Messaġġ mill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, is-Sur Jean Claude Trichet
Il-Kunsill Governattiv, il-Kunsill Ġenerali, il-Bord Eżekuttiv u l-membri kollha ta' l-istaff tal-Bank Ċentrali Ewropew huma mnikkta ħafna dwar it-telfa ta’ l-ex President tagħhom, Dr. Willem F. Duisenberg, li ħalliena llum.
L-ewwel President tal-Bank Ċentrali Ewropew kellu sehem importanti fil-bini ta’ l-Ewropa. Hu kellu sehem deċiżiv fit-twaqqif ta' l-istituzzjonijiet monetarji fl-Ewropa, u fit-tnedija b’suċċess tal-valuta l-ġdida; hu ħeġġeġ il-kredibilità ta’, u żgura l-fiduċja fil-valuta unika tagħna, l-euro. Il-Bank Ċentrali Ewropew jingħaqad mal-familja f’din it-telfa kbira u jwassal mill-qalb il-kondoljanzi lill-mara tiegħu, Gretta Duisenberg, u lill-familja tiegħu.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja