Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Rapporti finanzjarji tal-BĊE għall-2021

17 ta' Frar 2022

  • Il-profitt tal-BĊE ammonta għal €0.2 biljun (2020: €1.6 biljun) wara trasferiment ta’ €0.6 biljun lill-provvediment għar-riskji finanzjarji
  • Profitt iddistribwit lill-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro
  • Id-dħul nett mill-imgħax minn titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja naqas għal €1.0 miljun (2020: €1.3 biljun)
  • Il-Karta tal-Bilanċ tal-BĊE żdiedet għal €680 biljun (2020: €569 biljun)

Ir-rapporti finanzjarji awditjati tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-2021 juru li l-profitt għas-sena kien ta’ €192 miljun (2020: €1,643 miljun). It-tnaqqis ta’ €1,452 miljun meta mqabbel mas-sena ta’ qabel kien dovut l-aktar għal dħul inqas minn assi ta’ riżervi barranin u minn titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja, kif ukoll trasferiment għall-provvediment għal riskji finanzjarji. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jittrasferixxi €610 miljuni għall-provvediment għal riskji finanzjarji bi tweġiba għal skopertura għal riskju ogħla li ġejja prinċipalment mix-xiri kontinwu ta’ titoli tal-politika monetarja.

Id-dħul nett mill-imgħax kien ta’ €1,566 miljun fl-2021 (2020: €2,017 miljun). Id-dħul nett mill-imgħax fuq l-assi f’riżervi barranin naqas għal €197 miljun (2020: €474 miljun) minħabba tnaqqis fid-dħul mill-imgħax iġġenerat mill-portafoll tad-dollaru Amerikan. Id-dħul nett mill-imgħax li jirriżulta minn titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja naqas għal €1,006 miljun (2020: €1,337 miljun), l-aktar minħabba dħul negattiv mill-imgħax mill-programm ta’ xiri tal-emerġenza pandemika (PEPP).

It-tnaqqis tal-valur kien ta’ €133 miljun (2020: €26 miljun), prinċipalment ġej minn telf tal-prezz mhux realizzat fuq titoli miżmuma f’portafolli tad-dollaru Amerikan u fondi proprji.

Isiru testijiet tal-indeboliment fuq it-tioli miżmuma mill-BĊE fil-portafolli tiegħu tal-politika monetarja, li jiġu valutati b'kost amortizzat (soġġetti għal indeboliment). Abbażi tar-riżultati ta' dawn it-testijiet, ma ġie reġistrat ebda telf minn indeboliment għal dawn il-portafolli.

L-ispejjeż totali tal-persunal żdied b’ €674 miljun (2020: €646 miljun) bħala riżultat ta’ spejjeż ogħla relatati mal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg li jirriżultaw mill-valutazzjoni attwarja annwali u n-numru medju ogħla ta’ persunal. L-ispejjeż amministrattivi l-oħra żdiedu għal €564 miljun (2020: €553 miljun), l-aktar minħabba żieda fl-ispejjeż tal-manutenzjoni tal-proprjetà.

Dħul mit-tariffi superviżorji, derivat minn tariffi mitluba biex jirkupraw spejjeż magħmula mill-BĊE waqt il-qadi tal-kompiti superviżorji tiegħu, ammonta għal €578 miljun (2020: €535 miljun). Iż-żieda fl-2021 kienet xprunata mill-iżvilupp kontinwu tas-sistemi tal-IT relatati mas-superviżjoni bankarja u spejjeż ogħla tal-persunal.

Il-profitt tal-BĊE jitqassam lill-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro (BĊN). Il-Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li jqassam profitt interim ta’ €150 miljun fil-31 ta’ Jannar 2021. Fil-laqgħa tal-bieraħ, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jqassam il-bqija tal-profitt, li jammonta għal €42 miljun, fit-18 ta’ Frar 2022.

Id-daqs totali tal-Karta tal-Bilanċ tal-BĊE żdied bi €111 biljun għal €680 biljun (2020: €569 biljun). Din iż-żieda kienet dovuta l-aktar għat-titoli mixtrija taħt il-PEPP u l-programm ta’ xiri ta’ assi (APP).

Fl-aħħar tal-2021 id-daqs tal-karta tal-bilanċ konsolidata tal-Eurosistema, li tinkludi assi u obbligazzjonijiet tal-BĊN taż-żona tal-euro u tal-BĊE fil-konfront ta’ terzi, kien ta’ €8,566 biljun (2020: €6,978 biljun). It-tkabbir meta mqabbel mas-sena ta’ qabel kien dovut prinċipalment għat-titoli mixtrija taħt il-PEPP u l-APP u ż-żieda fl-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema bħala riżultat tat-tielet serje ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament immirati għal żmien itwal (TLTRO III).

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja telgħu b’€1,019 biljun għal €4,713 biljun (2020: €3,694 biljun). L-ishma tal-APP żdiedu b’€214 biljun għal €3,123 biljun u l-investiment PEPP żdied b’€827 biljun għal €1,581 biljun.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil William Lelieveldt, tel.: +496913447316.

Noti:

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja