Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Muniti kommemorattivi ta’ €2 – 2023

Id-deskrizzjonijiet li jidhru f’din il-paġna ttieħdu mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jistgħu jvarjaw xi ftit minn materjal ieħor ippubblikat f’dan is-sit web.

Andorra

Tema: Festivals tan-nar tas-solstizju tas-sajf fil-Pirinej

Deskrizzjoni: Il-festivals tan-nar tas-solstizju tas-sajf tniżżlu fil-Lista Rappreżentattiva tal-UNESCO tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli tal-Umanità fl-2015. Dawn huma festi tradizzjonali u popolari ċċelebrati b’mod estensiv f’Andorra kull sena. Id-disinn jirriproduċi figura umana, bl-isem “fallaire”, liebes mantell tradizzjonali u li jpinġi ċirku ta’ nar bil-“falla”. Dan huwa l-element ewlieni tal-festival u jikkonsisti minn qxur tas-siġar li, ladarba jinxtegħlu, jiġu mdawra b’mod enerġetiku biex joħolqu ċrieki kbar tan-nar. Il-kompożizzjoni grafika tal-linji fl-isfond tad-disinn tirrappreżenta s-solstizju tas-sajf flimkien mal-isem tal-pajjiż emittenti “ANDORRA” u s-sena “2023”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 70 000 munita

Data tal-ħruġ: L-aħħar trimestru tal-2023

Andorra

Tema: 30 sena ta’ dħul tal-Prinċipat ta’ Andorra fin-Nazzjonijiet Uniti

Deskrizzjoni: In-Nazzjonijiet Uniti huwa rappreżentati minn żewġ elementi simboliċi: żewġ kuruni tar-rand u globu, li jifforma parti min-numru 30 li ġie rrappreżentat, bl-iskrizzjoni ANYS (snin) u s-sena 2023 taħt. Fil-parti ta’ fuq tad-disinn hemm l-istemma araldika ta’ Andorra u l-iskrizzjoni “ANDORRA MEMBRE DE LES NACIONS UNIDES” (Andorra Membru tan-Nazzjonijiet Uniti). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 70 000 munita

Data tal-ħruġ: L-aħħar trimestru tal-2023

Is-Slovenja

Tema: Il-150 anniversarju mit-twelid ta’ Josip Plemelj (matematiku u astronomu)

Deskrizzjoni: Id-disinn juri partijiet tal-ekwazzjoni li Josip Plemelj solva bħala l-ewwel persuna fid-dinja. Id-disinn juri partijiet mill-ekwazzjoni li Josip Plemelj solva bħala l-ewwel persuna fid-dinja. In-numri u s-simboli jduru fuq ċirkumferenzi li juru r-rotazzjoni tal-pjaneta, il-moviment fl-ispazju, kif ukoll il-kompożizzjoni ta’ elementi individwali li ma jistgħux jissolvew f’daqqa. B’dan il-mod id-disinn juri ż-żewġ oqsma tal-ħidma ta’ Josip Plemelj, jiġifieri l-matematika u l-astronomija. L-iskrizzjoni “JOSIP Plemelj 1873”, l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “SLOVENIJA” u s-sena tal-ħruġ “2023” huma integrati fid-disinn. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Diċembru 2023

Il-Portugall

Tema: Il-paċi

Deskrizzjoni: Il-munita hija ddedikata għall-Paċi fost in-nazzjonijiet u għall-koeżistenza bi ħbiberija li tkun ta’ ġid għal kullħadd. It-tfittxija għall-paċi għandha tkun imsejsa fuq sforz kollettiv lejn għan komuni. Fil-kuntest ġeopolitiku attwali li huwa ferm polarizzat, l-għan ta’ din il-munita huwa li tiġi mfakkra l-urġenza li jiġi mħares il-valur imprezzabbli tal-paċi. Id-disinn juri b’mod radjali l-kelma “PAZ” (PAĊI) fis-16-il lingwa uffiċjali mitkellma fl-20 pajjiż kollha taż-Żona tal-Euro minn Jannar 2023. L-iskrizzjoni fin-naħa ta’ fuq tgħid “PORTUGAL”, segwita bis-sena tal-ħruġ “2023” fin-naħa ta’ fuq fil-lemin; fin-naħa t’isfel fix-xellug jidher l-isem tad-disinjatur “José S. Teixeira” u fuq ix-xellug l-marka taz-zekka “CASA DA MOEDA”, l-isem taz-Zekka Portugiża. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 015 000 munita

Data tal-ħruġ: Novembru 2023

Ċipru

Tema: Is-60 anniversarju mit-twaqqif tas-Central Bank of Cyprus

Deskrizzjoni: Id-disinn juri għodod fuq mikroċippa li tissimbolizza l-istabbiltà tal-ekonomija fl-era industrijali u diġitali moderna żgurata mis-Central Bank of Cyprus, li jiċċelebra 60 sena ta’ eżistenza. L-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “ΚYΠΡΟΣ KIBRIS” u d-dati “1963–2023” jinsabu fil-qiegħ. Barra minn hekk, il-frażi “60 ΧΡOΝΙΑ ΑΠO ΤΗΝ IΔΡΥΣΗ ΤΗΣ ΚΕΝΤΡΙKHΣ ΤΡAΠΕΖΑΣ ΤΗΣ ΚYΠΡΟΥ” (jiġifieri 60 sena minn meta twaqqaf is-Central Bank of Cyprus) hija minquxa fuq in-naħa ta’ ġewwa tan-naħa nazzjonali tal-munita. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 412 000 munita

Data tal-ħruġ: It-tieni/it-tielet trimestru tal-2023

Il-Finlandja

Tema: Servizzi soċjali u tas-saħħa

Deskrizzjoni: Id-disinn jirrappreżenta mappa stilizzata tal-Finlandja. In-naħa tax-xellug turi l-ittri “BENESSERI” bil-Finlandiż u bl-Iżvediż. Is-sena tal-ħruġ “2023” hija kemxejn fuq in-naħa tax-xellug f’nofs il-munita. Fil-qiegħ hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż li ħareġ il-munita, “FI”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm il-marka taz-zekka tal-Finlandja. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 400 000 munita

Data tal-ħruġ: Ħarifa 2023

Is-Slovakkja

Tema: Il-200 anniversarju mill-bidu tas-servizz express ta’ karrozzin tal-posta miġbud miż-żwiemel bejn Vjenna u Bratislava

Deskrizzjoni: Ir-rappreżentazzjoni simbolika tad-disinn tas-servizz express ta’ karozzin tal-posta bejn Vjenna u Bratislava turi karrozzin miġbud miż-żwiemel f’moviment rapidu u inseriment rettangolari f’post ċentrali li ġo fih naraw qarn tal-posta. Taħt l-istampa hemm is-sena “1823”, meta s-servizz tal-posta express beda jopera, u taħt dik id-data hemm l-ismijiet tal-belt bis-Slovakk, “VIEDEŇ” u “BRATISLAVA”, fuq xulxin. Fin-naħa ta’ isfel taċ-ċirku ta’ ġewwa tal-munita hemm is-sena tal-ħruġ “2023”, separata mit-test ta’ hawn fuq b’linja orizzontali. l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “SLOVENSKO” huwa mnaqqax tul ix-xifer ta’ fuq tad-disinn. Fuq il-lemin tal-karozzin tidher il-marka taz-zekka Kremnica (Mincovňa Kremnica) magħmula mill-inizjali “MK” bejn żewġ dadi. Eżatt taħt il-marka hemm l-inizjali stilizzati “MP”, li jirreferu għad-disinjatriċi tan-naħa nazzjonali Mária Poldaufová. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Ottubru 2023

Il-Belġju

Tema: Il-75 anniversarju tal-vot nazzjonali għan-nisa fil-Belġju

Deskrizzjoni: Id-disinn juri fin-nofs kaxxa fuq karta tal-vot, li qed tiġi kkulurita b’lapes. Il-kaxxa kkulurita hija mrikkba bis-simbolu ta’ Venere (is-simbolu tas-sess femminili). Fin-naħa t’isfel fuq ix-xellug ħdejn ix-xbieha ċentrali hemm minqux “75 JAAR ANS”. Madwar ix-xbieha ċentrali hemm ukoll skrizzjonijiet bl-Olandiż u bil-Franċiż: “ALGEMEEN VROUWENKIESRECHT” – “SUFFRAGE UNIVERSEL FÉMININ”. Fil-qiegħ tal-munita jinsabu l-inizjali tad-disinjtriċi Iris Bruijns. Billi z-Zekka Rjali Olandiża se timmarka l-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, bastun tal-merkurju li jinsab fuq il-lemin tal-munita, flimkien mal-marka tad-direttur taz-zekka Belġjana, fjura aster quddiem kunjett Erlenmeyer, il-kodiċi tal-pajjiż “BE” u l-marka tas-sena “2023”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 130 000 munita

Data tal-ħruġ: Ottubru 2023

Il-Kroazja

Tema: L-introduzzjoni tal-euro bħala l-munita uffiċjali tal-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023

Deskrizzjoni: Id-disinn fih l-iskrizzjonijiet tal-pajjiż li ħareġ il-munita “HRVATSKA” (il-Kroazja) u s-sena tal-ħruġ “2023.”, li jidhru orizzontalment, kif ukoll il-kliem “ČLANICA EUROPODRUČJA” (membru taż-żona tal-euro), li huma minquxa tul ix-xifer ta’ barra tal-qalba tal-munita. Dawn l-iskrizzjonijiet jiffurmaw b’mod simboliku simbolu stilizzat tal-euro “€”. Il-motiv ċentrali l-ieħor tal-munita huwa s-simbolu distintiv u rikonoxxibbli tal-Kroazja, il-bandiera ċċangjata Kroata, li jirrappreżenta parti mill-istemma araldika tar-Repubblika tal-Kroazja. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 250 000 munita

Data tal-ħruġ: Settembru 2023

San Marino

Tema: Il-500 anniversarju mill-mewt ta’ Luca Signorelli

Deskrizzjoni: Id-disinn juri anġlu fiċ-ċentru, dettall mill-pittura "Il Paradiso" ta’ Luca Signorelli, ippreservata fil-Kappella ta’ San Brizio fil-Katidral ta’ Orvieto. Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-ittra R, li tidentifika z-Zekka ta’ Ruma. F’nofs tond fin-naħa tax-xellug hemm il-kelma “SIGNORELLI”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “SAN MARINO”, u fin-naħa ta’ fuq hemm is-snin “1523 2023”. Fiċ-ċentru t’isfel hemm l-inizjali tal-awtriċi Marta Bonifacio, MB. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 56 000 munita

Data tal-ħruġ: Settembru 2023

Il-Portugall

Tema: Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Deskrizzjoni: Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (WYD) ġie organizzat f’Lisbona f’Awwissu 2023. Il-WYD hija laqgħa dinjija taż-żgħażagħ, li jridu jieħdu sehem f’laqgħa festiva mal-Papa u ma’ mijiet ta’ eluf ta’ żgħażagħ oħra li jħaddnu l-istess prinċipji universali ta’ paċi, għaqda u fraternità madwar id-dinja kollha. Id-disinn juri s-Salib tal-Pellegrin, ġabra ta’ figuri b’sura tal-bniedem ta’ daqsijiet u tessuti differenti murija fi globu. Fin-naħa t’isfel, par idejn iħaddnu l-kompożizzjoni kollha f’ġest akkoljenti ta’ inklużjoni u universalità li hija implikata f’din il-laqgħa. Fuq ix-xifer ta’ fuq, żewġ iskrizzjonijiet jgħidu “JORNADA MUNDIAL DA JUVENTUDE” (Portugiż għal JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ) u “LISBOA 2023”. Fuq ix-xifer t’isfel, l-istemma araldika tal-Portugall, l-iskrizzjoni “PORTUGAL”, il-marka taz-zekka “CASA DA MOEDA” (l-isem taz-Zekka Portugiża) u l-isem tad-disinjatur “JOÃO DUARTE”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 015 000 munita

Data tal-ħruġ: Lulju 2023

L-Irlanda

Tema: Il-50 anniversarju tas-sħubija tal-Irlanda fl-Unjoni Ewropea

Deskrizzjoni: Id-disinn juri modifika għal-logo tal-programm “EU50” użat mid-Dipartimenti tal-Gvern biex jippromwovu avvenimenti li jimmarkaw il-50 anniversarju tas-sħubija tal-Irlanda fl-UE. L-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “ÉIRE” jiddaħħal fuq il-logo. Issir referenza għas-sena “1973” biex tirrikonoxxi s-sena meta l-Irlanda ssieħbet fl-UE kif ukoll “2023” biex timmarka s-sena tal-ħruġ tal-munita. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 500 000 munita

Data tal-ħruġ: Lulju 2023

Il-Greċja

Tema: Il-100 sena mit-twelid ta’ Maria Callas

Deskrizzjoni: Id-disinn fih ritratt tas-soprano leġġendarja Griega, Maria Callas. Imnaqqax tul it-tarf ta’ ġewwa hemm il-kliem “100 SENA MIT-TWELID TA’ MARIA CALLAS”, u fuq il-lemin hemm is-sena ta’ meta l-munita ħarġet miz-zekka “2023” u palmette (marka taz-zekka taz-Zekka Griega); taħt ir-ritratt hemm l-iskrizzjoni “REPUBBLIKA ELLENIKA”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 750 000 munita

Data tal-ħruġ: Lulju 2023

Il-Greċja

Tema: Il-150 sena mit-twelid ta’ Constantin Carathéodory

Deskrizzjoni: Id-disinn fih ritratt tal-matematiku Grieg, Constantin Carathéodory. Imnaqqax tul it-tarf ta’ ġewwa fuq ix-xellug hemm il-kliem “CONSTANTIN CARATHÉODORY 1873-1950”, u fuq il-lemin hemm is-sena ta’ meta l-munita ħarġet miz-zekka “2023” u palmette (marka taz-Zekka Griega); taħt ir-ritratt hemm l-iskrizzjoni “REPUBBLIKA ELLENIKA”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 750 000 munita

Data tal-ħruġ: Lulju 2023

L-Estonja

Tema: Għasfur nazzjonali Estonjan — il-ħuttafa tal-matmura

Deskrizzjoni: Id-disinn juri s-siluwett tal-ħuttafa tal-matmura bit-test “HIRUNDO RUSTICA” (il-ħuttafa tal-matmura bil-Latin) fin-naħa ta’ fuq tal-lemin, f’nofs tond. Fin-naħa ta’ isfel, l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “EESTI” u taħt hemm is-sena tal-ħruġ “2023”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita

Data tal-ħruġ: It-tieni trimestru tal-2023

Franza

Tema: Tazza tad-Dinja tar-Rugby Franza 2023

Deskrizzjoni: Fl-okkażjoni tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby organizzata fi Franza, Monnaie de Paris tiċċelebra r-rugby u din il-kompetizzjoni li se tlaqqa’ flimkien timijiet minn 20 nazzjon. Id-disinn jirrappreżenta plejer tar-rugby stilizzat li qiegħed iqassam il-ballun. Fl-isfond, il-grawnd tar-rugby huwa l-globu li fuqu hemm il-lasti tar-rugby. Is-sett huwa parti minn galassja tar-rugby immaġinarja fejn il-pjaneti l-oħrajn huma ovali. L-emblema tal-kompetizzjoni hija mdaħħla qrib il-plejer, filwaqt li l-isem tal-kompetizzjoni jiċċirkonda d-disinn. L-indikazzjoni tal-pajjiż li ħareġ il-munita “RF”, il-marka taz-zekka u l-marka tal-kaptan taz-zekka huma mdaħħla taħt ix-xbieha fuq in-naħa tal-lemin. L-isem tal-kompetizzjoni, il-pajjiż li ħareġ il-munita “FRANZA” u s-sena “2023” huma mdaħħla fuq in-naħa tax-xellug. L-isem tal-kompetizzjoni madwar id-disinn, kif ukoll ir-referenza “RF” jidhru fil-font uffiċjali tal-avveniment, imsejjaħ Mobius. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 15 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Ġunju 2022

Malta

Tema: Il-wasla tal-Franċiżi f’Malta fl-1798

Deskrizzjoni: F’Ġunju 1798, Napuljun Bonaparte temm il-ħakma tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta. Matul il-waqfa qasira tiegħu f’Malta, Napuljun stabbilixxa Gvern Repubblikan u ħareġ riforma profonda tal-liġijiet u tal-istituzzjonijiet ta’ Malta. Fost affarijiet oħra, tneħħew l-iskjavitù u l-privileġġi tan-nobbli. Ġie stabbilit stat lajk, u l-qorti tal-Inkwiżizzjoni ngħalqet. Dak iż-żmien, ir-riformi estensivi ma ġewx aċċettati b’mod universali mill-Maltin, u dawn ma damux ma rribellaw. Id-disinn juri personifikazzjoni tar-Repubblika Franċiża kif muri fuq l-emblemi fuq l-ittri uffiċjali tal-perjodu. Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-iskrizzjoni “IL-225 ANNIVERSARJU” segwita min-naħa ta’ fuq lejn il-lemin, f’nofs tond, bl-iskrizzjoni “IL-WASLA TAL-FRANĊIŻI F’MALTA”. Fil-qiegħ tidher is-sena “2023” meta nħarġet il-munita. L-iskrizzjonijiet “Liberté” (Libertà) u “Egalité” (Ugwaljanza) jinsabu fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin tal-istampa, rispettivament. Fin-naħa ta’ fuq tax-xellug tal-iskrizzjoni “Egalité” hemm is-snin “1798–2023”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 85 500 munita

Data tal-ħruġ: Ġunju 2022

Malta

Tema: Il-550 anniversarju mit-twelid ta’ Nicolaus Copernicus

Deskrizzjoni: Id-disinn juri ritratt minn profil ta’ Copernicus, flimkien ma’ rappreżentazzjoni eljoċentrika stilizzata tal-univers kif propost minn Copernicus. Fin-naħa ta’ fuq, fuq ix-xellug hemm l-iskrizzjoni “NICOLAUS COPERNICUS 1473 – 1543” u fin-naħa t’isfel fuq ix-xellug hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “MALTA” segwit mis-sena tal-ħruġ “2023”. Fin-naħa t’isfel hemm ukoll il-firma tal-artista Daniela Fusco “FUSCO”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 95 500 munita

Data tal-ħruġ: Ġunju 2022

Monaco

Tema: Il-mitt anniversarju mit-twelid tal-Prinċep Rainier III

Deskrizzjoni: Dan id-disinn juri x-xbieha tal-Prinċep Rainier III. Fuq ix-xellug, f’nofs ċirku, hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ ‘MONACO’ u taħt hemm is-sena tal-ħruġ “2023”. Fin-naħa t’isfel hemm l-iskrizzjoni “RAINIER III” segwita mid-data “31 MAI 1923”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 25 000 munita

Data tal-ħruġ: Ġunju 2023

Il-Belġju

Tema: Is-“sena tal-art nouveau”, li sseħħ matul l-2023 fil-Belġju

Deskrizzjoni: Id-disinn juri dettall dekorattiv mill-faċċata tal-“Hotel Van Eetvelde”, dar emblematika fi Brussell li ġiet iddisinjata mill-arkitett Belġjan tal-art nouveau Victor Horta u li ġiet rikonoxxuta bħala Wirt Dinji tal-Unesco. Il-linji għat-tond u asimmetriċi ta’ dan id-dettall dekorattiv jirriflettu l-istil karatteristiku ispirat min-natura tal-moviment tal-art nouveau. Dan id-dettall jimla n-nofs t’isfel tal-biċċa, u jħalli spazju vojt fin-nofs ta’ fuq, li huwa mimli bid-deskrizzjoni “ART NOUVEAU”. Fin-naħa tal-lemin nett hemm l-inizjali tad-disinjatriċi Iris Bruijns. Billi z-Zekka Rjali Olandiża se timmarka l-muniti, fin-naħa tax-xellug nett hemm il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, bastun tal-merkurju, flimkien mal-marka taz-zekka tad-direttur taz-zekka Belġjana, fjura aster quddiem kunjett Erlenmeyer, il-kodiċi tal-pajjiż BE u l-marka tas-sena 2023. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 155 000 munita

Data tal-ħruġ: Ġunju 2022

Spanja

Tema: Il-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE

Deskrizzjoni: Id-disinn juri żewġ stampi. L-ewwel wieħed huwa l-logo tal-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE. Madwar il-logo hemm l-iskrizzjonijiet: “ESPANA 2023 – PRESIDENCIA ESPANOLA” u “CONSEJO DE LA UNION EUROPEA” (Spanja 2023 — Presidenza Spanjola u Kunsill tal-Unjoni Ewropea). It-tieni immaġni, fil-parti t’isfel, tirrappreżenta l-marka taz-zekka tal-Fabrica Nacional de Moneda y Timbre Real Casa de la Moneda bil-kuruna “M”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita

Data tal-ħruġ: 1 ta' Ġunju 2023

Il-Vatikan

Tema: Il-150 anniversarju mill-mewt ta’ Alessandro Manzoni

Deskrizzjoni: Id-disinn fih ir-ritratt ta’ Manzoni, pinna u l-bidu tal-kapulavur tiegħu, "I Promessi Sposi". Fil-parti ta’ fuq, fin-naħa tal-lemin f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni “CITTÀ DEL VATICANO”. Fil-qiegħ hemm l-iskrizzjoni “Alessandro Manzoni” u taħtha d-dati “1873◦2023”. Fuq ix-xellug hemm il-marka taż-żekka “R”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 82 500 munita

Data tal-ħruġ: Mejju 2023

Il-Vatikan

Tema: Il-5 ċentinarju mill-mewt ta’ Pietro Perugino

Deskrizzjoni: Id-disinn fih ritratt ta’ Perugino u dettall tal-Magħmudija, affresk fil-Kappella Sistina fil-Vatikan. Fil-parti ta’ fuq, fin-naħa tal-lemin f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni "CITTÀ DEL VATICANO”. Fil-qiegħ hemm l-iskrizzjoni “PERUGINO” u taħtha d-dati “1523◦2023”. Fuq ix-xellug hemm il-marka taż-żekka “R”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 82 500 munita

Data tal-ħruġ: Mejju 2023

Latvia

Feature: Ukraine Sunflower

Description: The design represents a sunflower, which is one of the national symbols of Ukraine, as Ukraine is one of the biggest sunflower oil producers and exporters worldwide. Since the start of the war in Ukraine, the sunflower has become a global symbol for peace. For the first time sunflowers were used as a peace symbol in the summer of 1996. Then they were planted in a military base near Pervomaysk, approximately 155 miles south of the capital Kyiv. Now sunflowers are used as a symbol of peace and support to Ukraine worldwide. At the top, in semi-circle, is the inscription ‘SLAVA UKRAINAI!’ (Glory to Ukraine) and at the bottom, in semi-circle, is the name of the issuing country ‘LATVIJA’ followed by the year of issuance ‘2023’. The author of the design is the Latvian artist Krišs Salmanis. The coin’s outer ring bears the 12 stars of the European flag.

Issuing volume: 415 000 coins

Issuing date: May 2023

Il-Finlandja

Tema: L-Ewwel Att dwar il-Konservazzjoni tan-Natura tal-Finlandja

Deskrizzjoni: It-tema tal-munita hija ħanfusa stilizzata. Fin-naħa ta’ fuq f’nofs ċirku hemm miktub “KONSERVAZZJONI TAN-NATURA” bil-Finlandiż u fil-qiegħ f’nofs ċirku hemm miktub “KONSERVAZZJONI TAN-NATURA” bl-Iżvediż u s-sena tal-ħruġ “2023”. In-naħa tal-lemin tal-parti ta’ ġewwa tal-munita għandha l-ittri “FI”. In-naħa tax-xellug tal-parti ta’ ġewwa tal-munita għandha l-marka taz-Zekka tal-Finlandja. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 400 000 munita

Data tal-ħruġ: Rebbiegħa 2023

San Marino

Tema: Il-500 anniversarju tal-mewt ta’ Perugino

Deskrizzjoni: Id-disinn juri, fiċ-ċentru, il-Verġni Marija ma’ Ġesù Tifel, dettall tal-pittura “Madonna b’Tifel, San Bastjan u San Ġwann il-Battista” ta’ Perugino, ippreservata fil-Galleriji tal-Uffizi (Firenze). Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-iskrizzjoni “PERUGINO”, id-dati “1523” u “2023” u l-marka taz-zekka “R”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “SAN MARINO” u fin-naħa t’isfel fuq il-lemin hemm l-inizjali tal-awtriċi Maria Angela Cassol, MAC. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 56 000 munita

Data tal-ħruġ: April 2023

Il-Litwanja

Tema: Flimkien mal-Ukraina

Deskrizzjoni: id-disinn fih ġirasol stilistikament elaborat fiċ-ċentru, bil-petali qishom siluwetti ta’ nies iżommu jdejn xulxin, iħaddnu u jipproteġu lil xulxin, li jirrappreżentaw l-unità, l-appoġġ u s-saħħa fl-għaqda. Bl-użu ta’ mezzi artistiċi, il-ġirasol huwa ddisinjat qisu x-Xemx tiela’, it-tama ta’ bidu ġdid, bl-għasafar, bil-libertà, bit-tama u l-kuraġġ, hekk kif in-nies jegħlbu l-ostakli taċ-ċirkostanzi, u qatt ma jaċċettaw il-poter impost, bħala referenza għal dawk li ssagrifikaw ħajjithom u li r-ruħ tagħhom ħalliethom. Id-disinn huwa mdawwar bl-iskrizzjonijiet “LIETUVA” (IL-LITWANJA), “KARTU SU UKRAINA” (FLIMKIEN MAL-UKRAJNA), bis-sena tal-ħruġ “2023” u l-marka taz-zekka Litwana. Il-munita hija ddisinjata minn Eglė Žemaitė. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 500 000 munita

Data tal-ħruġ: L-ewwel trimestru tal-2023

Spanja

Tema: UNESCO: Cáceres

Deskrizzjoni: Il-Belt il-Qadima ta’ Cáceres hija ġabra urbana li tinsab fil-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura fil-Punent tal-Peniżola Iberika. Ġiet rreġistrata fuq il-lista tas-Sit ta’ Wirt Dinji talli hija unika minħabba l-karatteristiċi storiċi tagħha li (mill-Medju Evu sal-perjodu klassiku) jidhru fihom t-traċċi ta’ influwenzi differenti ħafna u kontradittorji, bħall-Gotiku tat-Tramuntana, l-Islam, ir-Rinaxximent Taljan u l-arti tad-Dinja l-Ġdida. Id-disinn juri dehra panoramika tal-kumpless monumentali, speċifikament tal-pjazza prinċipali. Fuq in-naħa ta’ fuq u b’ittri kapitali hemm il-kelma “ESPAÑA” u s-sena tal-istampar tal-munita “2023”. Fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin hemm il-marka taz-zekka. Fin-naħa ta’ isfel u b’ittri kbar hemm il-kelma “CÁCERES”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 500 000 munita

Data tal-ħruġ: L-ewwel trimestru tal-2023

Il-Ġermanja

Tema: L-1275 anniversarju mit-twelid ta’ Karlu Manju (748–814), Re tal-Franki u Imperatur Ruman Qaddis

Deskrizzjoni: Id-disinn jikkombina żewġ elementi kontemporanji: Il-monogramma personali ta’ Karlu Manju u l-ottagonu tal-Katedral ta’ Aachen. Iż-żewġ motifi huma amalgamati b’ċerta ħila f’opra tal-arti distintiva. Il-qawwa tad-disinn tinsab fil-kwalità dinamika u tridimensjonali tiegħu. B’mod ġenerali, hija kommemorazzjoni innovattiva għal figura prominenti tal-istorja Ewropea. Iċ-ċirku intern tal-munita fih ukoll l-iskrizzjoni “KARL DER GROßE” (“Karlu Manju”) fin-naħa ta’ fuq u, fil-parti tan-nofs t’isfel, is-sena tal-ħruġ “2023”, id-dati “748–814”, il-kodiċi tal-pajjiż tal-ħruġ tal-Ġermanja “D”, il-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”) u l-inizjali tal-artist (“TW”). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 20 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Marzu 2023

Is-Slovakkja

Tema: Il-100 anniversarju tal-ewwel trasfużjoni tad-demm fis-Slovakkja

Deskrizzjoni: Id-disinn fih salib ekwilaterali bħala simbolu rikonoxxut internazzjonalment tal-għajnuna medika, it-tama u l-umanità. Minquxa f’kull driegħ insibu wieħed mill-erba’ gruppi tad-demm: A, B, 0, u AB. Fis-salib hemm immartellati żewġt islaleb ekwilaterali oħra, wieħed fl-ieħor, u fiċ-ċentru ta’ din l-istampa tidher qatra demm. Madwar is-salib ċentrali jidhru l-partijiet ta’ isfel ta’ tmien tubi tat-testijiet spazjati ndaqs, b’kull wieħed ikun fih qatra tad-demm immartellata b’elaborazzjoni stilistika. Bejn kull tubu hemm qatra demm imbuzzata. Fuq il-lemin tat-tubu ta’ isfel hemm l-inizjali stilizzati “MP”, li jirreferu għad-disinjatriċi Mária Poldaufová li ħadet ħsieb in-naħa nazzjonali; fuq ix-xellug tiegħu hemm il-marka taz-zekka ta’ Kremnica (Mincovňa Kremnica), li tikkonsisti fl-ittri “MK” imqegħdin bejn żewġ forom. Madwar il-biċċa l-kbira tat-tarf tal-parti ġewwinija tal-munita hemm l-iskrizzjoni “PRVÁ TRANSFÚZIA KRVI 1923 – 2023” (bl-Ingliż il-kliem ifisser “l-ewwel trasfużjoni tad-demm”). Tul in-naħa t’isfel tal-parti ġewwinija hemm l-isem tal-pajjiż emittenti “SLOVENSKO”, li għandu tikka fuq kull naħa li tisseparah mill-iskrizzjoni. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Marzu 2023

Il-Lussemburgu

Tema: Il-175 anniversarju tal-Kostituzzjoni tal-Lussemburgu

Deskrizzjoni: Fuq in-naħa tax-xellug, id-disinn juri x-xbieha tal-Gran Duka Henri u fuq in-naħa tal-lemin il-bini tal-Kamra tad-Deputati. Id-data tas-sena “1848” u t-test “Chambre des députés” jidhru hawn fuq u fuq il-lemin tal-bini. Fiċ-ċentru ta’ isfel, huma rrappreżentati l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “LUXEMBOURG” kif ukoll id-data tas-sena tal-ħruġ “2023”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 500 000 munita

Data tal-ħruġ: Frar 2023

Il-Lussemburgu

Tema: Il-25 anniversarju tas-sħubija tal-Gran Duka Henri fil-Kumitat Olimpiku Internazzjonali


Deskrizzjoni: Id-disinn juri x-xbieha tal-Gran Duka Henri jħares lejn il-lemin u lejn il-figura “25”. Diversi pittogrammi ta’ dixxiplini Olimpiċi jidhru qrib ix-xbieha. Taħt ix-xbieha, tliet ċrieki li jidħlu f’xulxin jarrikkixxu d-disinn. Fin-naħa ta’ isfel fuq il-lemin, jidher it-test “MEMBER VUM INTERNATIONALEN OLYMPESCHE Kommitee”. Fuq ix-xellug huma rrappreżentati l-isem tal-pajjiż “L√LËTZEBUERG” kif ukoll it-test “GROUSSHERZOG HENRI”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea. 

Volum tal-ħruġ: 500 000 munita 

Data tal-ħruġ: Frar 2023

Franza

Tema: Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024

Deskrizzjoni: 100 sena wara l-Logħob Olimpiku tal-1924 ta’ Pariġi, il-belt kapitali Franċiża se terġa’ tospita l-Logħob tas-Sajf fl-2024. Sena qabel it-tnedija tal-Logħob Olimpiku, il-Monnaie de Paris qed tkompli biċ-ċelebrazzjoni billi tgħodd il-ġranet li jwasslu sal-Logħob u billi tenfasizza l-wirt tagħha u dak ta’ Pariġi. Huwa avveniment b’impatt internazzjonali li l-intensità tiegħu tiżdied gradwalment fis-snin ta’ qabel l-avveniment, fejn f’dawn l-aħħar snin ġew iddedikati diversi muniti kommemorattivi ta’ EUR 2 għal-Logħob Olimpiku. Id-disinn tal-munita juri l-figura nazzjonali u l-ikona tan-numismatika Franċiża, il-Mara li Qed Tiżra’, li qed tipprattika l-puġiliżmu, il-prekursur tal-boxing, b’referenza għal-Logħob Olimpiku tal-Antik. Is-siluwett tagħha jinsab fuq quddiem nett, biswit il-Pont-Neuf u l-madwar tiegħu, tipiku taż-żona ta’ Ile de la Cité, wieħed mill-elementi ewlenin tal-pajsaġġ Pariġin. Fl-isfond tidher trakka tal-atletika li fuq in-naħa tal-lemin tagħha hemm l-emblema ta’ Pariġi 2024. Id-data, is-sena, ir-referenza għall-RF u l-marki taz-zekka mdaħħlin taħt l-arkata, fuq il-poġġaman tal-pont u fis-Seine. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 260 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2023

L-Italja

Tema: Il-100 anniversarju tal-Forza tal-Ajru

Deskrizzjoni:  Id-disinn jirriproduċi l-logo ta’ għeluq il-100 Sena tal-Forza tal-Ajru. Fuq ix-xellug l-ittra “R” tindika z-Zekka ta’ Ruma; fin-naħa ta’ fuq hemm l-ittri “RI”, li huma l-akronimu tar-Repubblika Taljana; fin-naħa ta’ isfel hemm l-iskrizzjoni “AERONAUTICA MILITARE” fil-forma ta’ arkata; fuq il-lemin, hemm “VdS”, l-inizjali tad-disinjatur, Valerio De Seta. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 3 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2023

L-Italja

Tema: Il-150 anniversarju mill-mewt ta’ Alessandro Manzoni

Deskrizzjoni: Id-disinn juri x-xbieha ta’ nofs it-tul ta’ Alessandro Manzoni, ispirata mix-xbieha tal-kittieb Taljan kif tidher fuq il-karta tal-flus ta’ 100 000 lira maħruġa fl-1967. Fuq ix-xellug, “RI”, akronimu tar-Repubblika Taljana, id-dati “1873–2023”, is-sena tal-mewt tal-kittieb u s-sena tal-ħruġ tal-munita, rispettivament, u l-iskrizzjoni f’forma ta’ arkata “ALESSANDRO MANZONI”. Fuq il-lemin, “R”, li jidentifika z-Zekka ta’ Ruma, u l-inizjali “AV” tad-disinjatur Antonio Vecchio. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 3 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2023

Il-Ġermanja

Tema: Serje Bundesländer – Thuringia

Deskrizzjoni: Id-disinn juri s-sala tal-kunċerti Elbphilarmonie, l-aktar simbolu arkitettoniku reċenti f’Hamburg. Ir-rappreżentazzjoni impressjonanti u ddettaljata tas-sala tal-kunċerti fl-isfond tal-pajsaġġ urban marittimu tirrappreżenta l-Land ta’ Hamburg b’mod eċċezzjonalment konvinċenti. Il-parti tax-xellug tat-taqsima interna tal-munita tinkludi l-kodiċi tal-pajjiż tal-ħruġ tal-Ġermanja, “D”, is-sena “2023” u l-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”). In-nofs tal-lemin fih l-inizjali tal-artist, u l-parti ta’ isfel fiha l-iskrizzjoni “HAMBURG”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 30 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2023