Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
  • 23 ta’ Ottubru 2019

Il-BĊE jadotta opinjoni dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv

  • Il-Kunsill Governattiv ma għandu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost Fabio Panetta

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum adotta opinjoni dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Il-Kunsill Governattiv ma kellu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost, Fabio Panetta, li huwa persuna ta’ awtorità u ta’ esperjenza professjonali rikonoxxuta f’affarijiet monetarji jew bankarji, kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Is-Sur Panetta bħalissa għandu l-kariga ta’ Deputat Gvernatur Anzjan tal-Banca d’Italia.

Wara l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv u opinjoni tal-Parlament Ewropew, il-membru l-ġdid tal-Bord Eżekuttiv se jinħatar mill-Kunsill Ewropew. L-opinjoni tal-Kunsill Governattiv, li ser tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ser tkun disponibbli fil-websajt tal-BĊE bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Meta jinħatar, is-sur Panetta se jieħu post Benoît Cœuré, li l-mandat ta’ tmien snin tiegħu bħala membru tal-Bord Eżekuttiv jiġi fi tmiem fil-31 ta’ Diċembru 2019.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Peter Ehrlich, tel.: +49 69 1344 8320.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja