Skedi għall-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE matul l-2006 u l-konferenzi ta’ l-istampa relatati
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li fis-sena 2006 il-laqgħat tiegħu jibqgħu jsiru, bħala regola ġenerali, nhar il-Ħamis ta’ l-ewwel u t-tielet ġimgħa ta’ kull xahar.
Kif kien imħabbar fit-8 ta’ Novembru 2001, il-pożizzjoni tal-politika monetarja tal-BĊE tibqa’ tiġi stmata mill-Kunsill Governattiv, bħala regola ġenerali, matul l-ewwel laqgħa tax-xahar biss. Għalhekk, deċiżjonijiet dwar ir-rati ta’ l-imgħax normalment ser jibqgħu jittieħdu waqt dik il-laqgħa. Kull meta jiltaqa’ għat-tieni darba f’xahar, il-Kunsill Governattiv ser jittratta kwistjonijiet relatati ma’ dmirijiet u responsabbiltajiet tal-BĊE u ta’ l-Eurosistema. Ovvjament, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, il-Kunsill Governattiv jista’ xorta waħda jiddeċiedi li jbiddel ir-rati ewlenin ta’ l-imgħax tal-BĊE fi kwalunkwe ħin, bla ma jingħata każ ta’ laqgħat skedati minn qabel. Waqt il-laqgħa tal-31 ta’ Awwissu 2006 ser issir diskussjoni dwar il-politika monetarja, minflok laqgħa fil-bidu ta’ Settembru u, għalhekk, fil-31 ta’ Awwissu ssir stqarrija għall-istampa dwar id-deċiżjonijiet ta’ politika monetarja tal-BĊE. Barra dan, dak inhar issir ukoll konferenza ta’ l-istampa. L-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv għall-2006 tieħu kont ukoll tal-fatt li perijodi ta’ manteniment ta’ riżervi jibdew fil-jum ta’ regolament ta’ l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (MRO) wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li matula hi skedata li ssir l-istima ta’ kull xahar tal-pożizzjoni tal-politika monetarja.
Ukoll skond il-prassi stabbilita, żewġ laqgħat tal-Kunsill Governattiv ser jerġgħu jsiru barra minn Frankfurt: l-ewwel waħda fit-8 ta’ Ġunju 2006 tiġi milqugħa mill-Banco de España u t-tieni waħda fil-5 ta’ Ottubru 2006 tiġi milqugħa mill-Banque de France.
Il-Kunsill Ġenerali ddeċieda li għandha tinżamm il-prassi kurrenti ta’ laqgħat trimestrali.
Fl-aħħar, is-sistema kurrenti għall-konferenzi ta’ l-istampa ser tkompli, jiġifieri dawn isuru wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li matulha jittieħdu deċiżjonijiet dwar rati ta’ imgħax, minbarra l-laqgħa tat-3 ta’ Awwissu 2006.
Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2006
- 12 ta’ Jannar 2006
- 2 ta’ Frar 2006
- 16 ta’ Frar 2006
- 2 ta’ Marzu 2006
- 16 ta’ Marzu 2006
- 6 ta’ April 2006
- 20 ta’ April 2006
- 4 ta’ Mejju 2006
- 18 ta’ Mejju 2006
- 8 ta’ Ġunju 2006 (Madrid)
- 22 ta’ Ġunju 2006
- 6 ta’ Lulju 2006
- 20 ta’ Lulju 2006
- 3 ta’ Awwissu 2006
- 31 ta’ Awwissu 2006
- 14 ta’ Settembru 2006
- 5 ta’ Ottubru 2006 (Pariġi)
- 19 ta’ Ottubru 2006
- 2 ta’ Novembru 2006
- 16 ta’ Novembru 2006
- 7 ta’ Diċembru 2006
- 21 ta’ Diċembru 2006
- 11 ta’ Jannar 2007
Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2006
- 16 ta’ Marzu 2006
- 22 ta’ Ġunju 2006
- 14 ta’ Settembru 2006
- 21 ta’ Diċembru 2006
Laqgħat ta’ l-istampa fl-2006
- 12 ta’ Jannar 2006
- 2 ta’ Frar 2006
- 2 ta’ Marzu 2006
- 6 ta’ April 2006
- 4 ta’ Mejju 2006
- 8 ta’ Ġunju 2006 (Madrid)
- 6 ta’ Lulju 2006
- 31 ta’ Awwissu 2006
- 5 ta’ Ottubru 2006 (Pariġi)
- 2 ta’ Novembru 2006
- 7 ta’ Diċembru 2006
- 11 ta’ Jannar 2007
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja