42 | (0) |
Total | 22,781 | 22,172 | 608 |
Iż-żieda netta f’din il-partita fl-2024 kienet dovuta primarjament għall-investiment mill-ġdid tal-introjtu mill-imgħax iġġenerat mill-portafoll tal-fondi proprji.
Nota 6.3 - Differenzi fir-rivalwazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ
Din il-partita tikkonsisti f’bidliet fil-valwazzjoni tat-tranżazzjonijiet swap u forward f’munita barranija li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2024 (ara n-nota 21 “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bidliet fil-valwazzjoni ammontaw għal EUR 681 miljun (2023: EUR 552 miljun). Huma r-riżultat tat-traduzzjoni ta’ tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti tagħhom f’euro bir-rati tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ, imqabblin mal-valuri f’euro li jirriżultaw mit-traduzzjoni tat-tranżazzjonijiet bil-kost medju tal-munita barranija rispettiva f’dik id-data (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” u “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3, “Politika tal-kontabilità”).
Nota 6.4 - Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem
Din il-partita tinkludi dan li ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Imgħax akkumulat fuq bilanċi TARGET dovuti mill-BĊNi | 3,656 | 4,955 | (1,299) |
Imgħax dovut fuq klejms relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 1,093 | 1,429 | (336) |
Imgħax akkumulat fuq titoli | 3,519 | 3,709 | (190) |
Introjtu akkumulat relatat mal-kompiti superviżorji | 681 | 654 | 27 |
Dovuti oħra u spejjeż imħallsin bil-quddiem | 210 | 158 | 52 |
Total | 9,158 | 10,905 | (1,747) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2024 din il-partita kienet tinkludi imgħax akkumulat riċevibbli fuq bilanċi TARGET dovuti minn BĊNi taż-żona tal-euro għal Diċembru 2024 (ara n-nota 12.2 “Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)”) u imgħax akkumulat riċevibbli mingħand BĊNi taż-żona tal-euro għall-aħħar trimestru tal-2023 fir-rigward tal-pretensjonijiet tal-BĊE relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema (ara n-nota 5.1 “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema”). Dawn l-ammonti tħallsu f’Jannar 2025.
Din kienet tinkludi wkoll imgħax minn kupuni akkumulat fuq titoli, inkluż imgħax pendenti mħallas mal-akkwist (ara n-nota 2.2 “Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra”; u “Pretensjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, in-nota 4 “Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati fl-euro” u n-nota 6.2 “Assi finanzjarji oħra”).
L-introjtu akkumulat relatat mal-kompiti superviżorji jikkorrispondi mat-tariffi superviżorji li għandhom jiġu riċevuti għall-perjodu tariffarju 2024 li se jinġabru fl-2025 (ara n-nota 27 “Introjtu/spejjeż netti mit-tariffi u l-kummissjonijiet”).[53]
Il-bqija ta’ din il-partita kienet tikkonsisti prinċipalment minn (i) introjtu dovut minn proġetti u servizzi tas-SEBĊ li kienu qed jitħaddmu (ara n-nota 29 “Introjtu ieħor”); (ii) introjtu mill-imgħax akkumulat fuq strumenti finanzjarji oħrajn; u (iii) prepagamenti mixxellanji.
Nota 6.5 - Varji
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, din il-partita ammontat għal EUR 53 miljun (2023: EUR 88 miljun) u kienet tinkludi prinċipalment bilanċi b’valur ta’ EUR 24 miljun (2023: EUR 28 million) relatati ma’ tranżazzjonijiet swap u forward f’muniti barranin li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2024 (ara n-nota 21, “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bilanċi ħarġu mit-traduzzjoni ta’ tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti f’euro bil-kost medju tal-munita rispettiva fid-data tal-karta tal-bilanċ; imqabbel mal-valuri f’euro li bihom it-tranżazzjonijiet daħlu fil-kontijiet għall-ewwel darba (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).
Inkludiet ukoll riċevibbli fir-rigward ta’ proġetti u servizzi tas-SEBĊ operattivi (ara n-nota 29 “Introjtu ieħor”) u bilanċi fir-rigward ta’ taxxa fuq il-valur miżjud li tista’ tiġi rkuprata.
Nota 7 - Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni
Din il-partita tikkonsisti mis-sehem tal-BĊE (8%) mit-total tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”), li fil-31 ta’ Diċembru 2024 ammontat għal EUR 127,067 miljun (2023: EUR 125,378 miljun).
Nota 8 – Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro
Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom il-possibbiltà li jaċċettaw flus kontanti bħala kollateral fil-faċilitajiet tagħhom ta’ self ta’ titoli fil-PSPP u s-settur pubbliku PEPP, bla ma jkollhom jerġgħu jinvestuhom. Fil-każ tal-BĊE, dawn l-operazzjonijiet isiru permezz ta’ istituzzjoni speċjalizzata.
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, il-bilanċi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ self pendenti bħal dawn imwettqa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro ammontaw għal EUR 2,388 miljun (2023: EUR 4,699 miljun). Il-flus kontanti riċevuti bħala kollateral ġew ittrasferiti lill-kontijiet ta’ TARGET u peress li baqgħu mhux investiti fi tmiem is-sena, dawn it-tranżazzjonijiet ġew irreġistrati fil-karta tal-bilanċ (ara “Tranżazzjonijiet inversi” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi” u n-nota 18 “Programmi ta’ self ta’ titoli”).[54]
Nota 9 - Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro
Nota 9.1 - Amministrazzjoni pubblika
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, din il-partita kienet tikkonsisti minn depożiti tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) li ammontaw għal EUR 73 miljun (2023: EUR 143 miljun). Fi tmiem l-2023 kienet tinkludi wkoll depożiti tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES). Skont l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-SEBC, il-BĊE jista’ jaġixxi bħala aġent fiskali għal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, reġjonali, lokali jew awtoritajiet pubbliċi oħra, korpi oħra regolati bil-liġi pubblika, jew intrapriżi pubbliċi ta’ Stati Membri.
Nota 9.2 – Obbligazzjonijiet oħrajn
Din il-partita tikkonsisti f’bilanċi tas-sistemi anċillari taż-żona tal-euro[55] konnessi ma’ TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE. Fil-31 ta’ Diċembru 2024 kienet tammonta għal EUR 24,482 miljun (2023: EUR 20,479 miljun).
Nota 10 - Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro
Din il-partita tinkludi dan li ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Bilanċi fil-mira ta’ BĊNi mhux fiż-żona tal-euro u sistemi anċillari | 2,908 | 3,854 | (947) |
Flus kontanti riċevuti bħala kollateral fi tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli | 2,062 | 5,637 | (3,575) |
Depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali | 33,823 | 12,383 | 21,440 |
Arranġamenti swap għall-provvista ta’ likwidità | 1,067 | 1,237 | (171) |
Total | 39,859 | 23,111 | 16,748 |
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, l-akbar komponent ta’ din il-partita kien depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-amministrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE (ara n-nota 22 “Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self”).
Din il-partita inkludiet bilanċi ta’ TARGET, li kienu jikkonsistu f’bilanċi ta’ BĊNi mhux taż-żona tal-euro meta mqabbla mal-BĊE (ara “Bilanċi Intra-SEBĊ/bilanċi intra-Eurosistema” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”) u bilanċi tas-sistemi anċillari mhux taż-żona tal-euro konnessi ma’ TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE.
Barra minn hekk, dan inkluda bilanċi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli tal-PEPP pendenti u PSPP fis-settur pubbliku mwettqa ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux fiż-żona tal-euro. Il-flus kontanti riċevuti bħala kollateral ġew ittrasferiti lill-kontijiet ta’ TARGET u peress li baqgħu mhux investiti fi tmiem is-sena, dawn it-tranżazzjonijiet ġew irreġistrati fil-karta tal-bilanċ (ara “Tranżazzjonijiet inversi” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi” u n-nota 18 “Programmi ta’ self ta’ titoli”).
Il-bqija ta’ din il-partita kkonsistiet f’bilanċ li jirriżulta mill-arranġament permanenti reċiproku dwar il-muniti mal-Federal Reserve System. B’dan l-arranġament, il-Federal Reserve Bank of New York jipprovdi dollari Amerikani lill-BĊE permezz ta’ tranżazzjonijiet swap biex jiġi pprovdut finanzjament f’dollari Amerikani għal żmien qasir lil kontropartijiet tal-Eurosistema. Simultanjament, il-BĊE jagħmel tranżazzjonijiet swap back-to-back mal-BĊNi taż-żona tal-euro, li jużaw dawn il-fondi biex iwettqu operazzjonijiet għall-provvista ta’ likwidità f’dollari Amerikani ma’ kontropartijiet fl-Eurosistema bħala tranżazzjonijiet riversjati. It-tranżazzjonijiet swap back-to-back jirriżultaw f’bilanċi fi ħdan l-Eurosistema bejn il-BĊE u l-BĊNi taż-żona tal-euro. Barra minn hekk, it-tranżazzjonijiet swap li jsiru mill-BĊE mal-Federal Reserve Bank of New York u l-BĊNi taż-żona tal-euro joħolqu pretensjonijiet u obbligazzjonijiet forward li jiġu rreġistrati fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ (ara n-nota 21 “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”).
Nota 11 - Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin
Nota 11.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, ma kien hemm l-ebda bilanċ taħt din il-partita, filwaqt li fi tmiem l-2023, din kienet tikkonsisti f’obbligazzjoni f’munita barranija fil-konfront ta’ persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro li kienet tammonta għal EUR 24 miljun, li rriżultat fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE.
Nota 12 – Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema
Nota 12.1 – Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin
Dawn huma l-obbligazzjonijiet lejn il-BĊNi taż-żona tal-euro li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ assi f’riżervi barranin lill-BĊE meta dawk il-BĊNi issieħbu fl-Eurosistema. Skont l-Artikolu 30.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, dawn il-kontribuzzjonijiet huma fissi fi proporzjon tal-ishma tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-BĊE.
L-aġġustament ta’ kull ħames snin tal-ponderazzjonijiet tal-BĊNi fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE fl-1 ta’ Jannar 2024 irriżulta fi tnaqqis fil-ponderazzjoni tal-BĊNi taż-żona tal-euro fil-kapital sottoskritt tal-BĊE (ara n-nota 16 “Kapital u riżervi”). Dan wassal għal tnaqqis ta’ EUR 109 miljun f’dawn l-obbligazzjonijiet fl-1 ta’ Jannar 2024, li tħallas lura lill-BĊNi taż-żona tal-euro bix-xieraq.
Mill- | Fil- | |
---|---|---|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (il-Belġju) | 1,488 | 1,470 |
Deutsche Bundesbank (il-Ġermanja) | 10,802 | 10,635 |
Eesti Pank (l-Estonja) | 121 | 114 |
Central Bank of Ireland (l-Irlanda) | 884 | 683 |
Bank of Greece (il-Greċja) | 916 | 998 |
Banco de España (Spanja) | 4,796 | 4,811 |
Banque de France (Franza) | 8,114 | 8,240 |
Hrvatska narodna banka (il-Kroazja) | 314 | 327 |
Banca d’Italia (l-Italja) | 6,498 | 6,854 |
Central Bank of Cyprus (Ċipru) | 89 | 87 |
Latvijas Banka (il-Latvja) | 157 | 157 |
Lietuvos bankas (il-Litwanja) | 239 | 233 |
Banque centrale du Luxembourg (il-Lussemburgu) | 148 | 133 |
Bank Ċentrali ta’ Malta (Malta) | 52 | 42 |
De Nederlandsche Bank (in-Netherlands) | 2,396 | 2,364 |
Oesterreichische Nationalbank (l-Awstrija) | 1,199 | 1,181 |
Banco de Portugal (il-Portugall) | 943 | 944 |
Banka Slovenije (is-Slovenja) | 200 | 194 |
Národná banka Slovenska (is-Slovakkja) | 466 | 462 |
Suomen Pankki – Finlands Bank (il-Finlandja) | 737 | 741 |
Total | 40,562 | 40,671 |
Ir-remunerazzjoni ta’ dawn l-obbligazzjonijiet fl-2024 ġiet ikkalkulata fuq bażi ta’ kuljum bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet tagħha għall-offerti għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, aġġustata biex tirrifletti redditu ta’ żero mill-komponent tad-deheb (ara n-nota 24.3 “Remunerazzjoni ta’ pretensjonijiet tal-BĊNi fir-rigward tar-riżervi barranin trasferiti” u n-nota 34 “Bidla fir-rata tal-imgħax użata għar-remunerazzjoni ta’ bilanċi intra-Eurosistema”).
Nota 12.2 – Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)
Din il-partita tikkonsisti l-aktar mill-bilanċi ta’ TARGET tal-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward tal-BĊE (ara “Bilanċi intra-SEBĊ/bilanċi intra-Eurosistema” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità).
2024 | 2023 | |
---|---|---|
Dovuti lill-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward ta’ TARGET | 1,593,185 | 1,616,387 |
Dovuti mill-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward ta’ TARGET | (1,245,111) | (1,212,050) |
Obbligazzjoni netta ta’ TARGET | 348,074 | 404,336 |
It-tnaqqis fl-obbligazzjoni netta ta’ TARGET kien prinċipalment attribwibbli għall-influssi tal-flus bħala riżultat ta’ (i) il-maturità tat-titoli taħt l-APP u l-PEPP, li ġew saldati permezz tal-kontijiet ta’ TARGET u ġew ikkumpensati biss parzjalment mir-riinvestimenti taħt il-PEPP (ara n-nota 4 “Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro”) u (ii) depożiti ogħla aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-amministrazzjoni tal-attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet għal residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro”). L-impatt ta’ dawn il-fatturi kien parzjalment ikkumpensat, prinċipalment mill-ħruġ ta’ flus li jirriżulta mill-ispiża tal-imgħax imħallsa fuq l-obbligazzjoni netta ta’ TARGET tal-BĊE (ara n-nota 24.5 “Spiża tal-imgħax netta li tirriżulta mill-bilanċi ta’ TARGET dovuti minn/lill-BĊNi”).
Bl-eċċezzjoni ta’ bilanċi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ swaps dahar ma’ dahar b’rabta ma’ operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’dollaru Amerikan, ir-remunerazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ TARGET miżmuma mill-BĊNi taż-żona tal-euro vis-à-vis il-BĊE fl-2024 ġiet ikkalkolata fuq bażi ta’ kuljum l-aktar tard bir-rata tal-imgħax disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin (ara n-nota 24.5 “Spiża tal-imgħax netta li tirriżulta mill-bilanċi ta’ TARGET dovuti minn/lill-BĊNi” u n-nota 34 “Bidla fir-rata tal-imgħax użata għar-remunerazzjoni tal-bilanċi intra-Eurosistema”).
Nota 12.3 - Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, din il-partita ammontat għal EUR 40 miljun (2023: EUR 40 miljun). Kienet tikkonsisti prinċipalment f’depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-amministrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE (ara n-nota 22 “Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self”).
Nota 13 – Obbligazzjonijiet oħrajn
Nota 13.1 - Differenzi fir-rivalwazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ
Sal-31 ta’ Diċembru 2024 ma kien hemm l-ebda bilanċ taħt din il-partita. Fi tmiem l-2023, din il-partita kienet tikkonsisti primarjament minn bidliet fil-valwazzjoni tat-tranżazzjonijiet swap u forward f’munita barranija li kienu pendenti fi tmiem is-sena (ara n-nota 21 “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bidliet fil-valwazzjoni ammontaw għal EUR 68 miljun. Huma r-riżultat tat-traduzzjoni ta’ tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti tagħhom f’euro bir-rati tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ, imqabblin mal-valuri f’euro li jirriżultaw mit-traduzzjoni tat-tranżazzjonijiet bil-kost medju tal-munita barranija rispettiva f’dik id-data (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” u “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3, “Politika tal-kontabilità”).
Nota 13.2 – Dovuti u introjtu miġbura bil-quddiem
Din il-partita tinkludi dan li ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Imgħax akkumulat fuq bilanċi ta’ TARGET dovuti lill-BĊNi | 4,636 | 6,390 | (1,754) |
Imgħax akkumulat fuq pretensjonijiet tal-BĊNi fir-rigward tar-riżervi barranin trasferiti lill-BĊE | 1,448 | 1,335 | 114 |
Imgħax akkumulat fuq depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali | 103 | 172 | (69) |
Dovuti oħra u introjtu differit | 101 | 134 | (33) |
Total | 6,288 | 8,030 | (1,742) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, iż-żewġ komponenti ewlenin taħt din il-partita kienu imgħax akkumulat pagabbli fuq il-bilanċi ta’ TARGET dovuti lill-BĊNi għal Diċembru 2024 (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 12.2 “Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)”) u imgħax akkumulat pagabbli lill-BĊNi taż-żona tal-euro għall-2024 fir-rigward tal-pretensjonijiet tagħhom relatati mar-riżervi barranin trasferiti lill-BĊE (ara n-nota 12.1 “Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”). Dawn l-ammonti tħallsu f’Jannar 2025.
Din il-partita kienet tinkludi wkoll imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali (ara n-nota 9.1 “Gvern ġenerali”, in-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 12.3 “Obbligazzjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)”).
Il-bqija ta’ din il-partita kienet tinkludi prinċipalment (i) imgħax akkumulat pagabbli fuq bilanċi tas-sistemi anċillari taż-żona tal-euro konnessi ma’ TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE (ara n-nota 9.2 “Passiv ieħor”), (ii) akkumulazzjonijiet mixxellanji u introjtu differit;
Nota 13.3 - Varji
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, din il-partita ammontat għal EUR 1,327 miljun (2023: EUR 1,401 miljun). It-total inkluda bilanċi li ammontaw għal EUR 574 miljun (2023: EUR 635 miljun) relatati ma’ tranżazzjonijiet swap u forward f’muniti barranin li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2024 (ara n-nota 21, “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bilanċi ħarġu mit-traduzzjoni ta’ tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti f’euro bil-kost medju tal-munita rispettiva fid-data tal-karta tal-bilanċ; imqabbla mal-valuri f’euro li bihom it-tranżazzjonijiet daħlu fil-kontijiet għall-ewwel darba (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).
Din il-partita kienet tinkludi wkoll obbligazzjoni ta’ kiri ta’ EUR 110 miljun (2023: EUR 117 miljun) (ara “Kirjiet” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).
Barra minn hekk, din il-partita inkludiet l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul tal-persunal tiegħu,[56] il-membri tal-Bord Eżekuttiv, u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE.
Il-benefiċċji tal-BĊE ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul
Karta tal-bilanċ
L-ammonti rikonoxxuti taħt “Varji” (obbligazzjonijiet) fil-karta tal-bilanċ fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul kienu kif ġej:
2024 | 2023 | |||||
---|---|---|---|---|---|---|
Persunal | Bordijiet | Total | Persunal | Bordijiet | Total | |
Obbligu tal-benefiċċji definiti | 2,712 | 37 | 2,749 | 2,458 | 35 | 2,493 |
Valur ġust tal-assi tal-iskema | (2,253) | - | (2,253) | (1,983) | - | (1,983) |
Obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti inkluża taħt “Varji” (obbligazzjonijiet) | 459 | 37 | 496 | 475 | 35 | 510 |
Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.
Il-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċji vis-à-vis il-persunal, ta’ EUR 2,712 miljun fl-2024 (2023: EUR 2,458 miljun) kien jinkludi benefiċċji mhux finanzjati ta’ EUR 293 miljun (2023: EUR 278 miljun) relatati mal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, barra l-pensjonijiet, u ma’ benefiċċji oħra fit-tul. Il-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċji vis-à-vis l-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju, ta’ EUR 37 miljun (2023: EUR 35 miljun) hu relatat biss ma’ provvedimenti mhux finanzjati li jeżistu għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul.
Il-kalkolu mill-ġdid tal-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg huma rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ taħt “Kontijiet ta’ rivalwazzjoni”. Fl-2024, il-gwadanni mill-kalkolu mill-ġdid taħt dik il-partita ammontaw għal €416-il miljun (2023: EUR 238 miljun (ara n-nota 15 “Kontijiet ta’ rivalwazzjoni”).
Bidliet fl-obbligu tal-benefiċċji definiti, assi tal-iskema u riżultati tal-kejl mill-ġdid
Il-bidliet fil-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċji definiti jidher hawn taħt:
2024 | 2023 | |||||
---|---|---|---|---|---|---|
Persunal | Bordijiet | Total | Persunal | Bordijiet | Total | |
Obbligu tal-bidu tal-benefiċċji definiti | 2,458 | 35 | 2,493 | 1,947 | 31 | 1,978 |
Kost kurrenti tas-servizz | 121 | 3 | 123 | 101 | 2 | 103 |
Kost ta’ servizz tal-passat | 119 | 1 | 120 | - | - | - |
Kost tal-imgħax fuq l-obbligu | 85 | 1 | 86 | 77 | 1 | 79 |
Kontribuzzjonijiet li tħallsu mill-parteċipanti fl-iskema1 | 38 | 0 | 38 | 36 | 0 | 36 |
Benefiċċji mħallsin | (31) | (3) | (34) | (30) | (3) | (33) |
(Gwadann)/telf mill-kalkoli ġodda | (77) | 0 | (77) | 327 | 4 | 331 |
Obbligu tal-għeluq tal-benefiċċji definiti | 2,712 | 37 | 2,749 | 2,458 | 35 | 2,493 |
Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.
1) Total nett li jinkludi kontribuzzjonijiet obbligatorji u trasferimenti fi/barra mill-iskemi. Il-kontribuzzjonijiet obbligatorji mħallsa mill-persunal jammontaw għal 7.4 % tas-salarju bażiku tagħhom, filwaqt li dawk imħallsa mill-BĊE jammontaw għal 20.7 %.
Il-kost tas-servizz tal-passat fl-2024 kien relatat mal-kontributuri u mal-pensjonanti attwali u rriżulta minn emenda għar-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjoni tal-BĊE fl-2024, skont liema, iż-żieda annwali tal-pensjonijiet tallinja mal-aġġustamenti ġenerali annwali tas-salarji għall-impjegati tal-BĊE mill-2026.
Il-gwadanni mill-kalkolu mill-ġdid fuq l-obbligu tal-benefiċċju definit fl-2024 irriżultaw prinċipalment bħala riżultat taż-żieda fir-rata ta’ skont użata għall-valutazzjoni attwarja minn 3.4 % fl-2023 għal 3.6 % fl-2024 u l-bidla tas-suppożizzjonijiet demografiċi.
Il-bidliet fil-valur ġust tal-assi tal-iskema fl-istruttura tal-benefiċċji definiti fir-rigward tal-persunal jidhru hawn taħt:
2024 | 2023 | |
---|---|---|
Valur ġust tal-bidu tal-assi tal-iskema | 1,983 | 1,638 |
Introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-iskema | 69 | 66 |
Gwadanni mill-kalkoli ġodda | 104 | 189 |
Kontribuzzjonijiet imħallsin minn min iħaddem | 81 | 75 |
Kontribuzzjonijiet imħallsin mill-parteċipanti fl-iskema | 38 | 36 |
Benefiċċji mħallsin | (21) | (20) |
Valur ġust tal-għeluq tal-assi tal-iskema | 2,253 | 1,983 |
Il-gwadanni bil-kalkolu mill-ġdid fuq l-assi tal-iskema fl-2024 jirriflettu l-fatt li r-redditu attwali mill-unitajiet tal-fondi kien ogħla mill-introjtu mill-imgħax assunt fuq l-assi tal-iskema, li kien ibbażat fuq is-suppożizzjoni ta’ rata ta’ skont ta’ 3.4%.
Il-bidliet fir-riżultati tal-kejl mill-ġdid kienu kif ġej:
2024 | 2023 | |
---|---|---|
Gwadanni tal-ftuħ bil-kalkoli ġodda | 238 | 369 |
Kontribuzzjonijiet mill-BĊNi li jissieħbu fl-Eurosistema1 | - | 3 |
Dħul(telf) fuq l-assi tal-iskema | 104 | 189 |
Gwadanni fuq l-obbligu | 77 | (331) |
(Gwadann)/telf rikonoxxut fil-kont tal-profitt u t-telf | (2) | 8 |
Gwadanni tal-għeluq bil-kalkoli mill-ġdid inkluż fil-“Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” | 416 | 238 |
1) Mal-adozzjoni tal-munita unika mill-Kroazja, il-Hrvatska narodna banka kkontribwixxa għall-bilanċi tal-kontijiet ta’ rivalutazzjoni kollha tal-BĊE fl-31 ta’ Diċembru 2022, li inkludew ukoll il-gwadanni mill-kalkolu mill-ġdid pendenti f’dik id-data.
Kont tal-profitt u t-telf
L-ammonti rikonoxxuti fil-kont tal-profitt u t-telf kienu kif ġej:
2024 | 2023 | |||||
---|---|---|---|---|---|---|
Persunal | Bordijiet | Total | Persunal | Bordijiet | Total | |
Kost kurrenti tas-servizz | 121 | 3 | 123 | 101 | 2 | 103 |
Kost ta’ servizz tal-passat | 119 | 1 | 120 | - | - | - |
Imgħax nett fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti | 16 | 1 | 17 | 12 | 1 | 13 |
- Kost tal-imgħax fuq l-obbligu | 85 | 1 | 86 | 77 | 1 | 79 |
- Introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-iskema | (69) | - | (69) | (66) | - | (66) |
(Gwadanni)/telf bil-kalkoli ġodda fuq benefiċċji oħra fit-tul | (2) | 0 | (2) | 8 | (0) | 8 |
Total inkluż fi “Kostijiet fuq il-persunal” | 253 | 5 | 258 | 121 | 3 | 124 |
Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.
L-ammonti rikonoxxuti fil-kont tal-profitt u t-telf għall-kost tas-servizz kurrenti, il-kost tal-imgħax fuq l-obbligu u l-introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan huma stmati bl-użu tar-rati li kienu applikabbli fis-sena preċedenti. Ir-rata ta’ skont użata għall-valwazzjoni attwarja naqset minn 3.9 % fl-2022 għal 3.4 % fl-2023, u fl-2024 irriżultat f’kost ogħla tas-servizz attwali. Il-kost tal-imgħax fuq l-obbligu u l-introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan żdied ukoll minħabba bilanċi ogħla li jikkumpensaw l-impatt tar-rata ta’ skont aktar baxxa użata.
Il-kost tas-servizz tal-passat li jirriżulta mill-emenda tar-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjoni tal-BĊE fl-2024 ġie rikonoxxut bis-sħiħ fil-kont tal-profitt u telf għas-sena li fiha ttieħdet id-deċiżjoni ta’ emenda.
Suppożizzjonijiet ewlenin
Fit-tħejjija tal-valwazzjonijiet imsemmijin f’din in-nota, l-attwarji indipendenti użaw suppożizzjonijiet li ġew aċċettati mill-Bord Eżekuttiv għall-għanijiet tal-kontabilità u l-pubblikazzjoni. Is-suppożizzjonijiet ewlenin użati għal skopijiet ta’ kalkolu tal-obbligu tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul kienu kif ġej:
2024 | 2023 | |
---|---|---|
Rata ta’ skont | 3.60 | 3.40 |
Redditu mistenni fuq l-assi tal-pjan1 | 4.60 | 5.30 |
Żidiet ġenerali fis-salarji fil-ġejjieni2 | 2.00 | 2.00 |
Żidiet fil-pensjonijiet fil-ġejjieni3 | 2.00 | 1.70 |
1) Dawn is-suppożizzjonijiet intużaw għall-kalkolu tal-parti tal-obbligu tal-benefiċċji definiti tal-BĊE li hi finanzjata minn assi b’garanzija ta’ kapital ta’ bażi.
2) Barra dan, issir konċessjoni għal żidiet prospettivi fis-salarji individwali ta’ mhux aktar minn 1.8% fis-sena, skont l-età tal-parteċipanti fl-iskema.
3) Skont ir-regoli tal-iskema tal-pensjoni tal-BĊE, il-pensjonijiet għandhom jiżdiedu kull sena. Fl-2024, dawn ir-regoli ġew emendati biex jallinjaw iż-żieda annwali fil-pensjonijiet mal-aġġustamenti ġenerali annwali tas-salarji għall-impjegati tal-BĊE mill-2026. Qabel din l-emenda, iż-żieda annwali fil-pensjonijiet kienet marbuta wkoll mal-aġġustament ġenerali tas-salarji, iżda soġġetta għal kundizzjonijiet ulterjuri.
Nota 14 - Provvedimenti
Nota 14.1 - Provvedimenti oħra
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, din il-partita inkludiet provvedimenti amministrattivi li jammontaw għal EUR 72 miljun (2023: EUR 67 miljun).
Nota 15 - Kontijiet ta’ rivalwazzjoni
Din il-partita tikkonsisti l-aktar f’bilanċi ta’ rivalwazzjoni mill-gwadanni mhux realizzati fuq assi, obbligazzjonijiet u strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ (ara “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija”, “Titoli”, “Rikonoxximent tal-introjtu”, u “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”). Il-partita tinkludi wkoll il-kalkoli l-ġodda tal-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg (ara “Il-benefiċċji ta’ wara l-impjieg tal-BĊE u benefiċċji oħra fit-tul” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” u n-nota 13.3 “Varji”).
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Deheb | 37,097 | 26,622 | 10,476 |
Muniti barranin | 12,819 | 9,842 | 2,976 |
- Dollari Amerikani | 12,717 | 9,624 | 3,093 |
- Yen Ġappuniż | - | 206 | (206) |
- Renminbi Ċiniżi | 30 | 9 | 21 |
— SDRs | 72 | 4 | 68 |
- Oħrajn | 0 | 0 | 0 |
Titoli u strumenti oħra | 320 | 397 | (77) |
Obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg | 416 | 238 | 179 |
Total | 50,653 | 37,099 | 13,554 |
Il-kontijiet ta’ rivalwazzjoni żdiedu fit-2024, l-aktar minħabba ż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro. Il-kontijiet tar-rivalwazzjoni relatati mal-munita barranija żdiedu wkoll, prinċipalment minħabba l-apprezzament tad-dollaru Amerikan meta mqabbel mal-euro.
Ir-rati tal-kambju barrani użati għar-rivalwazzjoni tal-aħħar tas-sena kienu kif ġej:
Rati tal-kambju | 2024 | 2023 |
---|---|---|
Dollari Amerikani għal kull euro | 1.0389 | 1.1050 |
Yen Ġappuniżi għal kull euro | 163.06 | 156.33 |
Renminbi Ċiniżi għal kull euro | 7.5833 | 7.8509 |
Euro għal kull SDR | 1.2544 | 1.2157 |
Euro għal kull uqija fina ta’ deheb | 2,511.069 | 1,867.828 |
Nota 16 - Kapital u riżervi
Nota 16.1 - Kapital
Bidla fl-iskema tal-kapital tal-BĊE
Skont l-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-ponderazzjonijiet assenjati lill-BĊNi fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE jiġu aġġustati kull ħames snin.[57] Il-ħames aġġustament ta’ dan it-tip minn meta twaqqaf il-BĊE sar fl-1 ta’ Jannar 2024.
Kapital imħallas tal-BĊE
Il-kapital imħallas tal-BĊE naqas b’EUR 23 miljun fl-1 ta’ Jannar 2024. Dan huwa dovut għat-tnaqqis ġenerali ta’ 0.2200 punt perċentwali fil-ponderazzjoni tal-BĊNi taż-żona tal-euro (b’sottoskrizzjonijiet imħallsa kompletament) fil-kapital sottoskritt tal-BĊE ta’ EUR 10,825 miljun, u ż-żieda ekwivalenti f’dak tal-BĊNi mhux taż-żona tal-euro (li jħallsu biss 3.75% tas-sottoskrizzjonijiet tagħhom).
It-tabella li ġejja turi l-bidliet fl-iskema tal-kapital, il-kapital sottoskritt u l-kapital imħallas:
Mill-1 ta’ Jannar 2024 | Fil-31 ta’ Diċembru 2023 | |||||
---|---|---|---|---|---|---|
Skema kapitali | Kapital sottoskritt EUR miljuni | Kapital imħallas EUR miljuni | Skema kapitali | Kapital sottoskritt EUR miljuni | Kapital imħallas EUR miljuni | |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (Belġju) | 3.0005 | 325 | 325 | 2.9630 | 321 | 321 |
Deutsche Bundesbank (il-Ġermanja) | 21.7749 | 2,357 | 2,357 | 21.4394 | 2,321 | 2,321 |
Eesti Pank (l-Estonja) | 0.2437 | 26 | 26 | 0.2291 | 25 | 25 |
Central Bank of Ireland (l-Irlanda) | 1.7811 | 193 | 193 | 1.3772 | 149 | 149 |
Bank of Greece (il-Greċja) | 1.8474 | 200 | 200 | 2.0117 | 218 | 218 |
Banco de España (Spanja) | 9.6690 | 1,047 | 1,047 | 9.6981 | 1,050 | 1,050 |
Banque de France (Franza) | 16.3575 | 1,771 | 1,771 | 16.6108 | 1,798 | 1,798 |
Hrvatska narodna banka (il-Kroazja) | 0.6329 | 69 | 69 | 0.6595 | 71 | 71 |
Banca d’Italia (l-Italja) | 13.0993 | 1,418 | 1,418 | 13.8165 | 1,496 | 1,496 |
Central Bank of Cyprus (Ċipru) | 0.1802 | 20 | 20 | 0.1750 | 19 | 19 |
Latvijas Banka (il-Latvja) | 0.3169 | 34 | 34 | 0.3169 | 34 | 34 |
Lietuvos bankas (il-Litwanja) | 0.4826 | 52 | 52 | 0.4707 | 51 | 51 |
Banque centrale du Luxembourg (il-Lussemburgu) | 0.2976 | 32 | 32 | 0.2679 | 29 | 29 |
Bank Ċentrali ta’ Malta (Malta) | 0.1053 | 11 | 11 | 0.0853 | 9 | 9 |
De Nederlandsche Bank | 4.8306 | 523 | 523 | 4.7662 | 516 | 516 |
Oesterreichische Nationalbank (l-Awstrija) | 2.4175 | 262 | 262 | 2.3804 | 258 | 258 |
Banco de Portugal (il-Portugall) | 1.9014 | 206 | 206 | 1.9035 | 206 | 206 |
Banka Slovenije (is-Slovenja) | 0.4041 | 44 | 44 | 0.3916 | 42 | 42 |
Národná banka Slovenska (is-Slovakkja) | 0.9403 | 102 | 102 | 0.9314 | 101 | 101 |
Suomen Pankki – Finlands Bank (il-Finlandja) | 1.4853 | 161 | 161 | 1.4939 | 162 | 162 |
Subtotal għall-BĊNi taż-żona tal-euro | 81.7681 | 8,851 | 8,851 | 81.9881 | 8,875 | 8,875 |
Българска народна банка | 0.9783 | 106 | 4 | 0.9832 | 106 | 4 |
Česká národní banka (ir-Repubblika Ċeka) | 1.9623 | 212 | 8 | 1.8794 | 203 | 8 |
Danmarks Nationalbank (id-Danimarka) | 1.7797 | 193 | 7 | 1.7591 | 190 | 7 |
Magyar Nemzeti Bank (l-Ungerija) | 1.5819 | 171 | 6 | 1.5488 | 168 | 6 |
Narodowy Bank Polski (il-Polonja) | 6.0968 | 660 | 25 | 6.0335 | 653 | 24 |
Banca Naţională a României (ir-Rumanija) | 2.8888 | 313 | 12 | 2.8289 | 306 | 11 |
Sveriges Riksbank (l-Iżvezja) | 2.9441 | 319 | 12 | 2.9790 | 322 | 12 |
Subtotal għall-BĊNi barra ż-żona tal-euro | 18.2319 | 1,974 | 74 | 18.0119 | 1,950 | 73 |
Total | 100.0000 | 10,825 | 8,925 | 100.0000 | 10,825 | 8,948 |
Il-BĊNi taż-żona tal-euro ħallsu b’mod sħiħ is-sehem tagħhom fil-kapital sottoskritt.
Il-BĊNi barra ż-żona tal-euro huma mitlubin iħallsu 3.75% tal-kapital sottoskritt tagħhom bħala kontribuzzjoni għall-kostijiet operattivi tal-BĊE. Il-BĊNi barra ż-żona tal-euro ma huma intitolati jirċievu ebda sehem mill-profitti distribwibbli tal-BĊE, u lanqas ma huma responsabbli biex ikopru kwalunkwe telf li jġarrab il-BĊE.
Nota 17 – Telf akkumulat riportat
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, din il-partita ammontat għal EUR 1,266 miljun (2023: żero). Dan kien jinkludi t-telf tal-BĊE għas-sena 2023, li, wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, ġie ttrasferit fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE sabiex jiġi paċut mill-profitti futuri.
2.5 Strumenti barra l-karta tal-bilanċ
Nota 18 - Programmi ta’ self ta’ titoli
Bħala parti mill-ġestjoni tal-fondi proprji tal-BĊE, il-BĊE għandu ftehim dwar programm ta’ self ta’ titoli li bih istituzzjoni speċjalizzata tagħmel tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli f’isem il-BĊE. Skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv, il-BĊE għamel disponibbli wkoll titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja għas-self.[58]
Skont il-kollateral riċevut, l-operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli jiġu rreġistrati f’(i) kontijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ meta mwettqa kontra kollateral ta’ titoli, u (ii) kontijiet fil-karta tal-bilanċ meta mwettqa kontra flus kontanti li jibqgħu mhux investiti fl-aħħar tas-sena (ara n-nota 8 “Obbligazzjonijiet oħra lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 10 “Obbligazzjonijiet għal residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro”).
Il-valur tas-suq tat-titoli mislufa u l-kollateral korrispondenti kien kif ġej:
2024 | 2023 | |
---|---|---|
Titoli mislufa kontra kollateral ta’ titoli1 | (37,393) | (32,791) |
li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja | (28,585) | (26,577) |
Titoli mislufa kontra kollateral fi flus kontanti | (4,273) | (10,088) |
li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja | (4,273) | (10,088) |
Il-valur tas-suq tat-titoli mislufin24.5 | (41,666) | (42,879) |
Kollateral fil-forma ta’ titoli1 | 38,970 | 34,042 |
li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja | 29,761 | 27,651 |
Kollateral fil-forma ta’ flus kontanti2 | 4,450 | 10,336 |
li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja | 4,450 | 10,336 |
Il-valur tas-suq tal-kollateral | 43,420 | 44,379 |
1) dan l-ammont huwa rreġistrat f’kontijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.
2) Dan l-ammont huwa rreġistrat f’kontijiet fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro” u “Obbligazzjonijiet lil residenti mhux fiż-żona tal-euro f’euro”.
Nota 19 - Futures tar-rati tal-imgħax
It-tranżazzjonijiet li ġejjin, tradotti bir-rati tal-kambju tal-aħħar tas-sena, kienu għadhom pendenti fi tmiem is-sena:
Futures tar-rata tal-imgħax f’munita barranija | 2024 | 2023 | Bidla |
---|---|---|---|
Xiri | 382 | 2,207 | (1,825) |
Bejgħ | 734 | 4,142 | (3,408) |
Dawn it-tranżazzjonijiet saru fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE.
Nota 20 - Tranżazzjonijiet forward f’titoli
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, ma kienx hemm tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli pendenti. Fi tmiem l-2023, b’kuntrast għal dan, ix-xiri bil-quddiem u l-bejgħ ta’ titoli, kull wieħed fl-ammont ta’ EUR 45 miljun, tradotti bir-rati tal-kambju ta’ tmiem is-sena, baqgħu pendenti:
Tranżazzjonijiet forward f’titoli | 2024 | 2023 | Bidla |
---|---|---|---|
Xiri | - | 45 | (45) |
Bejgħ | - | 45 | (45) |
Dawn it-tranżazzjonijiet saru fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE.
Nota 21 - Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani
Ġestjoni ta’ riżervi barranin
Saru tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE. Il-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet li ġejjin li jirriżultaw minn dawn it-tranżazzjonijiet, tradotti bir-rati tal-kambju barrani tal-aħħar tas-sena, kienu pendenti fi tmiem is-sena:
Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani | 2024 | 2023 | Bidla |
---|---|---|---|
Pretensjonijiet | 2,873 | 2,778 | 96 |
Obbligazzjonijiet | 2,742 | 2,901 | (159) |
Arranġamenti swap li jipprovdu likwidità
Il-BĊE hu parti minn network ta’ swap-line ta’ banek ċentrali u għandu fis-seħħ arranġamenti reċiproċi ta’ swap mal-Bank of Canada, il-Bank of England, il-Bank of Japan, il-Federal Reserve System u l-Bank Nazzjonali Żvizzeru. Għandu wkoll linja swap reċiproka mal-Bank Popolari taċ-Ċina. Dawn l-arranġamenti swap jippermettu l-provvediment ta’ (i) likwidità fi kwalunkwe waħda mill-muniti rispettivi tal-banek ċentrali ta’ hawn fuq lill-banek taż-żona tal-euro jew (ii) likwidità f’euro lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjonijiet tal-banek ċentrali msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, hemm fis-seħħ ukoll ftehimiet ta’ swap ma’ Danmarks Nationalbank u Sveriges Riksbank għall-provvista ta’ likwidità f’euro lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom. L-arranġamenti ta’ hawn fuq għandhom l-għan li jtaffu t-tensjonijiet fis-swieq internazzjonali tal-finanzjament u li jimminimizzaw ir-riskji ta’ ċirkwiti ta’ feedback negattivi.[59]
Pretensjonijiet u obbligazzjonijiet f’dollari Amerikani b’data ta’ maturità fl-2025 saru fir-rigward tal-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani lil kontropartijiet tal-Eurosistema (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”).
Nota 22 - Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ self u għoti ta’ self
Fl-2024, il-BĊE kompla jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-kontijiet u għall-ipproċessar tal-pagamenti relatati mal-operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE taħt il-faċilità ta’ assistenza finanzjarja fuq terminu medju, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja u l-ftehim dwar il-faċilità ta’ self għall-Greċja.
B’risposta għall-pandemija tal-COVID-19, l-UE tat self lill-Istati Membri taħt l-istrument tagħha għall-Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE). Id-disponibbiltà ta’ dan l-istrument intemmet fil-31 ta’ Diċembru 2022, iżda l-ħruġ rilevanti kien jikkonsisti f’bonds li jvarjaw minn maturità ta’ 5 snin sa 30 sena.
Fl-2024, l-UE kompliet ukoll tipprovdi finanzjament fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u appoġġ ta’ self lill-Istati Membri fil-programm Next Generation EU (NGEU), li ġie stabbilit biex jappoġġa l-irkupru ekonomiku fl-UE, filwaqt li jiffaċilita t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-ekonomija tal-Unjoni. Fl-2024, l-UE pprovdiet ukoll appoġġ kemm lill-Ukrajna, fil-forma ta’ self skont ir-Regolament il-ġdid dwar il-Faċilità għall-Ukrajna inkluż finanzjament tranżitorju eċċezzjonali, kif ukoll lir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fil-forma ta’ assistenza makrofinanzjarja fuq terminu qasir. Il-BĊE appoġġa lill-Kummissjoni Ewropea fl-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet relatati ma’ dawn l-istrumenti.
Barra minn hekk, il-BĊE jaġixxi bħala aġent tal-ħlas għall-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tas-Servizz ta’ Ħruġ tal-UE l-ġdid tiegħu, li tnieda f’Jannar 2024.
Fl-2024, il-BĊE pproċessa pagamenti relatati mal-operazzjonijiet kollha msemmija hawn fuq.
Nota 23- Obbligazzjonijiet kontinġenti minn kawżi pendenti
Tressqu kawżi kontra l-BĊE dwar l-eżerċizzju tal-funzjonijiet superviżorji tiegħu fuq Banca Carige S.p.A. (Banca Carige). Fi tnejn minn dawn il-kawżi, l-azzjonisti ta’ Banca Carige qed ifittxu kumpens finanzjarju mingħand il-BĊE għad-dannu allegatament imġarrab b’riżultat ta’ diversi azzjonijiet mill-BĊE fl-eżerċitar tal-funzjonijiet superviżorji tiegħu fir-rigward ta’ Banca Carige, li jikkonsistu kemm f’allegati nuqqasijiet ta’ azzjoni kif ukoll f’azzjonijiet dannużi. Il-BĊE rebaħ waħda minn dawn iż-żewġ kawżi fil-prim istanza; is-sentenza rilevanti tal-Qorti Ġenerali ġiet appellata mill-kontroparti u bħalissa tinsab pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Il-kawża l-oħra għadha pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali. Dawn il-kawżi se jiġu deċiżi filwaqt li jitqies, fost fatturi oħra, l-eżitu finali ta’ każijiet relatati oħrajn. F’waħda minn dawn, il-Qorti Ġenerali tal-UE qieset, fis-sentenza tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2022, li d-deċiżjoni tal-BĊE li jqiegħed lil Banca Carige taħt amministrazzjoni temporanja ma kellhiex bażi legali xierqa skont il-liġi Taljana. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-BĊE li jqiegħed lil Banca Carige taħt amministrazzjoni temporanja kif ukoll l-ewwel estensjoni tat-tul tal-amministrazzjoni temporanja fl-2019. Madankollu, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali ġiet appellata mill-BĊE quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, li għad tista’ twaqqa’ din is-sentenza. Barra minn hekk, żewġ deċiżjonijiet oħra tal-BĊE li jestendu l-amministrazzjoni temporanja bħalissa qed jiġu kkontestati f’rikors għal annullament, li għadu pendenti.
2.6 Noti dwar il-kont tal-profitt u t-telf
Nota 2 – Introjtu nett mill-imgħax/(spiża)
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Riżervi barranin | 2,537 | 2,382 | 155 |
Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 3,850 | 3,467 | 383 |
Self ta’ titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja | 32 | 67 | (35) |
Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 5,232 | 4,817 | 415 |
Bilanċi ta’ TARGET dovuti mill-BĊNi | 54,542 | 52,363 | 2,179 |
Fondi proprji | 703 | 625 | 77 |
Oħrajn | 3 | 2 | 0 |
Introjtu totali mill-imgħax | 66,898 | 63,723 | 3,175 |
Riżervi barranin | (0) | - | (0) |
Self ta’ titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja1 | (137) | (374) | 238 |
Pretensjonijiet tal-BĊNi fir-rigward tar-riżervi barranin trasferiti | (1,448) | (1,335) | (114) |
Bilanċi ta’ TARGET dovuti lill-BĊNi | (70,216) | (66,598) | (3,618) |
Depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali | (1,219) | (1,953) | 734 |
Oħrajn | (861) | (655) | (206) |
Spiża totali fuq l-imgħax | (73,881) | (70,916) | (2,965) |
Spiża netta fuq l-imgħax | (6,983) | (7,193) | 210 |
1) Din il-partita tinkludi l-ispiża fuq l-imgħax fuq flus kontanti riċevuti bħala kollateral.
Nota 24.1 — Introjtu nett mill-imgħax fuq riżervi barranin
L-introjtu nett mill-imgħax jew l-ispiża netta fuq ir-riżervi barranin tal-BĊE, imqassma skont it-tip ta’ strument, huma murija hawn taħt:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Kontijiet kurrenti | 85 | 82 | 3 |
Depożiti fis-suq monetarju | 149 | 129 | 20 |
Ftehimiet ta’ ri-akkwist | (0) | - | (0) |
Ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid inversi | 225 | 271 | (46) |
Titoli | 1,936 | 1,745 | 191 |
Tranżazzjonijiet forward u swap f’muniti barranin | 142 | 155 | (13) |
Introjtu nett mill-imgħax fuq riżervi barranin | 2,537 | 2,382 | 155 |
L-introjtu nett mill-imgħax jew l-ispiża netta fuq ir-riżervi barranin tal-BĊE, imqassma skont il-munita barranija, kienu kif ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Dollari Amerikani | 2,434 | 2,298 | 136 |
Yen Ġappuniżi | 9 | (2) | 11 |
Renminbi Ċiniżi | 12 | 13 | (1) |
SDRs | 83 | 73 | 10 |
Introjtu nett mill-imgħax fuq riżervi barranin | 2,537 | 2,382 | 155 |
Nota 24.2 - Introjtu mill-imgħax li jirriżulta mill-pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema
Fl-2024, l-introjtu mill-imgħax relatat mas-sehem ta’ 8% tal-BĊE mill-valur totali ta’ karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” u n-nota 5.1 “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema”) ammonta għal EUR 5,232 miljun (2023: EUR 4,817-il miljun). Iż-żieda rriżultat mir-rata medja ogħla fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (2024: 4.1%, 2023: 3.8%).
Nota 24.3 – Remunerazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ BĊNi fir-rigward ta’ riżervi barranin trasferiti
Fl-2024, l-ispiża fuq ir-remunerazzjoni li rriżultat mill-pretensjonijiet tal-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward tal-assi f’riżervi barranin trasferiti lill-BĊE (ara n-nota 12.1 “Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”) ammontat għal EUR 1,448 miljun (2023: EUR 1,335 miljun). Iż-żieda rriżultat mir-rata medja ogħla fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (2024: 4.1%, 2023: 3.8%).
Nota 24.4 – Introjtu mill-imgħax nett fuq titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja
L-introjtu mill-imgħax nett fuq titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja kien kif ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
SMP1 | 24 | 49 | (24) |
APP | |||
CBPP3 | 178 | 179 | (1) |
ABSPP | 419 | 642 | (223) |
PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 2,022 | 1,997 | 25 |
Total APP | 2,619 | 2,818 | (199) |
PEPP | |||
PEPP – bonds koperti | 6 | 4 | 2 |
PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija | 1,201 | 597 | 604 |
Total PEPP | 1,206 | 600 | 606 |
Introjtu nett mill-imgħax fuq titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 3,850 | 3,467 | 383 |
1) L-introjtu nett tal-BĊE mill-imgħax fuq l-investimenti SMP f’bonds tal-gvern Grieg ammonta għal EUR 18 miljun (2023: EUR 31 miljun).
Nota 24.5 – Spiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi ta’ TARGET dovuti lil/mill-BĊNi
L-introjtu mill-imgħax jew l-ispiża tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi ta’ TARGET dovuti minn/lill-BĊNi kienu kif ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Introjtu mill-imgħax nett li jirriżulta mill-bilanċi ta’ TARGET dovuti lil/mill-BĊNi | 54,542 | 52,363 | 2,179 |
- BĊNi taż-żona tal-euro | 54,542 | 52,363 | 2,179 |
Spiża tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi ta’ TARGET dovuti lil/mill-BĊNi | (70,216) | (66,598) | (3,618) |
- BĊNi taż-żona tal-euro | (70,150) | (66,534) | (3,615) |
- BĊNi mhux taż-żona tal-euro | (66) | (64) | (2) |
Spiża netta mill-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi ta’ TARGET dovuti lil/mill-BĊNi | (15,674) | (14,236) | (1,439) |
Iż-żieda rriżultat prinċipalment mir-rata medja ogħla fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (2024: 4.1%, 2023: 3.8%).
Nota 25 - Gwadanni/(telf) realizzati minn operazzjonijiet finanzjarji
Il-gwadann u t-telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji kienu kif ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Telf nett realizzat mill-prezzijiet | (53) | (117) | 63 |
Gwadann nett realizzat mir-rata tal-kambju u l-prezz tad-deheb | 36 | 11 | 26 |
Telf nett realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji | (17) | (106) | 89 |
It-telf nett realizzat mill-prezzijiet jinkludi gwadanni u telf realizzat fuq titoli u futures tar-rata tal-imgħax. It-telf nett realizzat fil-prezzijiet fl-2024 irriżulta prinċipalment mit-trattament kontabilistiku tal-primjum u l-amortizzazzjoni tal-iskont relatati mal-ħlasijiet lura ta’ titoli miżmuma fl-ABSPP.[60] It-telf nett realizzat mill-prezzijiet kien parzjalment paċut minn gwadanni realizzati mir-rata tal-kambju netti, li fil-biċċa l-kbira rriżultaw bħala konsegwenza tat-tnaqqis fil-prezz tal-aħħar tas-sena ta’ għadd ta’ titoli f’dollari Amerikani.
It-tabella li ġejja turi l-gwadanni u t-telf realizzati li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji, imqassma skont il-munita u t-trimestru:
2024 | 2023 | |||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Trimestru 1 | Trimestru 2 | Trimestru 3 | Trimestru 4 | Total | Trimestru 1 | Trimestru 2 | Trimestru 3 | Trimestru 4 | Total | |
Gwadanni/(telf) nett realizzati mill-prezzijiet | ||||||||||
Dollari Amerikani | (10) | (23) | 38 | (13) | (8) | 41 | 22 | (64) | (20) | (21) |
Yen Ġappuniżi | (0) | (2) | (0) | (2) | (4) | (5) | 4 | (1) | (4) | (5) |
Renminbi Ċiniżi | 1 | 1 | 3 | 1 | 7 | 0 | 0 | 0 | (0) | 0 |
Euro | (27) | (11) | (3) | (6) | (48) | (42) | (21) | (16) | (12) | (91) |
Subtotal | (36) | (35) | 38 | (20) | (53) | (5) | 4 | (81) | (35) | (117) |
Gwadanni/(telf) nett realizzati mir-rata tal-kambju u l-prezz tad-deheb | ||||||||||
Dollari Amerikani | (0) | (0) | 0 | 37 | 37 | 0 | 2 | 1 | 5 | 8 |
Yen Ġappuniżi | (0) | (0) | (0) | (0) | (1) | 2 | 0 | 0 | 0 | 2 |
Renminbi Ċiniżi | 0 | (0) | (0) | (0) | (0) | 0 | (0) | 0 | (0) | 0 |
Oħrajn | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |
Subtotal | (0) | (0) | 0 | 37 | 36 | 2 | 3 | 1 | 5 | 11 |
Total | (36) | (35) | 38 | 17 | (17) | (3) | 7 | (80) | (30) | (106) |
Nota 26 – Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji
It-tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji jidher hawn taħt:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Telf mhux realizzat mill-prezz tat-titoli | (187) | (38) | (150) |
Telf mhux realizzat mir-rata tal-kambju | (81) | - | (81) |
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji | (269) | (38) | (231) |
Il-valur tas-suq ta’ għadd ta’ titoli, prinċipalment miżmuma fil-portafoll f’dollaru Amerikan, naqas flimkien ma’ żieda fir-redditi korrispondenti lejn tmiem l-2024. Dan wassal għal telf mhux realizzat mill-prezz fl-aħħar tas-sena.
It-telf mhux realizzat mir-rata tal-kambju rriżulta minħabba l-valwazzjoni negattiva tal-kost medju tal-akkwist tal-parteċipazzjoni tal-BĊE tal-yen Ġappuniż għar-rata tal-kambju ta’ tmiem is-sena 2024. Dan jirrifletti d-deprezzament tal-yen Ġappuniż meta mqabbel mal-euro minn meta sar ix-xiri.
Nota 27 – Introjtu nett/(spiża) netta minn tariffi u kummissjonijiet
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Introjtu minn tariffi u kummissjonijiet | 697 | 672 | 24 |
Spejjeż relatati ma’ tariffi u kummissjonijiet | (22) | (22) | (0) |
Introjtu nett minn tariffi u kummissjonijiet | 674 | 650 | 24 |
Introjtu taħt din il-partita jikkonsisti primarjament minn tariffi superviżorji. L-ispejjeż jikkonsistu b’mod predominanti minn tariffi ta’ kustodja.
Introjtu u spejjeż relatati mal-kompiti superviżorji
Introjtu relatat mas-superviżjoni bankarja prinċipalment jinkludi introjtu mit-tariffi superviżorji. Il-BĊE jimponi tariffi annwali fuq entitajiet taħt superviżjoni biex jirkupra l-ispiża mġarrba fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu. Abbażi tal-ispejjeż annwali attwali tal-BĊE mġarrba fit-twettiq tal-kompiti ta’ superviżjoni bankarji tiegħu, l-introjtu mit-tariffi superviżorji għall-2024 kien ta’ EUR 681 miljun (2023: EUR 654 miljun).
Biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ tariffi superviżorji li għandhom jiġu imposti, l-ispiża annwali attwali tiġi aġġustata għall-ammonti rimborżati lil/riċevuti mingħand banek individwali għal perjodi tariffarji preċedenti u aġġustamenti oħra, inkluż l-imgħax riċevut fuq ħlasijiet tard.[61] Meta jitqies aġġustament li jikkorrispondi għall-imgħax riċevut fuq ħlasijiet tard kif ukoll rimborżi netti lil banek individwali għal perjodi tariffarji preċedenti, it-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni għall-perjodu tariffarju 2024 jikkorrispondu għal ammont kważi ugwali tal-ispejjeż annwali attwali ta’ EUR 681 miljun[62] (ara n-nota 6.4 “Dovuti u spejjeż imħallsa bil-quddiem”). It-tariffi superviżorji individwali se jiġu ffaturati fit-tieni trimestru tal-2025.[63]
Il-BĊE hu intitolat ukoll li jimponi penali amministrattivi fuq entitajiet taħt superviżjoni għal nuqqas ta’ konformità mal-liġi bankarja tal-UE dwar rekwiżiti prudenzjali (inklużi d-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE). L-introjtu relatat ma jitqiesx fil-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali, u lanqas ir-rimborżi ta’ tali penali jekk jiġu emendati jew annullati d-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni preċedenti. Minflok, l-ammonti relatati jiġu rreġistrati fil-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE. Fl-2024, l-introjtu li jirriżulta minn penali fuq entitjiet taħt superviżjoni ammonta għal EUR 16-il miljun (2023: EUR 18-il miljun).
B’hekk, l-introjtu tal-BĊE għal kompiti superviżorji kien kif ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Introjtu mit-tariffi superviżorji | 681 | 654 | 27 |
- Introjtu mit-tariffi mingħand entitajiet sinifikanti jew gruppi sinifikanti | 651 | 626 | 25 |
- Introjtu mit-tariffi mingħand entitajiet inqas sinifikanti jew gruppi inqas sinifikanti | 29 | 27 | 2 |
Penali amministrattivi imposti | 16 | 18 | (2) |
Introjtu relatat mal-kompiti tas-superviżjoni bankarja | 696 | 671 | 25 |
L-ispejjeż relatati mas-superviżjoni bankarja jirriżultaw mis-superviżjoni diretta ta’ entitajiet sinifikanti, is-sorveljanza tas-superviżjoni ta’ entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta’ kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Dawn jikkonsistu mill-ispejjeż diretti tal-funzjoni superviżorja tal-BĊE u mill-ispejjeż rilevanti li jirriżultaw minn oqsma ta’ appoġġ meħtieġa biex jiġu sodisfati r-responsabbiltajiet superviżorji tal-BĊE, li jirriflettu s-servizzi tagħhom fir-rigward ta’ bini u faċilitajiet; riżorsi umani; teknoloġija tal-informatika (IT); legali, awditu u amministrazzjoni; komunikazzjoni u traduzzjoni; kif ukoll attivitajiet oħra.
L-ispejjeż attwali relatati mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, li jiġu rkuprati permezz tat-tariffi superviżorji annwali għall-2024, ammontaw għal EUR 681 miljun (2023: EUR 654 miljun). Minbarra l-impatt tal-inflazzjoni, l-intensifikazzjoni tal-inizjattivi superviżorji, flimkien ma’ kostijiet ogħla assoċjati ma’ żviluppi kontinwi u titjib fis-sistemi tal-IT iddedikati għas-superviżjoni bankarja, ikkontribwew għaż-żieda ġenerali f’dawn l-ispejjeż.
Nota 28 - Introjtu minn ishma azzjonarji u interessi parteċipanti
Id-dividend ta’ EUR 1 miljun fl-2024 (2023: EUR 1 miljun) li daħal mill-ishma li l-BĊE għandu fil-BIS (ara n-nota 6.2 “Assi finanzjarji oħra”) jidher taħt din il-partita.
Nota 29 - Introjtu ieħor
Introjtu mixxellanju ieħor kien ta’ EUR 119-il miljun fl-2024 (2023: EUR 72 miljun). It-total irriżulta prinċipalment minn kontribuzzjonijiet tal-BĊNi parteċipanti għall-kostijiet imġarrba mill-BĊE b’rabta mal-proġetti u s-servizzi tas-SEBĊ li huma operattivi.
Nota 30 - Kostijiet fuq il-persunal
Il-kostijiet fuq il-persunal kienu kif ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Salarji u benefiċċji | 560 | 528 | 32 |
Assigurazzjoni tal-persunal | 26 | 25 | 2 |
Benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul | 258 | 124 | 134 |
Kostijiet fuq il-persunal | 844 | 676 | 167 |
L-għadd medju ta’ impjegati fl-2024, espress bħala ekwivalenti full-time (FTEs)[64], ammonta għal 4,297 (2023: 4,222), li minnhom 386 (2023: 380) kienu persunal maniġerjali.
Kostijiet ogħla għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg irriżultaw minn emenda għar-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjoni tal-BĊE fl-2024. Skont ir-regoli tal-kontabilità relevanti tal-BĊE għall-pensjonijiet, il-kost tas-servizz tal-passat li rriżulta minn din l-emenda ġie rikonoxxut b’mod sħiħ fil-kont tal-profitt u t-telf għall-2024 meta ttieħdet id-deċiżjoni (ara n-nota 13.3 “Varji”). Is-salarji u l-allowances żdiedu f’konformità man-numru medju ogħla ppjanat ta’ persunal impjegat mill-BĊE u l-aġġustamenti regolari tas-salarji.
Remunerazzjoni għall-Bordijiet Eżekuttiv u Superviżorju
Membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE jirċievu salarju bażiku u benefiċċji għar-residenza. Fil-każ tal-President, tiġi pprovduta residenza minflok benefiċċju għal residenza. Membri tal-Bord Eżekuttiv u l-President tal-Bord Superviżorju jirċievu wkoll benefiċċju tar-rappreżentanza. Bla ħsara għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-membri taż-żewġ bordijiet huma intitolati għal benefiċċji tal-familja, tat-tfal u tal-edukazzjoni u oħrajn, skont iċ-ċirkostanzi individwali tagħhom. Is-salarji huma soġġetti għat-taxxa li tmur għall-benefiċċju tal-UE kif ukoll għal tnaqqis fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjoni, tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti. Il-benefiċċji la huma taxxabbli u lanqas huma pensjonabbli.
Fl-2024, is-salarji bażiċi tal-membri tal-Bord Eżekuttiv u tal-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE (jiġifieri minbarra r-rappreżentanti tas-superviżuri nazzjonali) kienu dawn:[65]
2024 | 2023 | |
---|---|---|
Christine Lagarde | 466,092 | 444,984 |
Luis de Guindos (Viċi-President) | 399,528 | 381,444 |
Piero Cipollone (Membru tal-Bord mill-1 ta’ Novembru 2023) | 332,928 | 52,976 |
Frank Elderson (Membru tal-Bord) | 332,928 | 317,856 |
Philip R. Lane (Membru tal-Board) | 332,928 | 317,856 |
Fabio Panetta (Membru tal-Bord sal-31 ta’ Ottubru 2023) | - | 264,880 |
Isabel Schnabel (Membru tal-Board) | 332,928 | 317,856 |
Total Bord Eżekuttiv | 2,197,332 | 2,097,852 |
Total Bord Superviżorju (membri impjegati mill-BĊE)1 | 1,364,558 | 1,374,853 |
li minnhom: | ||
Claudia Buch (President tal-Bord Superviżorju mill-1 ta’ Jannar 2024) | 332,928 | - |
Andrea Enria (President tal-Bord Superviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2023) | - | 317,856 |
Total | 3,561,890 | 3,472,705 |
1) Iċ-ċifra totali tinkludi r-remunerazzjoni tal-President tal-Bord Superviżorju u tal-membri tal-BĊE. Frank Elderson ma jirċievi ebda remunerazzjoni addizzjonali fir-rwol tiegħu ta’ Viċi President tal-Bord Superviżorju. It-totali għall-2024 ġew affettwati minn perjodu ta’ żmien bejn it-tmiem u l-bidu tal-mandati ta’ żewġ membri tal-Bord Superviżorju u tas-suċċessuri tagħhom, filwaqt li fl-2023, il-membri kollha tal-BĊE tal-Bord Superviżorju kienu fil-kariga matul is-sena kollha.
Il-benefiċċji totali li tħallsu lill-membri taż-żewġ bordijiet u l-kontribuzzjonijiet tal-BĊE għall-iskemi tal-assigurazzjoni medika, il-kura fit-tul u kontra l-inċidenti mħallsa f’isimhom ammontaw għal EUR 1,254,013 (2023: EUR 1,169,703).
Jistgħu jsiru pagamenti tranżitorji lil dawk li kienu membri taż-żewġ bordijiet għal perjodu limitat wara tmiem il-mandat tagħhom. Fl-2024 dawn il-pagamenti, il-benefiċċji relatati u l-kontribuzzjonijiet tal-BĊE għall-iskemi tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u kontra l-inċidenti għal dawk li kienu membri taż-żewġ bordijiet ammontaw għal EUR 552,772 (2023: EUR 365,864). Iż-żieda kienet dovuta għal għadd akbar ta’ eks membri tal-bord li rċevew dawn il-pagamenti fl-2024 milli fl-2023.
Pagamenti relatati mal-pensjoni, inklużi benefiċċji ta’ wara l-impjieg, u kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u kontra l-inċidenti għal dawk li kienu membri tal-bord u d-dipendenti tagħhom, ammontaw għal EUR 2,185,215 (2023: EUR 2,670,313).[66] Fl-2024, dan l-ammont kien jinkludi pagament ta’ somma f’daqqa lil eks membru tal-bord mat-tluq, filwaqt li fl-2023 kien jinkludi pagament ta’ somma f’daqqa lil eks membru tal-bord mal-irtirar. Dawn il-pagamenti saru minflok il-pagamenti futuri tal-pensjoni.
Nota 31 - Spejjeż amministrattivi
L-ispejjeż amministrattivi kienu kif ġej:
2024 | 2023 | Bidla | |
---|---|---|---|
Kera, manutenzjoni tal-proprjetà u utilitajiet | 57 | 52 | 5 |
Spejjeż relatati mal-persunal | 74 | 67 | 7 |
Spejjeż relatati mal-IT | 153 | 137 | 16 |
Servizzi esterni | 162 | 161 | 0 |
Spejjeż oħra | 67 | 64 | 3 |
Spejjeż amministrattivi | 513 | 481 | 32 |
Iż-żieda fl-ispejjeż amministrattivi fl-2024 kienet prinċipalment dovuta għal (i) infiq ogħla fl-IT fir-rigward tat-trasformazzjoni diġitali (“spejjeż relatati mal-IT”); u (ii) il-kontribuzzjoni tal-BĊE għall-espansjoni tal-faċilitajiet ta’ kura ta-tfal fl-Iskola Ewropea Frankfurt (“Spejjeż relatati mal-persunal”). L-inflazzjoni kompliet taffettwa diversi spejjeż irreġistrati taħt din il-partita.
Nota 32 - Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus
Fl-2024, din l-ispiża ammontat għal EUR 9 miljun (2023: EUR 9 miljun). It-total irriżulta predominantament mit-trasport transkonfinali ta’ karti tal-flus tal-euro bejn l-istamperiji tal-karti tal-flus u l-BĊNi, għall-kunsinna ta’ karti tal-flus ġodda, u bejn il-BĊNi, biex jagħmlu tajjeb għal nuqqasijiet ta’ provvista b’ħażniet żejda. Dawn il-kostijiet jiġġarrbu ċentralment mill-BĊE.
Nota 33 – Trasferiment (lil)/minn provvedimenti kontra r-riskji
Fl-2023, din il-partita inkludiet id-diżimpenn komplet tal-provvedimenti kontra r-riskji finanzjarji ta’ EUR 6,620 miljun biex jiġi kopert parzjalment it-telf li jirriżulta minn skoperturi għal riskji finanzjarji (ara “Provvedimenti għal riskji finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi”). B’riżultat ta’ dan, fil-31 ta’ Diċembru 2023, dan il-provvediment kien żero. Fl-2024, ma sar l-ebda trasferiment.
2.7 Avvenimenti post-karta tal-bilanċ
Nota 34 — Bidla fir-rata tal-imgħax użata għar-remunerazzjoni tal-bilanċi intra-Eurosistema
Fit-13 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill Governattiv iddeċieda fuq sett ta’ prinċipji li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-politika monetarja fil-futur u li, fost parametri ewlenin oħra, huwa se jkompli jmexxi l-pożizzjoni tal-politika monetarja permezz tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu.[67] Fl-istess kuntest, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li mill-1 ta’ Jannar 2025, ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu ssir il-bażi għar-remunerazzjoni ta’ (i) bilanċi ta’ TARGET dovuti minn/lil BĊNi taż-żona tal-euro, (ii) pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema, u (iii) obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin.
2.8 Rapporti finanzjarji 2020–24
Karta tal-bilanċ
ASSI | 2020 | 2021 | 2022 | 2023 | 2024 |
---|---|---|---|---|---|
Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 25,056 | 26,121 | 27,689 | 30,419 | 40,895 |
Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 45,971 | 51,433 | 55,603 | 55,876 | 58,117 |
Ammonti riċevibbli mill-FMI | 680 | 1,234 | 1,759 | 2,083 | 2,227 |
Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn | 45,291 | 50,199 | 53,844 | 53,793 | 55,890 |
Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | 4,788 | 2,776 | 1,159 | 1,450 | 4,094 |
Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,830 | 3,070 | - | - | - |
Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 1,830 | 3,070 | - | - | - |
Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 81 | 38 | 12 | 17 | 2 |
Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 349,008 | 445,384 | 457,271 | 425,349 | 376,781 |
Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 349,008 | 445,384 | 457,271 | 425,349 | 376,781 |
Pretensjonijiet intra-Eurosistema | 114,761 | 123,551 | 125,763 | 125,378 | 127,067 |
Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema | 114,761 | 123,551 | 125,763 | 125,378 | 127,067 |
Assi oħrajn | 27,797 | 27,765 | 31,355 | 34,739 | 33,644 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli | 1,262 | 1,189 | 1,105 | 1,023 | 971 |
Assi finanzjarji oħra | 20,785 | 21,152 | 21,213 | 22,172 | 22,781 |
Differenzi fir-rivalwazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 388 | 620 | 783 | 552 | 681 |
Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem | 3,390 | 4,055 | 7,815 | 10,905 | 9,158 |
Varji | 1,970 | 749 | 438 | 88 | 53 |
Assi totali | 569,292 | 680,140 | 698,853 | 673,229 | 640,600 |
OBBLIGAZZJONIJIET | 2020 | 2021 | 2022 | 2023 | 2024 |
---|---|---|---|---|---|
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 114,761 | 123,551 | 125,763 | 125,378 | 127,067 |
Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 2,559 | 9,473 | 17,734 | 4,699 | 2,388 |
Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 13,700 | 7,604 | 63,863 | 20,622 | 24,554 |
Gvern ġenerali | 10,012 | 3,200 | 48,520 | 143 | 73 |
Obbligazzjonijiet oħra | 3,688 | 4,404 | 15,343 | 20,479 | 24,482 |
Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 11,567 | 112,492 | 78,108 | 23,111 | 39,859 |
Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin | - | - | - | 24 | - |
Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħrajn | - | - | - | 24 | - |
Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema | 378,432 | 375,136 | 355,474 | 445,048 | 388,676 |
Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin | 40,344 | 40,344 | 40,344 | 40,671 | 40,562 |
Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (nett) | 336,828 | 334,618 | 315,090 | 404,336 | 348,074 |
Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti) | 1,260 | 174 | 41 | 40 | 40 |
Obbligazzjonijiet oħra | 3,095 | 2,877 | 5,908 | 9,498 | 7,615 |
Differenzi fir-rivalwazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ | 636 | 568 | 430 | 68 | - |
Dovuti u introjtu miġbura bil-quddiem | 40 | 32 | 3,915 | 8,030 | 6,288 |
Varji | 2,419 | 2,277 | 1,562 | 1,401 | 1,327 |
Provvedimenti | 7,641 | 8,268 | 6,636 | 67 | 72 |
Provvedimenti kontra r-riskju | 7,584 | 8,194 | 6,566 | - | - |
Provvedimenti oħra | 57 | 74 | 69 | 67 | 72 |
Kontijiet ta’ rivalwazzjoni | 28,235 | 32,277 | 36,487 | 37,099 | 50,653 |
Kapital u riżervi | 7,659 | 8,270 | 8,880 | 8,948 | 8,925 |
Kapital | 7,659 | 8,270 | 8,880 | 8,948 | 8,925 |
Telf akkumulat riportat | - | - | - | - | (1,266) |
Profitt/(telf) għas-sena | 1,643 | 192 | - | (1,266) | (7,944) |
Obbligazzjonijiet totali | 569,292 | 680,140 | 698,853 | 673,229 | 640,600 |
Nota: Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, it-tqassim tal-karta tal-bilanċ għas-snin 2020–23 ġie aġġustat biex jaqbel mat-tqassim introdott fl-2024. Barra minn hekk, peress li l-partita “Profitt (telf) għas-sena” ġiet inkluża bħala partita negattiva awtonoma fuq in-naħa tal-obbligazzjoniijet tal-karta tal-bilanċ, l-ammonti għal “Assi totali” u “Obbligazzjonijiet totali” fl-2023 ġew aġġustati skont dan. Aktar dettalji dwar dawn il-bidliet jistgħu jinstabu taħt “Bidliet fil-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi”.
Kont tal-profitt u telf
2020 | 2021 | 2022 | 2023 | 2024 | |
---|---|---|---|---|---|
Introjtu/(spiża) netti mill-imgħax | 2,017 | 1,566 | 900 | (7,193) | (6,983) |
Introjtu mill-imgħax | 2,027 | 1,575 | 12,314 | 63,723 | 66,898 |
Spejjeż tal-imgħax | (9) | (9) | (11,414) | (70,916) | (73,881) |
Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji u tnaqqis tal-valur | 316 | (139) | (1,950) | (144) | (286) |
Gwadanni/(telf) realizzati minn operazzjonijiet finanzjarji | 342 | (6) | (110) | (106) | (17) |
Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji | (26) | (133) | (1,840) | (38) | (269) |
Introjtu/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet | 520 | 559 | 585 | 650 | 674 |
Introjtu minn ishma azzjonarji u interessi parteċipanti | - | 2 | 1 | 1 | 1 |
Introjtu ieħor | 37 | 56 | 61 | 72 | 119 |
Kostijiet fuq il-persunal | (646) | (674) | (652) | (676) | (844) |
Spejjeż amministrattivi | (434) | (444) | (460) | (481) | (513) |
Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u intanġibbli | (106) | (108) | (103) | (106) | (104) |
Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus | (14) | (13) | (9) | (9) | (9) |
Spejjeż oħra | - | (5) | - | - | - |
Profitt/(telf) qabel it-trasferiment (lejn)/mill-provvedimenti kontra r-riskji | 1,691 | 802 | (1,627) | (7,886) | (7,944) |
Trasferiment (lil)/minn provvedimenti kontra r-riskju | (48) | (610) | 1,627 | 6,620 | - |
Profitt/(telf) għas-sena | 1,643 | 192 | - | (1,266) | (7,944) |
Distribuzzjoni tal-profitti | 1,643 | 192 | - | - | - |
Nota: Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, it-tqassim tal-kont tal-profitt u t-telf għas-snin 2020–23 ġie aġġustat biex jaqbel mat-tqassim introdott fl-2024. Barra minn hekk, l-ammonti murija taħt is-sub-partiti “Introjtu mill-imgħax” u “Spiża tal-imgħax” ġew dikjarati mill-ġdid f’konformità mar-raġunar dwar l-introjtu mill-imgħax u n-nettjar tal-ispejjeż applikat mill-2024. Aktar dettalji dwar dawn il-bidliet jistgħu jinstabu taħt “Bidliet fil-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi”.
3 Rapport tal-awditur indipendenti

Lill-President u Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
Frankfurt am Main
Rapport dwar l-Awditu tar-Rapporti Finanzjarji 2024 tal-BĊE
Opinjoni
Aħna għamilna awditu tar-Rapporti Finanzjarji tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sena li spiċċat fil-31 ta’ Diċembru 2024 – inklużi fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE – li jikkonsistu mill-karta tal-bilanċ, il-kont tal-profitt u t-telf, u ġabra fil-qosor tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
Fl-opinjoni tagħna, dawn ir-Rapporti Finanzjarji tal-Bank Ċentrali Ewropew jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-31 ta’ Diċembru 2024 u tar-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu għas-sena li għalqet dakinhar, skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Governattiv, li huma stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2024/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/32), kif emendata, li hija bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2024/2941 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024, dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2024/31), kif emendata.
Bażi għall-Opinjoni
Aħna għamilna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika (“ISAs”). Ir-responsabbiltajiet tagħna skont dawn l-istandards huma deskritti fit-taqsima Responsabbiltajiet tal-Awditur għall-Awditjar tar-Rapporti Finanzjarji tar-rapport tagħna. Aħna indipendenti mill-BĊE skont ir-rekwiżiti etiċi Ġermaniżi li huma rilevanti għall-awditu tagħna tar-Rapporti Finanzjarji, li huma konsistenti mal-International Ethics Standards Board for Accountants’ Code of Ethics for Professional Accountants (il-“Kodiċi IESBA”), u ssodisfajna r-responsabbiltajiet etiċi l-oħra tagħna skont dawn ir-rekwiżiti. Aħna tal-fehma li l-evidenza tal-awditu li ksibna hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna.
Tagħrif ieħor
Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE (“Bord Eżekuttiv”) huwa responsabbli għall-informazzjoni l-oħra inkluża fir-Rendikonti Annwali tal-BĊE. It-tagħrif l-ieħor jinkludi t-tagħrif kollu inkluż fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE ħlief għar-Rapporti Finanzjarji tal-BĊE u r-rapport tal-awditur tagħna.
L-opinjoni tagħna dwar ir-Rapporti Finanzjarji ma tkoprix it-tagħrif l-ieħor u aħna ma nesprimu ebda forma ta’ konklużjoni assigurattiva dwarhom.
Fir-rigward tal-awditu li għamilna tar-Rapporti Finanzjarji, ir-responsabbiltà tagħna hi li naqraw it-tagħrif l-ieħor u, waqt li nagħmlu dan, inqisu jekk it-tagħrif l-ieħor huwiex materjalment inkonsistenti mar-Rendikonti Finanzjarji jew mal-għarfien li ksibna waqt l-awditu jew b’xi mod ieħor jidher materjalment iddikjarat ħażin.
Responsabbiltajiet tal-Bord Eżekuttiv u ta’ dawk inkarigati mill-Governanza għar-Rapporti Finanzjarji
Il-Bord Eżekuttiv huwa responsabbli għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni ġusta tar-Rapporti Finanzjarji skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Governattiv, li huma stabbilti fid-Deċiżjoni (UE) 2024/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/32), kif emendata, li hija bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2024/2941 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024, dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2024/31), u għall-kontroll intern bħal dan li l-Bord Eżekuttiv iqis bħala meħtieġ biex tkun tista’ ssir it-tħejjija ta’ Rapporti Finanzjarji li jkunu ħielsa minn kull dikjarazzjoni materjali falza, kemm minħabba frodi jew żbalji.
Fit-tħejjija tar-Rapporti Finanzjarji, il-Bord Eżekuttiv hu responsabbli għall-valwazzjoni tal-kapaċità tal-BĊE li jkompli jopera bħala negozju avvjat, waqt li jiżvela, fejn applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża n-negozju avvjat bħala bażi tal-kontabilità.
Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli għas-sorveljanza tal-proċess tar-rappurtar finanzjarju tal-BĊE.
Responsabbiltajiet tal-Awditur għall-Awditu tar-Rendikonti Finanzjarji
L-għanijiet tagħna huma li niksbu ċertezza raġonevoli dwar jekk ir-Rapporti Finanzjarji fl-intier tagħhom humiex ħielsa minn kull dikjarazzjoni materjali falza, kemm minħabba frodi jew żbalji, u li noħorġu rapport tal-awditur li jkun fih l-opinjoni tagħna. Iċ-ċertezza raġonevoli hija livell għoli ta’ ċertezza, iżda mhijiex garanzija li awditu li jsir skont l-ISAs dejjem se jidentifika dikjarazzjoni materjali falza meta din tkun teżisti. Id-dikjarazzjonijiet foloz jistgħu joriġinaw minn frodi jew żbalji u jitqiesu li jkunu materjali jekk, individwalment jew flimkien, ikunu mistennija b’mod raġonevoli li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti li jsiru abbażi ta’ dawn ir-Rapporti Finanzjarji.
Bħala parti minn awditu skont l-ISAs, aħna neżerċitaw ġudizzju professjonali u nżommu xettiċiżmu professjonali matul l-ippjanar u t-twettiq kollu tal-awditu. Aħna wkoll:
- Nidentifikaw u nivvalutaw ir-riskji ta’ kull dikjarazzjoni materjali falza tar-Rapporti Finanzjarji, kemm minħabba frodi jew żbalji, infasslu u nwettqu proċeduri tal-awditu li jwieġbu għal dawn ir-riskji, u niksbu evidenza tal-awditu li tkun biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna. Ir-riskju li ma tinqabadx dikjarazzjoni materjali falza li tirriżulta minn frodi huwa ogħla milli r-riskju li ma tinqabadx dikjarazzjoni materjali falza li tirriżulta minn żball, billi frodi tista’ tinvolvi kollużjoni, falsifikazzjoni, ommissjonijiet intenzjonati, rappreżentazzjonijiet ħżiena, jew il-qbiż ta’ kontroll intern.
- Naslu biex nifhmu aħjar x’inhu l-kontroll intern rilevanti għall-awditu sabiex infasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi, iżda mhux biex nesprimu opinjoni dwar l-effikaċja tal-kontroll intern tal-BĊE.
- Nivvalutaw kemm tkun xierqa l-politika tal-kontabilità li tintuża u kemm ikunu raġonevoli l-kalkoli tal-kontabilità u d-divulgazzjonijiet relatati li jsiru mill-maniġment.
- Nikkonkludu fuq kemm ikun xieraq l-użu min-naħa tal-maniġment tal-bażi ta’ negozju avvjat tal-kontabilità u, abbażi tal-evidenza tal-awditu miksuba, jekk ikunx jeżisti nuqqas ta’ ċertezza materjali relatat mal-avvenimenti jew mal-kundizzjonijiet li jista’ jixħet dubju sinifikanti fuq il-kapaċità tal-BĊE li tkompli bħala negozju avvjat. Jekk nikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ċertezza materjali, aħna nkunu obbligati niġbdu l-attenzjoni fir-rapport tagħna tal-awditur għad-divulgazzjonijiet relatati fir-Rapporti Finanzjarji jew, jekk dawn id-divulgazzjonijiet ma jkunux adegwati, li nimmodifikaw l-opinjoni tagħna. Il-konklużjonijiet tagħna huma bażati fuq l-evidenza tal-awditu miksuba sad-data tar-rapport tagħna tal-awditur.
- Nivvalutaw il-preżentazzjoni, l-istruttura u l-kontenut ġenerali tar-Rapporti Finanzjarji, fosthom id-divulgazzjonijiet, u jekk ir-Rapporti Finanzjarji jirrappreżentawx it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti bażi b’mod li jwassal għal preżentazzjoni ġusta.
Aħna obbligati nikkomunikaw ma’ dawk inkarigati mill-governanza fir-rigward ta’, fost affarijiet oħra, l-ambitu u ż-żmien ippjanat tal-awditu u l-konklużjonijiet sinifikanti tal-awditu, inklużi xi nuqqasijiet sinifikanti fil-kontroll intern li nidentifikaw matul l-awditjar tagħna.
Frankfurt am Main, 12 ta’ Frar 2025
Baker Tilly GmbH & Co. KG
Wirtschaftsprüfungsgesellschaft
![]()
| ![]()
|
4 Nota dwar it-tqassim tal-profitt /l-allokazzjoni tat-telf
Din in-nota mhijiex parti mir-rapporti finanzjarji tal-BĊE għas-sena 2024.
Skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-profitt nett tal-BĊE għandu jiġi trasferit f’din l-ordni:
- ammont li għandu jiġi deċiż mill-Kunsill Governattiv, li ma għandux jaqbeż 20 % tal-profitt nett, għandu jiġi trasferit fil-fond ġenerali tar-riżervi, soġġett għal limitu ugwali għal 100% tal-kapital;
- il-bqija tal-profitt nett għandu jitqassam lill-azzjonisti tal-BĊE fil-proporzjon tal-ishma mħallsin tagħhom.[68]
Fil-każ ta’ telf imġarrab mill-BĊE, l-iżbilanċ jista’ jiġi kkumpensat mill-fond ġenerali tar-riżervi tal-BĊE u, jekk ikun meħtieġ, wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, mill-introjtu monetarju tas-sena finanzjarja rilevanti fil-proporzjon u mhux iżjed mill-ammonti allokati lill-BĊNi skont l-Artikolu 32.5 tal-Istatut tas-SEBĊ.[69]
It-telf tal-BĊE għall-2024 kien ta’ EUR 7,944 miljun, meta mqabbel ma’ telf ta’ EUR 1,266 miljun fl-2023 wara r-rilaxx sħiħ tal-provvediment kontra riskji finanzjarji. Wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, dan it-telf se jiġi riportat fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE u se jiġi paċut kontra profitti futuri.
© Bank Ċentrali Ewropew, 2025
Indirizz postali 60640 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
Telefown +49 69 1344 0
Sit web www.ecb.europa.eu
Id-drittijiet kollha riżervati. Ir-riproduzzjoni għal għanijiet edukattivi u mhux kummerċjali hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Għat-terminoloġija speċifka, jekk jogħġbok irreferi għall-glossarju BĊE (disponibbli bl-Ingliż biss).
HTML ISBN 978-92-899-7059-4, ISSN 2443-4914, doi:10.2866/5688783, QB-01-25-039-MT-Q
F’dan id-dokument kollu, iċ-ċifri ppreżentati jistgħu ma jammontawx b’mod preċiż għat-totali, u l-perċentwali jistgħu ma jirriflettux b’mod preċiż iċ-ċifri assoluti minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb ċifra sħiħa.
Ir-“rendikonti finanzjarji” jinkludu l-karta tal-bilanċ, il-kont tal-profitt u telf, sommarju tal-politika tal-kontabilità sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni. Il-“Kontijiet Annwali” jinkludu r-rapporti finanzjarji, ir-rapport amministrattiv, ir-rapport tal-awditur indipendenti u n-nota dwar it-tqassim tal-profitt/l-allokazzjoni tat-telf. Aktar dettalji dwar il-proċess ta’ preparazzjoni u approvazzjoni relatati jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-BĊE.
Fl-2024, kien hemm 20 BĊNi fl-Eurosistema.
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 1), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.
Il-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 230). Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) tinkludi l-BĊE u l-BĊNi kollha tas-27 Stat Membru tal-UE.
Aktar dettalji dwar l-istrumenti tal-politika monetarja tal-Eurosistema u b’mod aktar speċifiku dwar l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
Aktar dettalji dwar self ta’ titoli jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Dettalji oħra fuq il-linji swap tal-munita jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Aktar dettalji dwar l-operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’euro tal-Eurosistema kontra kollateral eliġibbli jinsabu fis-sit web tal-BĊE. Il-linji repo deskritti wkoll fuq is-sit internet huma operati mill-BĊNi u, għaldaqstant, ma għandhom l-ebda impatt fuq ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE.
Aktar dettalji dwar is-Servizzi ta’ TARGET jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-BĊE.
Is-sistemi anċillari huma infrastrutturi tas-suq finanzjarju li jkunu ngħataw aċċess għall-komponent TARGET-BĊE mill-Kunsill Governattiv, diment li jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2022 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-ECB u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2007/7 (BĊE/2022/22) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 1–83), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll. Dettalji oħra dwar is-sistemi anċillari jinsabu fis-sit web tal-BĊE.
L-APP jikkonsisti mit-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPP3), il-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi (ABSPP), il-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku (PSPP) u l-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP). Il-BĊE ma akkwistax titoli fis-CSPP. Aktar dettalji dwar il-programm ta’ xiri ta’ assi u l-programm ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-BĊE.
Aktar informazzjoni dwar il-profil tal-maturità tal-programm ta’ xiri ta’ assi u tal-programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika tista’ tinstab fuq is-sit web tal-BĊE.
L-investimenti f’munita barranija tal-BĊE jinkludu assi inklużi fil-karta tal-bilanċ taħt “Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin – Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra” u “Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”.
F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima, il-BĊE jħejji divulgazzjonijiet finanzjarji annwali relatati mal-klima fir-rigward tal-fondi proprji u l-portafolli tal-pensjonijiet tiegħu. Id-divulgazzjonijiet għall-2023 ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-BĊE f’Ġunju 2024, filwaqt li d-divulgazzjonijiet għall-2024 huma mistennija li jiġu ppubblikati f’Ġunju 2025.
Il-parametri referenzjarji allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom l-għan li jallinjaw mal-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi li ż-żieda fit-temperaturi medji globali tiġi limitata għal 1.5°C.
L-ispejjeż imġarrba mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu jiġu rkuprati permezz ta’ tariffi annwali imposti fuq entitajiet taħt superviżjoni. Aktar dettalji dwar it-tariffi superviżorji jistgħu jinstabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.
Skont l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-SEBC, il-BĊE jista’ jaġixxi bħala aġent fiskali għal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, reġjonali, lokali jew awtoritajiet pubbliċi oħra, korpi oħra regolati bil-liġi pubblika, jew intrapriżi pubbliċi ta’ Stati Membri.
F’din it-taqsima, il-“kontijiet ta’ rivalwazzjoni” tinkludi l-gwadann totali mir-rivalwazzjoni tal-investiment f’deheb, muniti barranin u titoli u strumenti oħra, iżda teskludi l-kont tar-rivalwazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg.
Din id-definizzjoni ta’ ekwità netta tintuża biss għall-finijiet tat-tħejjija tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE.
Fit-13 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill Governattiv iddeċieda fuq sett ta’ prinċipji li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-politika monetarja fil-futur u li, fost parametri ewlenin oħra, huwa se jkompli jmexxi l-pożizzjoni tal-politika monetarja permezz tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu. Fl-istess kuntest, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li mill-1 ta’ Jannar 2025, ir-rata tal-faċilità ta’ depożitu ssir il-bażi għar-remunerazzjoni ta’ (i) bilanċi ta’ TARGET dovuti minn/lil BĊNi taż-żona tal-euro, (ii) pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema, u (iii) obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin.
L-introjtu mit-tariffi superviżorji huwa inkluż taħt “Introjtu u spejjeż oħra” (Ċart 13).
L-ES huwa definit bħala telf medju peżat fuq il-probabbiltà li jseħħ fl-agħar (1-p)% xenarju, fejn p tindika l-livell ta’ fiduċja.
Aktar dettalji dwar il-metodu tal-mudelli tar-riskju jinsabu f’“The financial risk management of the Eurosystem’s monetary policy operations”, BĊE, Lulju 2015.
Ir-riżultati tat-test tal-istress għal investimenti ta’ bonds korporattivi ġew inkorporati f’divulgazzjonijiet relatati mal-klima dwar investimenti ta’ bonds korporattivi tal-BĊNi taż-żona tal-euro taħt is-CSPP u l-PEPP, li l-BĊE beda jippubblika kull sena minn Marzu 2023 ’il quddiem. Għal aktar dettalji, ara d-Divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal-klima tal-investimenti tal-Eurosistema fis-settur korporattiv għall-finijiet tal-politika monetarja, BĊE, Marzu 2023.
Ir-riżultati kwalitattivi ġenerali ta’ dan it-test tal-istress ġew ippubblikati wkoll fil-Bullettin Ekonomiku tal-BĊE. Ara r-Riżultati tat-test tal-istress tar-riskju klimatiku tal-2022 tal-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema, Il-Bullettin Ekonomiku, Ħarġa 2, BĊE, 2023.Il-pubblikazzjoni tar-riżultati tat-test tal-istress klimatiku tal-2024 f’forma kwalitattiva hija prevista għall-ewwel nofs tal-2025.
Ir-riskju operattiv jinkludi r-riskji mhux finanzjarji kollha u huwa definit bħala r-riskju ta’ impatt negattiv fuq in-negozju, fuq ir-reputazzjoni jew impatt negattiv finanzjarju fuq il-BĊE li jirriżulta minn nies, l-implimentazzjoni inadegwata jew il-falliment tal-governanza interna u l-proċessi tan-negozju, il-falliment tas-sistemi li fuqhom jiġu proċessati jiddependu, jew avvenimenti esterni (eż. diżastri naturali jew attakki esterni).
Aktar tagħrif dwar l-istruttura tal-governanza tal-BĊE jista’ jinstab fis-sit web tal-BĊE.
Il-ġestjoni tar-riskju tat-twettiq kisbet dejjem aktar attenzjoni fis-settur korporattiv u pubbliku. Huwa jikkomplementa l-ġestjoni tar-riskju finanzjarju u operazzjonali u għall-BĊE jista’ jiġi definit bħala l-iskopertura ta’ istituzzjoni għal dannu għar-reputazzjoni, iżda wkoll għal dannu finanzjarju jew ta’ tipi oħra ta’ ħsara, li jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tagħha, minħabba azzjonijiet intenzjonali jew negliġenti mwettqa mill-uffiċjali, l-impjegati jew il-kuntratturi ta’ livell għoli tagħha li ma jkunux konformi mar-regoli legali, tal-etika jew ta’ governanza tajba u mal-istandards ta’ amministrazzjoni tajba.
L-istituzzjonijiet l-oħrajn huma l-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.
Il-politiki dettaljati tal-kontabilità tal-BĊE huma stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2016/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/32) (ĠU L, 2024/2938, 11.12.2024).
Biex jiġi żgurat ir-rappurtar armonizzat tal-kontabilità u l-finanzi tal-operazzjonijiet tal-Eurosistema, id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq hija bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2016/2941 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-qafas legali għar-rappurtar kontabilistiku u finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2024/31) (ĠU L, 2024/2941, 11.12.2024).
Dawn il-politiki, li jiġu rieżaminati u aġġornati regolarment skont kif jixraq, huma konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26.4 tal-Istatut tas-SEBĊ, li jitolbu approċċ armonizzat għar-regoli tar-rappurtar kontabilistiku u finanzjarju tal-operazzjonijiet tal-Eurosistema.Limitu minimu ta’ EUR 100,000 japplika għad-dovuti u l-provvedimenti amministrattivi.
Lokazzjoni hija kklassifikata bħala lokazzjoni finanzjarja jekk titrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha inċidentali għas-sjieda ta’ assi sottostanti, inkella tiġi kklassifikata bħala lokazzjoni operattiva.
Il-fondi akkumulati minn membru tal-persunal permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji jistgħu jintużaw biex tinxtara pensjoni addizzjonali fid-data tal-irtirar. Din il-pensjoni tiġi inkluża fl-obbligu tal-benefiċċji definiti minn dak il-mument ’il quddiem.
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, il-BĊNi barra ż-żona tal-euro li kienu qegħdin jipparteċipaw f’TARGET kienu Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru), Danmarks Nationalbank, Narodowy Bank Polski u Banca Naţională a României.
Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/29) (2011/67/UE) (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.
“Skema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus” tirrifletti l-perċentwali li jirriżultaw meta jitqies is-sehem tal-BĊE mill-ħruġ totali tal-karti tal-flus tal-euro u meta tiġi applikata l-iskema tal-kapital sottoskritt għas-sehem tal-BĊNi minn dak it-total.
Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tal-introjtu monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 26), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.
Fi tmiem l-2023 u l-2024, dan il-provvediment kien ta’ żero, peress li ġie diżimpennjat kompletament biex ikopri parzjalment it-telf li rriżulta fl-2023.
Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2014 dwar it-tqassim interim tal-introjtu tal-BĊE (BĊE/2014/57) (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 24), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.
Fil-każ ta’ bilanċi pendenti, dawn kienu jiġu ppreżentati taħt “Varji” fuq in-naħa tal-assi tal-karta tal-bilanċ.
Il-provvediment għal riskji finanzjarji li għandhom jiġu ddivulgati taħt din il-partita kien ta’ żero fi tmiem kemm l-2023 kif ukoll l-2024. Għal din ir-raġuni, il-partita tal-passiv “Provvedimenti għar-riskju” ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ.
Għall-assi u l-obbligazzjonijiet relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja, l-introjtu mill-imgħax u l-ispiża huma nnettjati fil-livell tal-partita tal-karta tal-bilanċ.
Dawn l-investimenti jikkonsistu f’assi li minnhom jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet denominati fil-munita barranija partikolari li huma soġġetti għal rivalwazzjoni tal-munita barranija. Huma inklużi taħt “Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, “Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, “Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem”, “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, “Differenzi fir-rivalwazzjoni ta’ strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” (in-naħa tal-passiv) u “Dovuti u introjtu miġbur bil-quddiem” u jinkludu t-tranżazzjonijiet forward u swap tal-kambju li jinsabu f’partiti esklużi mill-karta tal-bilanċ. Il-gwadanni fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin li jirriżultaw minn rivalutazzjonijiet mhumiex inklużi.
Aktar dettalji dwar il-programm ta’ xiri ta’ assi jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Ara l-istqarrija għall-istampa tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar il-politika monetarja tal-Kunsill Governattiv.
Aktar dettalji dwar il-programm ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Ara l-istqarrija għall-istampa tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar id-deċiżjonijiet tal-politika monetarja tal-Kunsill Governattiv.
Il-valuri tas-suq huma indikattivi u huma kkalkolati abbażi ta’ kwotazzjonijiet tas-suq. Meta l-kwotazzjonijiet tas-suq ma jkunux disponibbli, il-prezzijiet tas-suq jiġu kalkulati bl-użu ta’ mudelli interni tal-Eurosistema.
Ħlief għal ishma azzjonarji rċevuti minn BĊN tal-Eurosistema fl-2024 bħala riżultat ta’ ristrutturar korporattiv, li huma kontabilizzati bil-valur tas-suq.
Aktar dettalji dwar it-tariffi superviżorji jistgħu jinstabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.
It-tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli li ma jirriżultawx f’kollateral ta’ flus kontanti mhux investit fi tmiem is-sena jidħlu fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ (ara n-nota 18 “Programmi ta’ self ta’ titoli”).
Is-sistemi anċillari huma infrastrutturi tas-suq finanzjarju li jkunu ngħataw aċċess għall-komponent TARGET-BĊE mill-Kunsill Governattiv, diment li jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2022 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-ECB u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2007/7 (BĊE/2022/22) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 1–83), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll. Skont l-entità amministrattiva, is-sistemi anċillari huma kkunsidrati jew residenti taż-żona tal-euro (ara n-nota 9.2 “Obbligazzjonijiet oħra”) jew persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”). Dettalji oħra dwar is-sistemi anċillari jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
L-iskema tal-benefiċċji definiti tal-pjan tirrifletti biss il-kontribuzzjonijiet obbligatorji magħmula mill-BĊE u mill-persunal. Il-kontribuzzjonijiet volontarji li saru mill-persunal fi skema ta’ kontribuzzjonijiet definiti fl-2024 ammontaw għal EUR 266 miljun (2023: EUR 228 miljun). Dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu investiti fl-assi tal-iskema u jwasslu għal obbligu korrispondenti b’valur ekwivalenti.
Dawn il-piżijiet jiġu aġġustati wkoll kull meta jkun hemm bidla fl-għadd ta’ BĊNi li jikkontribwixxu għall-kapital tal-BĊE. Dawn huma l-BĊNi tal-Istati Membri tal-UE.
Aktar dettalji dwar self ta’ titoli jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.
Aktar dettalji dwar l-arranġamenti swap li jipprodu likwidità jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE. Il-linji repo deskritti wkoll fuq dan is-sit web huma operati minn BĊNi taż-żona tal-euro u għalhekk mhumiex ikkunsidrati fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE.
Meta d-data attwali tar-ripagament tkun differenti mid-data tal-maturità legali (li normalment ikun il-każ għall-ABSPP), l-ammont tal-primjum jew tal-iskont li jkun għadu ma ġiex amortizzat jitqies li huwa realizzat fi proporzjon mal-valur tal-kapital imħallas lura.
Ara l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23), kif emendat. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.
Id-deċiżjoni tal-BĊE dwar l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għall-2024 se tiġi adottata u sussegwentement ippubblikata f’nofs Marzu 2025.
Aktar dettalji dwar it-tariffi superviżorji jistgħu jinstabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.
Ekwivalenti full-time (FTE) huwa unità ekwivalenti għal impjegat wieħed li jaħdem full-time għal sena. Persunal b’kuntratti permanenti, fissi jew għal żmien qasir u parteċipanti fil-Programm tal-Gradwati tal-BĊE huma inklużi proporzjonalment mas-sigħat li jaħdmu. Persunal fuq lif tal-maternità jew lif għal żmien twil hu inkluż wkoll, waqt li l-persunal fuq lif mhux imħallas hu eskluż.
L-ammonti huma mogħtija gross, jiġifieri qabel it-tnaqqis ta’ taxxi għall-benefiċċju tal-UE.
Dawn il-pagamenti relatati mal-pensjoni naqqsu l-obbligu tal-benefiċċji definiti rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ. Għall-ammont nett li għandu jitħallas mill-kont tal-profitt u t-telf fir-rigward tal-arranġamenti tal-pensjoni għall-membri attwali tal-Bord Eżekuttiv u l-membri attwali tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE, ara n-nota 13.3, “Varji”.
Ara l-istqarrija għall-istampa tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.
Il-BĊNi barra ż-żona tal-euro ma huma intitolati jirċievu ebda sehem mill-profitt tal-BĊE li jista’ jitqassam u lanqas ma huma obbligati jagħmlu tajjeb għal xi telf tal-BĊE.
Skont l-Artikolu 32.5 tal-Istatut tas-SEBĊ, it-total tal-introjtu monetarju tal-BĊNi jrid jiġi allokat lill-BĊNi fil-proporzjon tal-ishma mħallsin tagħhom fil-kapital tal-BĊE.