Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Jannar 2025

X’inhuma l-punti ewlenin?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Naqqasna r-rati tal-imgħax ewlenin tagħna b’0.25 punti perċentwali

Qegħdin nagħmlu dan minħabba li l-inflazzjoni qiegħda tiżviluppa kif konna qed nistennew u miexja kif mistenni biex tistabbilizza madwar il-mira tagħna ta’ 2 %.

X’inhu jiġri fl-ekonomija?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

L-ekonomija hija dgħajfa

Il-manifatturi qegħdin jipproduċu inqas oġġetti. U hemm riskji, bħal ostakli akbar għall-kummerċ, li jagħmlu l-prospettiva aktar inċerta. Is-servizzi sejrin aħjar. Maż-żmien, l-ekonomija għandha tikber mill-ġdid b’mod aktar b’saħħtu.

In-nies xorta għadha mhijiex tonfoq

Ħafna nies għandhom il-flus fi bwiethom minħabba li l-paga tagħhom għoliet. Iżda għadhom ma jħossuhomx fiduċjużi biżżejjed dwar il-futur u huma kawti ħafna dwar l-infiq tagħhom.

Is-suq tal-impjiegi għadu b’saħħtu

Il-qgħad jinsab fl-inqas pożizzjoni li qatt kien minn meta bdiet l-euro, għalkemm id-ditti qed jirreklamaw inqas postijiet tax-xogħol battala.

B’mod ġenerali, l-inflazzjoni qiegħda tonqos

Il-prezzijiet żdiedu b’rata xi ftit iktar mgħaġġla tul dawn l-aħħar ftit xhur, inkluż għall-enerġija. Iżda matul is-sena, l-inflazzjoni hija mistennija li tistabbilizza qrib il-mira tagħna ta’ 2 %.

Aktar nies jixtiequ jisselfu biex jixtru akkomodazzjoni

Bir-rati tal-imgħax li qed jonqsu, is-self sar orħos. Iżda l-banek huma inqas lesti jsellfu lil ditti minħabba li huma inkwetati dwar il-prospettiva tal-ekonomija.

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Dan huwa dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
SIR AF IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?