Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Bulgarija u r-Rumanija jissieħbu fl-Unjoni Ewropea

2 ta' Jannar 2007

Fl-1 ta’ Jannar, l-Unjoni Ewropea (UE) kibret bl-adeżjoni ta’ żewġ Stati Membri ġodda, jiġifieri l-Bulgarija u r-Rumanija.

Minn din id-data, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ l-Istati Membri l-ġodda huma integrati fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Gvernaturi rispettivi tagħhom saru membri fil-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Barra minn hekk, fil-Kumitati tas-SEBĊ, l-esperti minn dawn il-BĊN issa għandhom status ta’ membri kull meta l-kumitati jiltaqgħu fil-kompożizzjoni tas-SEBĊ. Minn meta ġew iffirmati t-Trattati ta' l-Adeżjoni f'April 2005, il-Gvernaturi tal-BĊN taż-żewġ Stati Membri l-ġodda u l-esperti tagħhom kienu qed jieħdu sehem bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali u fil-kumitati rispettivament.

L-Istati Membri l-ġodda mhux se jadottaw l-euro immedjatament. Dan se jagħmluh meta huma jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Għall-kuntrarju tad-Danimarka u tar-Renju Unit, iż-żewġ Stati Membri l-ġodda m’għandhomx id-dritt li jagħżlu li jibqgħu barra mill-munita unika.

Kemm il-BĊE kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea se jħejju rapporti dwar il-konverġenza kull sentejn, jew fuq talba minn xi “Stat Membru b’deroga”. Dawn ir-rapporti jipprovdu l-bażi għad-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-UE dwar jekk l-Istat Membru kkonċernat jissdosifax il-kundizzjonijiet meħtieġa biex ikun jista’ jadotta l-euro.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja