Rati ċentrali ta' l-euro u rati ta’ l-intervent obbligatorju fl-ERM II
Bis-saħħa tad-deċiżjoni li ttieħdet fis-16 ta’ Marzu 2007 (ara l-komunikat ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-istess data) dwar ir-rata ċentrali l-ġdida ta’ l-euro għall-koruna Slovakka fl-ERM II, il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska stabbilew, bi ftehim bejniethom, ir-rati l-ġodda ta’ l-intervent obbligatorju għall-koruna Slovakka fl-ERM II. Dan sar skond l-Artikolu 1.2 tal-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri barra ż-żona ta’ l-euro, li jistabbilixxi l-proċeduri għat-tħaddim ta’ mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-tielet stadju ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (ĠU C 73, 25.3.2006, p.21), kif l-aħħar emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (ĠU C 14, 20.1.2007, p.6).
Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-krone Daniż, il-kroon Estonjan, il-lira Ċiprijotta, il-lats Latvjan, il-litas Litwan, u l-lira Maltija jibqgħu kif kienu.
Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-muniti ta’ l-Istati Membri li qegħdin jipparteċipaw fl-ERM II, fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2007 | ||
Pajjiż u munita | EUR 1 = | |
Danimarka krone Daniż (DKK) | Rata massima Rata ċentrali Rata minima | 7.62824 7.46038 7.29252 |
Estonja kroon Estonjan (EEK) | Rata massima Rata ċentrali Rata minima | 17.9936 15.6466 13.2996 |
Ċipru lira Ċiprijotta (CYP) | Rata massima Rata ċentrali Rata minima | 0.673065 0.585274 0.497483 |
Latvja lats Latvjan (LVL) | Rata massima Rata ċentrali Rata minima | 0.808225 0.702804 0.597383 |
Litwanja litas Litwan (LTL) | Rata massima Rata ċentrali Rata minima | 3.97072 3.45280 2.93488 |
Malta lira Maltija (MTL) | Rata massima Rata ċentrali Rata minima | 0.493695 0.429300 0.364905 |
Slovakja koruna Slovakka (SKK) | Rata massima Rata ċentrali Rata minima | 40.7588 35.4424 30.1260 |
Tagħrif dwar il-konvenzjonijiet u l-proċeduri ta’ l-ERM II jinkisbu (bl-Ingliż) permezz ta’ din il-link: http://www.ecb.europa.eu/press/pr/date/2004/html/pr040628_1.en.html
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja