L-iskedi tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill ġenerali tal-BĊE u l-konferenzi stampa marbuta magħhom matul l-2005.
Il-Kunsill Governattiv qabel li, matul is-sena 2005, bħala regola ser ikompli jiltaqa’ kull nhar ta’ ħamis ta’ l-ewwel u t-tielet ġimgħa ta’ kull xahar. Bħal fis-snin imgħoddija l-iskeda tal-Kunsill Governattiv tieħu ħsieb li ma taħbatx ma’ perijodi ta’ btala partikolari.
Kif kien imħabbar fit-8 ta’ Novembru ta’ l-2001, il-Kunsill Governattiv bħala regola ser ikompli jikkunsidra il-pożizzjoni li jieħu l-BĊE fir-rigward tal-politika monetarja fl-ewwel laqgħa tax-xahar biss. Għalhekk, deċiżjonijiet dwar ir-rati ta’ l-imgħax normalment jittieħdu matul din il-laqgħa. Kull meta l-Kunsill Governattiv jiltaqa’ għat-tieni darba fl-istess xahar, dan ser jiddiskuti affarijiet relatati ma’ attivitajiet u responsabbilitajiet oħra tal-BĊE u tas-sistema ta’ l-ewro. Naturalment, jekk jinqala’ l-bżonn, il-Kunsill Governattiv dejjem jista’ jiddeċiedi li jbiddel ir-rati ta’ l-imgħax ewlenin tal-BĊE fi kwalunkwe żmien mingħajr ma jkun marbut ma’ ebda skeda ta’ laqgħat. L-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv għall-2005 tagħti każ wkoll li l-perijodi taż-żamma ta’ riżervi jibdew jgħoddu mill-jum tal-ħlas marbut ma’ l-operazzjoni prinċipali ta’ rifinanzjament (MRO) li sseħħ wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv ta’ kull xahar li fiha hu diġà skedat li tkun ikkunsidrata l-pożizzjoni monetarja.
Bħal ma jsir is-soltu, żewġ laqgħat tal-Kunsill Governattiv ser isiru barra minn Frankfurt: l-ewwel waħda fl-4 ta’ Mejju 2005 ser issir id-Deutsche Bundesbank, u t-tieni, fis-6 ta’ Ottubru 2005, ser issir il-Bank of Greece.
Minbarra dan, il-Kunsill Ġenerali qabel li jkompli jiltaqa’ kull tliet xhur.
Fl-aħħar, l-iskeda għall-konferenzi stampa ser tkompli kif issir bħalissa, jiġġifieri, ser isiru wara l-ewwel laqgħa ta’ kull xahar tal-Kunsill Governattiv, minbarra fix-xahar t’ Awwissu.
Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2005
- 13 ta’ Jannar 2005
- 3 ta’ Frar 2005
- 17 ta’ Frar 2005
- 3 ta’ Marzu 2005
- 17 ta’ Marzu 2005
- 7 ta’ April 2005
- 21 ta’ April 2005
- 4 ta’ Mejju 2005 (Berlin)
- 19 ta’ Mejju 2005
- 2 ta’ Ġunju 2005
- 16 ta’ Ġunju 2005
- 7 ta’ Lulju 2005
- 21 ta’ Lulju 2005
- 4 t’ Awwissu 2005
- 1 ta’ Settembru 2005
- 15 ta’ Settembru 2005
- 6 t’ Ottubru 2005 (Ateni)
- 20 t’ Ottubru 2005
- 3 ta’ Novembru 2005
- 17 ta’ Novembru 2005
- 1 ta’ Diċembru 2005
- 15 ta’ Diċembru 2005
- 12 ta’ Jannar 2006
Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2005
- 17 ta’ Marzu 2005
- 16 ta’ Ġunju 2005
- 15 ta’ Settembru 2005
- 15 ta’ Diċembru 2005
Konferenzi Stampa fl-2005
- 13 ta’ Jannar 2005
- 3 ta’ Frar 2005
- 3 ta’ Marzu 2005
- 7 ta’ April 2005
- 4 ta’ Mejju 2005 (Berlin)
- 2 ta’ Ġunju 2005
- 7 ta’ Lulju 2005
- 1 ta’ Settembru 2005
- 6 t’ Ottubru 2005 (Ateni)
- 3 ta’ Novembru 2005
- 1 ta’ Diċembru 2005
- 12 ta’ Jannar 2006
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja