Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ
Nafu li d-deċiżjonijiet li nieħdu jista' jkollhom impatt fuq il-ħajja tiegħek ta' kuljum. Huwa għalhekk li rridu niżguraw li, minflok sempliċement tisimgħu dwarna u x'nagħmlu, għandek iċ-ċans li titkellmu magħna direttament.
Id-Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ jagħtik l-opportunità li tagħmel proprju dan. Aħna norganizzaw avvenimenti fl-Ewropa kollha – anki onlajn – li jipprovdulek kuntatt dirett ma’ dawk li jfasslu l-politika tal-BĊE biex tkun tista' tistaqsi dak li trid u taqsam il-fehmiet tiegħek magħna.
Djalogu Onlajn taż-Żgħażagħ ma’ Luis de Guindos, Diċembru 2020
Madwar 200 student mill-Università ta’ Cologne staqsew lill-Viċi President de Guindos il-mistoqsijiet tagħhom dwar ir-rispons tal-BĊE għall-kriżi tal-koronavirus, il-prospetti ekonomiċi taż-żona tal-euro, u t-tibdil fil-klima u l-banek ċentrali. L-avveniment onlajn, li seħħ fis-16 ta’ Diċembru, ġie organizzat b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Cologne.
Ġrajjiet tal-imgħoddi
Iż-Żgħażagħ Ewropej staqsew lill-President Lagarde l-mistoqsijiet tagħhom dwar ir-rispons tal-BĊE għall-emerġenza pandemika tal-koronavirus fi djalogu onlajn maż-żgħażagħ. L-avveniment ġie organizzat flimkien mal-Parlament Ewropew bħala parti mill-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ 2020 u seħħ fis-27 ta’ Mejju 2020.
Il-parteċipanti bagħtu wkoll mistoqsijiet dwar it-tħassib tagħhom għall-karrieri tagħhom, il-futur tal-Ewropa, id-diġitalizzazzjoni u t-tibdil fil-klima. Dawn huma l-punti prinċipali mid-diskuzzjoni!
Il-ħsibijiet tal-President Lagarde...
...dwar l-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-koronavirus
Il-virus m’għandux fruntieri, għalhekk aħna lkoll affettwati. Madankollu, xorta se jkun hemm konsegwenzi differenti skont fatturi bħas-sitwazzjoni ta’ pajjiż qabel il-pandemija u n-natura tal-ekonomija tiegħu. Huwa d-dmir kollettiv tagħna li niżguraw li noħorġu minn dan b’mod ibbalanċjat kemm jista’ jkun possibbli.
...fuq pajjiżi li jżidu d-dejn tagħhom
Dak li qed ninvestu fih huwa dak li huwa l-iktar importanti. Għandna nittrasformaw l-ekonomiji tagħna u nagħmluhom aktar effiċjenti, produttivi u li jirrispondu għall-bżonnijiet tan-nies. Għandna nħeġġu wkoll l-użu tad-dejn biex ninvestu fir-reżistenza għat-tibdil fil-klima u nistimulaw tkabbir sostenibbli.
...dwar istituzzjonijiet Ewropej li jaħdmu flimkien
Dawk li jfasslu l-politika tal-UE żammew kuntatt kontinwu f’din is-sitwazzjoni ta’ kriżi sabiex iqabblu l-aħjar prattiki u jagħtu rispons kkoordinat għall-pandemija. Għandna bżonn nirrispondu b’mod kollettiv. Bil-miżuri t-tajbin, għandna ċans li flimkien negħlbu l-kwistjoni.
...dwar it-tibdil tal-klima
It-tibdil tal-klima għandu bżonn jiġi indirizzat kollettivament. Din mhix xi ħaġa li tista ssir f’iżolament. Il-BĊE jappartjeni għan-Netwerk għas-Sistema Finanzjarja Ekoloġika (NGFS), li tiġbor flimkien 50 bank ċentrali u superviżuri nazzjonali għall-esplorazzjoni ta’ rispons possibbli għall-isfida inkredibbli tat-tibdil tal-klima.
...dwar il-futur taż-żgħażagħ
Iż-żgħażagħ Ewropej iridu jħejju lilhom innifishom għall-bidla. Ilkoll ser nitħarrġu maż-żmien, ser nakkwistaw settijiet ta’ ħiliet ġodda, għodod ġodda. Ser nittrasformaw ruħna u sempliċiment għandna nkunu lesti għal dan.
RitrattiAktar minn 5000 student, minn għaxar pajjiżi differenti madwar iż-żona tal-euro, ipparteċipaw fit-tmien edizzjoni tal-Premju Generation €uro Students’ – kompetizzjoni li toħloq sfida bejn timijiet ta’ studenti minn skejjel taż-żona tal-euro biex jissuġġerixxu soluzzjonijiet ta’ suċċess għal kwistjonijiet ta’ politika monetarja Ewropea.. Il-BĊE stieden timijiet li kellhom suċċess fi Frankfurt fit-8 ta’ Mejju 2019 biex jiskopru iktar dwar il-bank ċentrali, u biex jiltaqgħu mal-eks President Draghi għal sessjoni ta’ Q&A.
Dan hu eżempju kif Mario Dragi rrisponda d-domandi tal-istudenti!
X’qal...
...dwar kif iż-żgħażagħ jistgħu jiffurmaw il-futur tal-Ewropa
L-Ewropa taħdem jekk naħdmu flimkien, u għal dan għandna bżonnok. Aħna rridu nisimgħu dak li trid tgħid. Għandna bżonn li tieħu sehem fid-dibattiti u titkellem fuq dak li temmen fih. Mod wieħed biex tagħmel dan huwa billi tieħu sehem fl-elezzjonijiet Ewropej. Bil-vot tiegħek tista’ tifforma l-futur tal-Ewropa.
...dwar il-banek ċentrali jikkomunikaw mal-pubbliku
Il-banek ċentrali llum jagħmlu sforz kostanti biex ikunu trasparenti u biex jispjegaw ix-xogħol tagħhom lill-pubbliku ġenerali. Għandna fluss kontinwu ta’ informazzjoni permezz ta' konferenzi stampa, stqarrijiet għall-istampa, diskorsi, u djalogi taż-żgħażagħ.
...dwar it-tlestija tal-unjoni ekonomika u monetarja
L-unjoni monetarja tagħna għadha ma hijiex l-aħjar, u lanqas ma hi lesta Il-kondiviżjoni ta’ munita unika teħtieġ integrazzjoni aktar profonda fl-Unjoni Ewropea.
...fuq il-kriptovaluti
Il-kriptovaluti mhumiex valuti imma assi riskjużi ħafna. Inti taf li euro llum hu euro għada wkoll. Il-BĊE qiegħed wara l-euro, imma min hu wara kriptovaluti?
...fuq appoġġ għall-euro
L-appoġġ għall-euro huwa l-ogħla storikament b’75% taċ-ċittadini taż-żona tal-euro. Imma r-riċerka ppubblikata mill-Banque de France turi li n-nies huma konvinti li l-euro għamel aktar għal pajjiżi oħra milli għal tagħhom stess. Dan huwa probabbilment minħabba l-kriżi bla preċedenti li għaddejna minnha. Hekk kif il-memorja tal-kriżi tgħib, nisperaw li din l-inċertezza tisparixxi wkoll.
...fuq x’ser jiftakar l-iktar miż-żmien tiegħu bħala President tal-BĊE
Fl-2012, ħafna nies kienu qed jaħsbu li l-euro kien miet. Imbagħad kien hemm laqgħa tal-Kunsill Ewropew li ħolqot l-unjoni bankarja. Is-swieq kienu tant skoraġġiti f’dak iż-żmien li sottovalutaw l-importanza tagħha. Imma kienet bidla kbira, ipproduċiet riżultati importanti, u din il-laqgħa tal-Kunsill uriet l-impenn politiku tal-mexxejja tagħna lejn l-euro.
Ara l-Q&A bejn il-President Draghi u t-timijiet li kisbu suċċess mill-Premju Generation €uro Students billi ssegwi l-links hawn taħt.
Ara ċ-ċerimonja tal-Premju Generation €uro Students Agħti titwila lir-ritratti tal-avvenimentIl-BĊE għamel is-sitt Djalogu maż-Żgħażagħ seħħ bi sħubija mal-Universtà Bocconi u Debating Europe – pjattaforma onlajn fejn iż-żgħażagħ jistgħu jiddiskutu suġġetti attwali mal-mexxejja tal-Ewropa. Fit-13 ta’ Marzu 2019, membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE Benoît Cœuré ltaqa’ ma' studenti biex jiddiskutu l-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ Ewropej illum. Qabel l-avveniment, aħna tlabnikom għall-mistoqsijiet tagħkom għal Benoît Coeuré permezz ta’ Twitter jew billi jsiru kummenti fuq il-pjattaforma Debating Europe. Żidna għażla ta’ dawn il-mistoqsijiet fid-dibattitu dirett.
Hawn tista' tieħu idea tad-diskussjoni!
...dwar l-importanza tal-edukazzjoni
Għandna bżonn nindirizzaw mill-ġdid l-infiq pubbliku lejn l-edukazzjoni fl-Ewropa. L-istudenti żgħażagħ għandhom jirċievu l-edukazzjoni li jeħtieġu biex jirnexxu fis-suq tax-xogħol diġitali globali.
...dwar l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni
Irridu nsaħħu l-kapaċità tal-Ewropa li tkun innovattiva. L-investiment pubbliku u privat għandu jappoġġa d-diġitalizzazzjoni fl-industriji ewlenin, u l-unjoni tas-suq tal-kapital jista’ jkollha rwol ċentrali fl-allokazzjoni tal-kapital fejn hu l-aktar meħtieġ.
...dwar ir-rwol taż-żgħażagħ Ewropej
Intom dawk li se tiggwidaw it-triq li tiddeċiedi fejn imiss li jieħdu lill-Ewropa l-kurrenti tal-istorja.
...dwar l-ekonomija Taljana
Is-sitwazzjoni ekonomika tal-Italja mhix theddida għaż-żona tal-euro. L-isfida ewlenija tal-Italja hija biex iżżid il-produttività fit-tul.
...dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi
L-inugwaljanza bejn is-sessi hija limitu għat-tkabbir Jekk iktar nisa jaħdmu u jiksbu l-istess paga, dan jgħolli l-livell tal-għixien fl-Ewropa
...dwar il-flus kontanti fl-era diġitali
Il-flus kontanti huma parti essenzjali mill-fiduċja fil-munita. Mezzi ta’ ħlas huma mmexxija mid-domanda soċjali. Qed nistudjaw muniti diġitali, imma għadna qed naraw domanda qawwja għall-flus kontanti fiż-żona tal-euro.
Ara l-iskambju ta’ mistoqsijiet u tweġibiet dwar dawn u temi oħra bejn Benoît Cœuré u studenti tal-Università ta’ Bocconi.
It-tielet Djalogu maż-Żgħażagħ seħħ bi sħubija ma' Debating Europe – pjattaforma onlajn fejn iż-żgħażagħ jistgħu jiddiskutu suġġetti attwali mal-mexxejja tal-Ewropa.
Mis-17 sat-23 ta' Jannar 2018, tlabnikom tibagħtu mistoqsijiet għall-President Draghi, permezz ta' Twitter u Facebook, dwar xi wieħed mis-suġġetti li ġejjin:
- L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa u l-qgħad fost iż-żgħażagħ
- kriptovaluti u blockchain
- il-possibbiltà ta' kriżi ekonomika globali ġdida
Ara t-tweġibiet li ta l-President Draghi għal xi wħud mill-mistoqsijiet li rċevejna u agħti ħarsa lejn id-dibattitu fuq il-kanali tal-midja soċjali tagħna!
L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa u l-qgħad fost iż-żgħażagħ
L-ekonomija Ewropea ilha tespandi kontinwament għal bosta snin u l-impjieg hu ogħla minn qatt qabel, iżda rridu nibqgħu ntejbu s-sitwazzjoni u niżguraw li kulħadd igawdi l-benefiċċji.
Immaginaw li l-intelliġenza artifiċjali u r-robots jikkawżaw qgħad massiv (fost iż-żgħażagħ). Il-BĊE kif jirreaġixxi?
Ismail, l-Italja Jan, il-BelġjuBlockchain u kriptovaluti
Blockchain hi teknoloġija innovattiva li tista' ttejjeb l-effiċjenza. Qed inqisu jekk tkunx tista' tintuża fis-servizzi tagħna stess fil-futur. Dwar il-bitcoin u jekk għandkomx tafdawha, il-President Draghi jagħti parir li noqogħdu attenti, billi ma hi appoġġata minn ebda bank ċentrali jew gvern, u qal ukoll li mhux kompitu tal-BĊE li jirregolaha.
Kif nistgħu nisfruttaw it-teknoloġija blockchain biex tappoġġa l-ekonomija?
Victoria, FranzaKieku kont student universitarju żagħżugħ bħali, kont tixtri ftit bitcoin u żżommha għas-sikurezza?
Italo, ItaljaINSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Kriżi ekonomika globali
L-aħħar kriżi kienet severa, iżda issa l-agħar għadda. Il-pajjiżi Ewropej daħlu fil-kriżi b'dgħufijiet kbar ħafna u ma' setgħux jirreaġixxu b'mod adegwat. Illum, sar progress sinifikanti f'ħafna oqsma, u dan saħħaħna għall-futur.
Taħseb li l-UE u l-BĊE se jkunu jistgħu jagħmlu biżżejjed riformi biex ikunu jistgħu jlaħqu ma' kriżi ekonomika kbira oħra, qabel ma sseħħ il-kriżi li jmiss?
Christiaan, OlandaTagħrif ieħor
Trid tkun taf aktar dwar is-suġġetti ta' dan id-Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ? Agħti titwila lejn il-paġni li ġejjin!
- Economic recovery and the new phase of monetary policy (Diskors ta' Vítor Constâncio, Viċi President tal-BĊE, waqt il-Konferenza tal-Ftuħ ta' "The 20th Euro Finance Week", Frankfurt am Main, 13 ta' Novembru 2017)
- Sustaining openness in a dynamic global economy (Diskors ta' Mario Draghi, President tal-BĊE, waqt l-" Economic Policy Symposium of the Federal Reserve Bank" li sar f'Kansas City, Jackson Hole, 25 ta' Awwissu 2017)
- Virtwali or jew bla virtù? L-evoluzzjoni tal-flus fl-era diġitali (Lekċer minn Yves Mersch, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, Forum Uffiċjali dwar Monetarji u Finanzi Finanzjarji, Londra, 8 ta' Frar 2018)
- Kif tista’ t-teknoloġija l-ġdida tittrasforma s-swieq finanzjarji? (Spjegazzjoni tal-BĊE)
- Bitcoin, il-flus tal-futur? (Il-vidjow rebbieħ mill-Euro Video Challenge 2017, prodott minn Jason Halbgewachs u Michiel van Aarnhem)
- Youth unemployment in the euro area (Diskors ewlieni ta' Mario Draghi, President tal-BĊE, għal Henry Grattan Lecture Series fi Trinity College, Dublin, 22 ta' Settembru 2017)
- Accompanying the economic recovery (Diskors ta' Mario Draghi, President tal-BĊE, waqt il-Forum tal-BĊE dwar l-Attività tal-Banek Ċentrali, Sintra, 27 ta' Ġunju 2017)
Il-President Mario Draghi ltaqa' ma' ċittadini żgħażagħ Ewropej nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Settembru 2017, fi Trinity College Dublin.
L-avveniment ġie organizzat bi sħubija mas-Central Bank of Ireland u Trinity College Dublin.
Il-blockchain se jkollu rwol fil-futur? Il-potenzjal ta' bżieżaq tal-prezzijiet tad-djar hu kawża ta' tħassib kontinwu għall-Kunsill Governattiv? Sa fejn il-gwida għall-ġejjieni u komunikazzjoni ċara huma meqjusa bħala komponent ewlieni tal-banek ċentrali moderni?
Ara l-iskambju ta' mistoqsijiet u tweġibiet dwar dawn u suġġetti oħra bejn il-President Draghi u studenti tal-ekonomija minn Trinity College Dublin.
Il-President Mario Draghi ospita l-ewwel Djalogu maż-Żgħażagħ tal-BĊE f'Lisbona organizzat fi sħubija mal-Banco de Portugal u l-ISEG - L-Iskola ta' Liżbona ta' l-Ekonomija u l-Ġestjoni.
Esplora d-diskussjoni dwar it-tifsira tal- innovazzjoni u l-produttività għaż-żgħażagħ.
Skopri iktar dwar kontenut relatat
Djalogi maż-żgħażagħ dwar suġġetti fuq is-superviżjoni bankarja
Il-BĊE jospita avvenimenti speċifiċi biex jingħaqad maż-żgħażagħ dwar is-superviżjoni bankarja. Kun af iktar fuq il-websajt tas-superviżjoni bankarja tagħna.
Djalogi maż-żgħażagħ fuq is-superviżjoni bankarja