Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

L-istabbiltà hija wkoll il-ħaġa li inti tfittex?

L-istabbiltà hija l-ħaġa li aħna nfittxu.

Fi ħdan il-BĊE dak li nagħmlu għalik huwa li nżommu l-prezzijiet stabbli u l-banek sikuri. Dan għaliex kulħadd għandu bżonn l-istabbiltà. U meta jkun hemm l-istabbiltà, ikun eħfef biex issawwar il-futur tiegħek bil-mod kif tixtieq.

Aħna l-BĊE tiegħek, li qed naħdmu għall-euro tiegħek u għall-futur tiegħek. Ħloqna l-filtri tal-Instagram tagħna stess, inkluż “Mint your coin” li jagħmlek il-wiċċ tal-euro.

U xi wħud mill-kollegi tagħna tal-BĊE, l-uċuh wara l-euro, ivvolontarjaw biex jispjegaw xi tfisser għalihom l-istabbiltà.

Iċċekkja l-paġna tagħna fuq Instagram u tgħallem aktar

Iltaqa’ ma’ xi wħud mill-persunal tagħna u skopri għaliex l-istabbiltà hija l-ħaġa li nfittxu

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Beatriz, Koordinatriċi tal-Proċess tan-Negozju għall-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS)

Jiena ngħin biex jiġu indirizzati u evitati r-riskji għas-sistema finanzjarja billi nikkoordina l-pubblikazzjoni ta’ dokumenti u rapporti. Naħdem għall-istabbiltà kuljum. Din il-ħidma tagħtini sens ta’ appartenenza u jien kburija li nikkontribwixxi għal missjoni li hija rilevanti għall-ħajja ta’ kuljum tagħna lkoll.

Josip, Espert tal-IT għas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE

Jiena nieħu ħsieb is-sistemi tal-IT użati mis-superviżuri bankarji tagħna biex nivverifikaw is-saħħa tal-banek Ewropej. Billi niżgura li s-sistemi tagħna jaħdmu bla xkiel u b’mod affidabbli, qed nappoġġa sistema finanzjarja stabbli u Ewropa stabbli għalina lkoll.

Emma, Assistenta tal-Maniġment ta’ Grad Għoli fit-Tim tal-Komunikazzjonijiet tal-BĊE

Jiena noħloq kuxjenza dwar l-impenn tal-BĊE lejn l-istabbiltà permezz ta’ proġetti ta’ komunikazzjoni pubblika bħal din il-kampanja. Tista’ tarani wkoll fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi meta żżurna. Peress li qed nibbilanċja diversi kompiti, l-istabbiltà hija essenzjali għalija.

Issa jmiss lilek: interaġixxi magħna fuq il-media soċjali!

Issa li taf għaliex l-istabbiltà hija l-ħaġa li aħna nfittxu, ittestja kemm taf tajjeb il-muniti tal-euro tiegħek, kun fuq waħda jew skopri jekk l-istabbiltà hijiex il-ħaġa li inti tfittex ukoll! 

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Oħloq il-munita virtwali tal-euro tiegħek stess

Qatt staqsejt lilek innifsek kif tkun tidher il-munita tal-euro b’wiċċek fuqha? Skopri billi tiftaħ il-filtru tal-Instagram “Mint your coin” u ibda rrekordja. Rasek tiġi inkwadrata minn munita tal-euro. Kun il-wiċċ tal-euro!

Iftaħ il-filtru “Mint your coin” fuq Instagram

Taħseb li taf il-muniti tal-euro tiegħek? Ipparteċipa fil-kwiżż tagħna dwar il-muniti!

Iftaħ il-filtru ta’ Instagram “Kwiżż dwar il-Munita” u ara munita tal-euro li tidher iddur fuq rasek. Meta tieqaf, ikollok ftit sekondi biex taqta’ minn fejn hi. It-tweġiba t-tajba titla’ fuq l-iskrin tiegħek. Ara kemm tista’ tidentifika b’mod korrett!

Iftaħ il-filtru tal-“Coin quiz” fuq Instagram

Lest għall-isfida tal-istabbiltà?

Żomm l-euro bbilanċjata fuq rasek, jiġri x’jiġri! Meta tiftaħ il-filtru tal-Instagram “Stability challenge”, jidher simbolu ta’ EUR fi 3 dimensjonijiet fuq rasek. Waqt li tkun qed tipprova żżommha stabbli, jidħlu xi annimali li jipprovaw ifixkluk.

Iftaħ il-filtru tal-“Isfida tal-Istabbiltà” fuq Instagram

Xi ħaġa oħra li m’għandekx titlef


Inti kurjuż dwar l-istorja tal-annimali fil-filtru tagħna tal-isfida tal-istabbiltà?

Isma’ l-podcast tagħna dwar l-annimali fid-dinja tal-banek ċentrali.

Mixja madwar il-park bankarju ċentrali tal-ħlejjaq selvaġġi!
Kemm taf dwar il-BĊE u x’nagħmlu?

Sfida lilek innifsek bil-kwiżżijiet tagħna u ara kemm jirnexxielek taqta’ domandi!

Ilgħab issa!
Żurna

Esplora ċ-ċentru tal-viżitaturi tagħna jew segwi preżentazzjoni jew lekċer online — kollha mill-kumdità ta’ darek.

Skopri kif tibbukkja żjara ggwidata