tqassim tar-responsabbiltajiet fost il-membri tal-Bord Esekuttiv tal-BĊE
Fi ħdan il-qafas tar-responsabbiltà kollettiva tiegħu għat-tħaddim ġenerali tal-oqsma tax-xogħol tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-Bord Esekuttiv tal-BĊE ilbieraħ laħaq ftehim, b’effett immedjat, fuq it-tqassim tar-responsabbiltajiet fost il-membri tiegħu:
Minbarra r-responsabbiltajiet statutorji tiegħu bħala President tal-Bord Esekuttiv, tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali, il-President, is-Sur Jean-Claude Trichet, sejjer ikun responsabbli għal dawn l-oqsma: Komunikazzjoni; Verifika Interna; Segretarjat u Servizzi Lingwistiċi.
Minbarra r-responsabbiltajiet statutorji tiegħu bħala deputat tal-President, il-Viċi President, is-Sur Vítor Constâncio, sejjer ikun responsabbli għal dawn l-oqsma: Amministrazzjoni u Stabbiltà Finanzjarja.
Is-Sinjura Gertrude Tumpel-Gugerell sejra tkun responsabbli għal dawn l-oqsma: Riżorsi Umani, Baġit u Organizzazzjoni; Pagamenti u Infrastruttura tas-Suq u TARGET2-Titoli.
Is-Sur José Manuel González-Páramo sejjer ikun responsabbli għal dawn l-oqsma: Karti tal-Flus; Operazzjonijiet tas-Suq u Riċerka.
Is-Sur Lorenzo Bini Smaghi sejjer ikun responsabbli għal dawn l-oqsma: Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewopej; Servizzi Legali u l-Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE.
Is-Sur Jürgen Stark sejjer ikun responsabbli għal dawn l-oqsma: Ekonomija, Sistemi tal-Informatika u Statistika.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja