Evalwazzjoni tal-istrateġija tagħna
Id-dinja ta’ madwarna qed tinbidel, u l-ekonomija globali qed tiffaċċja sfidi minn kunflitti ġeopolitiċi, frammentazzjoni ekonomika u sorsi oħra ta’ inċertezza. F'ambjent li jista' jinbidel malajr, jeħtieġ li niżguraw li l-istrateġija tal-politika monetarja tagħna tibqa' adatta għall-iskop tagħha, kemm issa kif ukoll fil-futur.
Biex nagħmlu dan, aħna nivvalutaw perjodikament aspetti differenti tal-politika monetarja tagħna fil-qafas tal-mandat tagħna – li huwa li nżommu l-prezzijiet stabbli. Il-valutazzjoni li jmiss tagħna hija skedata għall-2030.