Il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ftiehem dwar it-tqassim li ġej tar-responsabbiltajiet fost il-membri tiegħu, b’effett immedjat:
Mario Draghi, President
- Komunikazzjoni u Servizzi Lingwistiċi
- Kunsillier tal-Bord Eżekuttiv
- Segretarjat tal-BERS
- Verifika Interna
- Segretarjat
Vítor Constâncio, Viċi President
- Amministrazzjoni (inkluż il-Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE)
- Politika Makroprudenzjali u Stabbiltà Finanzjarja
- Sistemi tal-Informatika
- Riċerka
Benoît Coeuré
- Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewropej
- Operazzjonijiet tas-Suq
- Sorveljanza tas-Sistemi ta’ Pagament
- Rappreżentanza Permanenti f’Washington, DC
Sabine Lautenschläger
- Viċi President tal-Bord Superviżorju [1]
- Servizzi Legali għal kwistjonijiet dwar il-MSU (b’koordinazzjoni ma’ Yves Mersch)
- Statistika
Yves Mersch
- Karti tal-flus
- Servizzi Legali
- Pagamenti u Infrastruttura tas-Suq
- Ġestjoni tar-Riskji
- TARGET2-Securities
Peter Praet
- Ekonomija
- Riżorsi Umani, Baġit u Organizzazzjoni
-
[1]Proposta mill-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 26.3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu.