Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jagħżel il-parteċipanti tal-fażi tar-reviżjoni tal-proġett “Il-bini l-ġdid tal-BĊE”

18 ta' Marzu 2004

Il-Kunsill tat-tmexxija tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jistieden lir-rebbieħa segwenti tal-kompetizzjoni internazzjonali ta’ l-ippjanar fl-ibliet u d-disinn arkitettoniku għall-bini l-ġdid tal-BĊE biex jipparteċipaw fl-istadju tar-reviżjoni ta’ dan il-proġett:

  • Coop Himmelb(l)au, Vienna, Austria;
  • ASP Schweger Assoziierte, Berlin, Germany;
  • 54f architekten/T. R. Hamzah & Yeang, Darmstadt, Germany/Selangor, Malaysia.

L-iskop ewlieni ta’ din il-fażi ta’ reviżjoni hi li jiġu reveduti l-proġetti proposti sabiex jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet u r-rekwiżiti tal-ġurija, tal-BĊE u tal-Belt ta’ Frankfurt. Din il-fażi għandha għalekk tiġi mmexxija b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Belt ta’ Frankfurt.

Fit-13 ta’ Frar 2004 ġurija internazzjonali għażlet il-proġetti proposti ta’ dawn it-tliet kumpaniji ta’ l-arkitettura bhala l-proġetti rebbieħa fil-kompetizzjoni tal-bini l-ġdid ta’ l-BĊE (ara l-Istqarrija Għall-Istampa tat-13 ta’ Frar 2004 intitolata “Ġurija internazzjonali tagħżel it-tliet proġetti rebbieħa tal-kompetizzjoni ta’ l-arkitettura għall-bini l-ġdid tal-BĊE”). It-tliet ditti tal-periti ser jippreżentaw l-idejat irriveduti tal-proġetti tagħhom lill-BĊE f’Settembru 2004. Il-Kunsill tat-Tmexxija mbagħad jagħti l-kuntratt għall-ipproġettar tal-bini l-ġdid tal-BĊE lill-wieħed mit-tliet ditti tal-periti rebbieħa, probabilment f’Settembru jew f’Ottubru ta’ l-2004.

Iżjed dettalji dwar il-bini l-ġdid tal-BĊE jistgħu jinkisbu mill-website tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu/ecb/premises/.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja